Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew investiti f'funds barranin, liema flus ġew maħruġa minn Malta, kull fund separatament matul dawn l-aħħar tnax-il xahar?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi dominju privat u mhux governattiv.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' flus li kull kunsill lokali għandu jagħti lid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu, kull kunsill lokali separatament?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22298 (Seduta 471).
B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija nru. 22667, jista' l-Ministru jirrispondi rigward l-eserċizzju li kien sar mill-Management Efficiency Unit madwar sitt snin ilu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-sitwazzjoni tkun riveduta perjodikament u li jsiru l-interventi li jkun hemm bżonn biex tiżdied l-effiċjenza.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħaddiema li kienu impressed għażlu li jidħlu fis-servizz pubbliku?
F'liema skema daħlu dawn il-persuni? X'se tkun in-nefqa tal-Gvern f'pagi ta' dawn il-ħaddiema kif wkoll ħlas ta' kiri tal-karozzi tagħhom matul din is-sena?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li hemm 466 “Impressed Drivers” li għażlu li jidħlu bħala mpjegati fis-Servizz Pubbliku.
Dawn il-ħaddiema ddaħħlu bħala “Labourers (ex Impressed Drivers)” fi Grupp I tal-Gradi Industrijali, Skala ta’ Salarju 20.
In-nefqa tal-Gvern ser tkun bejn wieħed u ieħor daqs kemm kienet qabel meta dawn il-ħaddiema kienu fuq kuntratt definit. Id-differenza bejn Skala ta’ Salarju 20 u x’kienu jieħdu qabel qed jitħallas bħala kumpens għall-kiri tal-vetturi.
Jista' l-Ministru jgħid b'liema mod qegħdin jiġu preskritti ċ-ċitazzjonijiet maħruġa mill-gwardjani lokali?
Response (GATT, AUSTIN)
Citazzjonijiet preskritti, kemm jekk hargu minn gwardjani lokali u kemm jekk hargu minn pulizija, jigu preskritti ghax meta ufficcjal tal-posta iwassal it-tahrika ma jsib `il hadd fir-residenza ta` l-imharrek. Ta` min jghid izda li minn meta bdiet is-sistema ta` l-infurzar lokali, ir-rata ta` preskrizzjoni ta` citazzjonijiet naqset bil-bosta.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-eżerċizzju li kien sar xi snin ilu fejn ittejbet l-effiċjenza tal-ħaddiema tad-diviżjoni tax-xogħlijiet pubbliċi hux se jirrepeti ruħu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ikun apprezzat jekk l-Onorevoli Membru jipprovdi dettalji aktar speċifiċi rigward l-eżerċizzju li qed jirreferi għalih fil-mistoqsija tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitħallsu l-ħaddiema tad-divizjoni tax-xogħlijiet pubbliċi għal-overtime li għamlu fil-proġett tal-Ministeru tat-Turiżmu li jirrigwarda upgrading tal-bajja tal-Balluta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-ħaddiema msemmija ser jitħallsu dalwaqt.
B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari nru. 22492, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn iċ-ċitazzjonijiet jistgħux jiġu preskritti? Jekk fl-affermattiv, x'inhu n-numru li sal-lum ġew preskritti?
Response (GATT, AUSTIN)
L-informazzjoni fuq in-numru ta' 10,669 kontravvenzjonijiet li ġew preskritti kienet annessa ma mistoqsija parlamentari 22492
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-kunsill konsultattiv dwar l-industrija tal-bini?
Kemm-il darba ltaqa' dan il-kunsill matul is-sena li għaddiet (2000)?
Min huma l-membri fuq is-sotto kumitat tal-BICC?
Kemm-il darba ltaqgħu dawn is-sotto-kumitati matul is-sena 2000?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu tickets mill-wardens minn meta bdew xogħlhom sal-lum?
Jista' jagħti breakdown ta' dawn it-tickets skond il-kunsilli lokali?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba ghall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22492 maghmula mill-Onor. Membru stess.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-applikazzjoni lill-Awtorita' tad-Djar HAY 196/2000?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorita' tad-Djar għada qed tistenna informazzjoni minn entitajiet oħra dwar dan l-applikant.
Pero, kif tagħmel fuq kull applikazzjoni taħt l-iskemi tagħha, l-Awtorita' toqgħod fuq informazzjoni li jagħti l-applikant stess fuq l-applikazzjoni u jekk jikkwalifika jingħata, bla preġudizzju, l-awtoriżżazzjoni neċessarja.
Jekk jinstab mill-informazzjoni miġbura mill-entatijiet oħra li ma jikkwalifikax jinżamm is-sussidju u jekk ikun diġa' bbenefika tintalab ir-rifużjoni.
Dan l-applikant intbagħtitlu din l-awtoriżżazzjoni bla preġudizzju.
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari nru. 21166, jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni qiegħda tittieħed minkejja li ġie ordnat mill-pulizija sabiex ineħħi l-inġenji minn fuq art pubblika, l-individwu konċernat li qiegħed jisfida il-liġi u jħalli kollox kif inhu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-affarijiet li kienu fuq l-art li rrefera ghaliha l-Onorevoli Interpellant gew imnehhija u l-Pulisija ser tiehu passi quddiem l-Qorti kontra min kien qieghed jingombra din l-art.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet mill-pulizija fuq ksur tar-regolamenti tat-traffiku matul dawn l-aħħar 12-il xahar, kull xahar separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-taghrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif gej:
Jannar Frar Marzu April Mejju Gunju Lulju Awissu Settembru Ottubru Novembru Dicembru
9119 10090 10694 9111 9812 7706 7616 7371 6701 7547 7549 5910
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru totali ta' tickets li inħarġu mill-wardens u li tħallsu sal-lum?
F'liema perjodu huwa mistenni li jitħallsu dawn it-tickets?
X'jiġri f'każ li dawn it-tickets jibqgħu ma jitħallsux?
Jistgħu dawn iċ-ċitazzjonijiet jiġu preskritti? Jekk fl-affermativ, x'inhu n-numru li sal-lum ġew preskritti?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed impoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Il-penali ghall-kontravvenzjoni tista' tithallas fi zmien sebat ijiem mid-data ta' l-avviz tal-kontravvenzjoni. Wara dan iz-zmien tohrog tahrika biex l-akkuzat jidher fit-Tribunali Lokali.
Jekk jinsab hati u l-multa tibqa' ma tithallasx, Id-Dipartiment tal-Licenzji jigi nfurmat elettronikament biex il-licenzja tat-triq ma tigix imgedda jekk il-multa u l-penali ma tithallasx.
Construction & Maintenance Department — Direct Labour
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-valur ta' xogħol li sar bid-direct labour mill-ħaddiema tad-dipartiment Construction and Maintenance liema xogħol ġie ikkreditar lill-proġetti kapitali matul dawn l-aħħar tnax il-xahar?
Il-valur ta' dan ix-xogħol ġie imnaqqas mill-vot tal-personal emoluments?
Jista' l-Ministru jagħti deskrizzjoni tax-xogħol li sar b'dan il-mod?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22255.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji, inkluż tulijiet u ismijiet tat-toroq lokali ġodda li saru jew ġew resurfaced f'dawn l-aħħar tnax il-xahar?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' toroq li sar xogħol fihom dawn l-aħħar tnax-il xahar mid-Dipartiment tat-Toroq u jkopru tletin il-lokalita' għat-tul komprensiv ta' 27.195 km.
Din il-lista tinkludi separatament l-ismijiet ta' toroq u t-tulijiet tagħhom li għadhom kif ingħataw kuntratti biex isir xogħol fihom u li ser jibda fit-2001. Dawn ser isiru f'dsatax-il lokalita' u t-tul ser ikun ta' 27.665 km.
Jien infurmat li din il-lista ma tinkludix informazzjoni dwar it-tulijiet ta' toroq li sar xogħol fihom mill-Kunsilli Lokali.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kuntratturi ġodda li ġew ingaġġati fuq ix-xogħol ta' Imdina Road, Ħal-Qormi?
Kif ġew magħżula dawn il-kuntratturi u x'inhu l-valur tax-xogħol li ġew mitluba jwettqu?
Fiex jikkonsisti dan ix-xogħol u meta hu previst li jitlesta?
Jista' jikkonferma jekk ir-rati għal dan ix-xogħol humiex l-istess bħal dawk tal-main contractor?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-kuntratturi li qegħdin jaħdmu fuq xogħol fi Mdina Road , Qormi huma Polidano Brothers Ltd. u Asfaltar Ltd. Dawn ġew imqabbda mill-kuntrattur prinċipali Rite Mix Ltd. bl-approvazzjoni tad-Dipartiment tat-Toroq, iżda d-Dipartiment tat-Toroq ma kellu x'jaqsam xejn fl-għażla tal-kuntratturi u lanqas fl-assenjazzjoni ta' xogħol mill-main contractor għal dawn is-sub contractors. Għalhekk il-kuntratt għadu jsejjaħ lir-Rite Mix Ltd., u r-rati tal-kuntratt baqgħu ma nbidlux.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol fuq Imdina Road, Ħal Qormi u x'inhu x-xogħol li fadal isir?
X'perċentaġġ ta' xogħol tlesta s'issa u x'inhu l-ammont ta' ħlas li sar lil diversi kuntratturi, kull kuntrattur separatament?
Meta hu maħsub li se jitlesta x-xogħol kollu fuq din it-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol li qed isir bħalissa fi Mdina Road, Ħal Qormi jikkonsisti f'tqegħid ta' pajpijiet għad-dranaġġ ta' l-ilma tax-xita u f'xogħol ġenerali għall-bini mill-ġdid tat-triq sabiex fl-aħħar it-triq ikkollha bażi u wiċċ ġdid ta' asfalt.
Il-pagamenti li saru s'issa lill-kuntrattur kienu hekk:-
a) kuntratt għar-rikostruzzjoni tal-bażi tat-triq li kien jiswa Lm590,000,
tħallsu Lm418,386
b) kuntratt ta' l-asfalt li jammonta Lm323,000, tħallsu Lm26,418.
Ix-xogħol mistenni jitlesta matul l-ewwel xhur tas-sena 2001.