Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #24266 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Head Corporate Services

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi għal-mistoqsija parlamentari nru. 24130?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-Head Corporate Services tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.
Leg 9 PQ #24268 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Head of Communications

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 24133?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-Head Communications tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.
Leg 9 PQ #24068 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Vapuri — Skart

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija nru. 23779, jista' l-Ministru jgħid kif persuni liċenzjati jiddisponu minn skart li jitniżżel mnin fuq il-vapuri fil-portijiet tagħna?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kontroll ta' l-iskart li jitniżżel minn fuq il-vapuri fil-portijiet tagħna, huwa kkontrollat mill-Avviżi Legali 83 ta' 1967 kif emendat b'Avviż Legali 22 ta'1-1968 u 150 ta' l-1976, kif ukoll bl-Avviż Legali 125 ta' 1-1993. Għaldaqstant peress li d-Direttur ta' l-Agrikoltura u Sajd huwa awtorizzat permezz ta' dawn l-Avviżi Legali biex jilliċenzja w jinforza tali regolamenti, nissuġġerixxi li tali mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-Ministru kkonċernat.

Kontribuzzjonijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi tip ta' skema għal dawk il-persuni li ma ħalsux l-ammont ta' kontribuzzjonijiet neċċessarji sabiex jikkwalifikaw għal pensjoni u li jixtiequ jħallsu l-bilanċ dovut?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ma teżisti l-ebda skema kif imsemmija minnu għalkemm l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali tipprovdi f'ċerti każi u taħt ċerti kriterji li ssir talba biex jitħallsu xi kontribuzzjonijiet b'lura. Iżda, f'dan il-każ id-Direttur ma jistax joħroġ kont b'lura li jmur lura aktar minn ħames snin kalendarji mid-data tat-talba magħmula mill-assigurat. Huwa opportun hawn li nenfasiżża l-isforzi ta' dan il-Gvern biex f'pajjiżna tidħol kultura fejn iċ-ċittadin jħallas il-kontribuzzjonijiet tiegħu fil-ħin biex sitwazzjonijiet kif indikati mill-Onor. Interpellant jiġu evitati u b'hekk la jbati l-assigurat u l-anqas il-familja jew l-eredi tiegħu.
Leg 9 PQ #24130 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Head Corporate Services

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-Head Corporate Services li ġie maħtur fil-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #24133 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Head of Communications

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-Head of Communications li ġie maħtur fil-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #24135 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Xogħolijiet Pubbliċi — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal l-ipproċessar għal ħlas ta' overtime li l-ħaddiema tad-diviżjoni tax-xogħolijiet pubbliċi ħadmu fix-xogħol li sar fil-bajja taħt it-Taormina Kiosk f'San Ġiljan.

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li wara investigazzjonijiet u taħdidiet li saru ma' l-Awtorita' tat-Turiżmu, ftiehmna li l-ħaddiema nvoluti jitħallsu nofs dak li qed jitolbu. Naħseb li din hi soluzzjoni ġusta. Dawn se jitħallsu fil-jiem li ġejjin.
Leg 9 PQ #23776 Sitting 503 2001-02-26 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Skart

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir mill-iskart ta' l-isptarijiet, b'mod partikolari dak perikoluż?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-iskart ta' l-isptarijiet jaqa' f'żewġ kategoriji, dak li hu skart domestiku u li jintrema bħal kull skart ieħor mill-kuntrattur konċernat, u skart perikoluż. Dan ta' l-aħħar jinħaraq fl-incinerator, barra dak l-iskart li jkun magħmul minn "cytotoxic remains". F'dan il-każ l-iskart jiġi ssiġġillat f' "cytotoxic bins" u jiġi trasportat fi store apposta.
Leg 9 PQ #23778 Sitting 503 2001-02-26 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biċċerija — Skart

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir mill-iskart tal-biċċerija?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent l-iskart tal-Biċċerija jittieħed għall-Controlled Dumping.

Vapuri — Skart

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir mill-iskart li jitniżżel minn fuq il-vapuri fil-portijiet tagħna? Ta' min hi r-responsabilita' sabiex jiddisponi minn dan l-iskart?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-iskart li jinżel minn fuq il-vapuri jiġi miġbur minn operaturi liċenzjati mill-Ministeru ta' l-Ambjent. L-Awtorita' Marittima tassigura li l-iskart jinġabar minn persuni liċenzjati. Hu mifhum li dawn l-operaturi jiddisponu minn dan l-iskart skond regolamenti u proċeduri maħruġa mill-Ministeri ta' l-Ambjent u tas-Saħħa. Għalhekk għal aktar informazzjoni ta' xi jsir minn dan l-iskart nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #23780 Sitting 503 2001-02-26 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — Skart

Question

Jista' l-Ministru jgħid ta' min hi r-responsabilita' sabiex jiddisponi mill-iskart li jitniżżel minn fuq l-ajruplani fl-ajruport internazzjonali ta' Malta? X'qiegħed isir bħalissa minn dan l-iskart?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-iskart minn fuq l-ajruplani jitniżżel mill-"ground handler". L-iskart jiġi separat u magħżul għal dak li huwa meqjus bħala "swill" li jinħaraq f'post apposta minn impjegati tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura. L-iskart l-ieħor jintrema l-Magħtab.
Leg 9 PQ #23904 Sitting 503 2001-02-26 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Petshops - Liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm petshops liċenzjati f'Malta? F'liema lokalitajiet jinstabu dawn il-ħwienet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi f`Malta hawn 131 ħanut liċenzjat mal-Pulizija li b`xi mod jinkwadra taħt il-kategorija ta` pet shop. Dawn jinstabu f`dawn il-lokalitajiet: Valletta Cospicua Birżebbugia Msida Dingli Mosta Floriana Vittoriosa Għaxaq San Ġiljan St. Venera Burmarrad Qormi Kalkara Żurrieq Ibraġġ Rabat Mellieħa Siġġiewi Marsascala Gudja San Ġwann Birkirkara San Pawl il-Baħar Żebbuġ Senglea Safi Swieqi Balzan Paola Żabbar Mqabba Ħamrun Attard Fgura Żejtun Sliema Marsa Naxxar Tarxien Marsaxlokk Gżira Mtarfa Għargħur

Burmarrad — Intersection

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta ta' l-intersection proposta bejn Triq San Publiju u Triq San Pawl Milqi, Burmarrad?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanta ta' l-intersection li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, kif tidher għand il-Planning Authority.
Leg 9 PQ #23499 Sitting 490 2001-02-12 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment tad-Drenaġġ

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru. 23376, jista' l-Ministru jgħid liema xogħol jirrelata mal-persentaġġ ta' allowance, kull persentaġġ separatament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li: 5% tingħata lill-impjegati li x-xogħol tagħhom huwa f'postijiet kontaminati bid-drenaġġ. 10% tingħata lill-impjegati li x-xogħol tagħhom huwa kif spjegat fuq u wkoll li jkunu f'kuntatt mad-drenaġġ. 20% tingħata lill-impjegati li biex jaħdmu jkollhom jinżlu f'tappieri, sentini jew vaski tad-drenaġġ. 38% tingħata lill-ħaddiema li jkollhom jinżlu jaħdmu f'galleriji tad-drenaġġ. Dawn ir-rati jitħallsu għas-sigħat kollha li jkunu qed jaqdu d-doveri tagħhom.
Leg 9 PQ #23376 Sitting 487 2001-02-06 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment tad-Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'perċentaġġ ta' allowances jitħallsu l-ħaddiema tad-dipartiment tad-drenaġġ, kull kategorija ta' ħaddiema separatament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-persentaġġi ta' allowance li jitħallsu l-ħaddiema msemmija huma ta' 5,10,20 u 38 fil-mija skond ix-xogħol li jagħmlu.
Leg 9 PQ #22947 Sitting 478 2001-01-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tal-Finanzi

Bank Ċentrali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-valur ta' flus li l-Bank Ċentrali ta permess li jinħarġu minn Malta sabiex jiġu investiti f'funds, matul dawn l-aħħar 12-il xahar?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-valur ta' flus li nħarġu minn Malta biex ġew investiti f'funds matul it-tnax-il xahar li għaddew kien ta' Lm21 miljun. Dawn l-investimenti saru direttament permezz tal-banek u aġenti awtorizzati oħra fil-kuntest tal-limitu ta' Lm15,000 li kull residenti kellu permess jinvesti f'muniti barranin is-sena li għaddiet.

Qormi — Imdina Road - Culverts

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk ix-xogħlijiet ta' storm water culvert li saru s'issa f'Imdina Road, Ħal Qormi hiex ta' standard aċċettabbli? Jekk fl-affermattiv, min ikkonferma dan ix-xogħol?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-istorm water culverts li saru s`issa f`Imdina Road saru skond id-disinji u l-kalkoli mill-inġiniera fid-Dipartiment tat-Toroq li ħadmu skond l-istandards u prassi applikabbli għal dan it-tip ta` xogħol.
Leg 9 PQ #22953 Sitting 478 2001-01-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Tas-Sliema — Fdalijiet Storiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul ix-xogħlijiet ta' embellishment f'Tas-Sliema, instabux xi fdalijiet storiċi u jekk dawn il-fdalijiet ġewx imkissra u mirduma qabel dawn setgħu jiġu spezzjonati?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li nstabu sitt ġebliet ħdejn "Speedy Garage" li mid-dehra kienu jiffurmaw parti mit-Trunċiera. Dawn ġew preservati u ser jintużaw fi Ġnien Indipendenza bħala dekorazzjoni. Fejn it-Torri instabet parti minn ħnejja rieqda li kienet mirduma. Parti minnha tinqabad fil-verge tal-ħamrija u biċċa fit-triq eżistenti.

Housing

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk tlestewx l-ispezzjonijiet li d-dipartiment tad-djar kien qiegħed jagħmel fid-djar ta' l-applikanti għall-akkomodazzjoni alternattiva? Jekk fin-negattiv, kemm tlestew s'issa u x'fadal li jiġu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li s'issa tlestew 1,400 spezzjoni Avviżi li ġew lura mill-posta 40 Applikanti li mietu 12 Applikanti li m'għadhomx interessati 120 Ghad baqa' 1,576 spezzjonijiet xi jsiru L-avviżi joħorġu ġimgħatejn bil-quddiem u s'issa ħarġu b'kollox 1,729 avviż.