Jista' l-Ministru jgħid jekk il-katusi tas-sistema tad-drenaġġ fis-service road parallel ma Imdina Road, Ħal Qormi ġew spezzjonati permess tas-CCTU qabel ma din it-triq ingħatat it-tarmac għax hemm suspett serju li din is-sistema eżistenti hi kollassata?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fit-triq imsemmija ma saritx spezzjoni bis-CCTU peress li wara li saru xi lmenti mir-residenti mal-Kunsill Lokali, saru xogħolijiet neċessarji u l-Kunsill Lokali ikkonferma lid-Dipartiment li t-talbiet tar-residenti kienu ġew sodisfatti.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-riżultati għal post ta' security guards għall-isptarijiet, liema riżultat ġie pubblikat ftit taż-żmien ilu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Billi l-proċess ta` l-għażla għall-mili ta` postijiet ta` security guards fid-Diviżjoni tas-Saħħa għadu mhux finalizzat mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, l-Onor. Interpellant huwa mitlub jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-istess Kummissjoni.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala f'xi ħinijiet id-drenaġġ qiegħed ifur minn man hole li hemm fit-triq ta' taħt l-Imdina qabel il-bridge il-ġdid li hemm fejn is-sala Olive Gardens, l/o Mdina?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li permezz tal-'jetting/suction bowser' ittella' waste u anke biċċa njama minn quddiem l-Olive Gardens.
Peress illi fil-viċinanzi jitbattlu l-bowsers, ħa titnaddaf biċċa mina fil-viċin bin-nies tad-'deep sewers' peress li jista' jkun illi hemm ħafna sludge u għalhekk tista' tikkontribwixxi għal fawran spiss f'dawn l-inħawi.
Jista' l-Ministru jgħid meta inbeda x-xogħol ta' pavimentar tal-pjazza Assedju l-Kbir (quddiem il-Qrati) fil-Belt?
Meta hu maħsub li se jitlesta x-xogħol peress li fl-istat li qiegħda l-pjhazza din toħloq inkonvenjent kbir?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li kien hemm xi dewmien fil-proġett minħabba l-fatt li meta nqalgħet l-art li kien hemm, instabu l-pedamenti tal-monument oriġinali (jiġifieri l-funtana ta' qabel l-1927) u minħabba dewmien fl-għoti tat-tender tal-madum. Il-proġett għandu jitkompla f'dawn il-ġranet peress li l-materjal meħtieġ issa wasal u ngħata lill-kuntrattur li se jagħmel il-paviment.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex deċiż il-post fejn sejrin isiru l-uffiċji ta' l-Awtorita' tar-Riżorsi?
Jekk fl-affermattiv fejn hu dan il-post u kemm se jintefqu flus sabiex jiġu irranġati dawn l-uffiċji?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-uffiċċji ta' l-Awtorita' tar-Riżorsi sejrin jokkupaw parti żgħira minn Block A tal-Furjana. Dan ser isir bħala miżura temporanja, sakemm jinstab post adatt.
Il-parti l-kbira tax-xogħol sar bin-nies tad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet. L-ispiża tal-kuntratturi privati s'issa tlaħħaq is-somma ta' madwar Lm5,000.
Ta' min jgħid li ntagħżel dan il-post peress li x-xogħol ta' riabilitazzjoni kien avvanzat. Ix-xogħol li sar fuq dan il-post ried isir xorta waħda, u f'din il-parti, meta jitilqu l-Awtorita', jidħlu l-Contracts & Supplies Section.
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-taxxa fuq il-fringe benefits hix se tkun applikabbli għal dawk l-impjegati li jgawdu mill-użu tal-karozza jew xufier fis-servizz pubbiku jew permess tal-kuntratt li għandhom jew minħabba l-grad jew xogħol li jagħmlu bħal ma huma periti, inġiniera, diretturi u oħrajn?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi ghat-“Tax Guide” dwar il-‘fringe benefits’ li ħareġ id-Dipartiment tat-Taxxi Interni.
Jista' l-Ministru jirrispondi il-mistoqsija parlamentari nru. 24356 għax jidher li l-mistoqsija li irreferu għaliha (mistoqsija parlamentari nru. 24066) wkoll sal-lum għadha mhux risposta?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Din it-tabella turi biss in-numru ta` vetturi liċenzjati waqt dawk reġistrati ġodda huwa differenti, kif indikat fir-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru 24464.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-impjegat li ismu qiegħed jingħata separatament se jitħallas tax-xogħol overtime li għamel fuq xogħol f'Għawdex WD 690/94/4?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li dan ix-xogħol jirrigwarda l-Ministeru għal Għawdex, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhu jżomm li jitħallas ix-xogħol overtime li għamel il-persuna li d-dettalji tiegħi qegħdin jingħataw separatament fuq ir-rising main tad-drenaġġ skond WD 690/94/4?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li qiegħdin jittieħdu l-passi meħtieġa biex il-ħlas tal-overtime dovut lill-persuna ndikata jsir mill-aktar fis possibbli.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-BICC sabietx tikri uffiċji ġodda? Jekk fl-affermattiv, fejn huma dawn l-uffiċji ġodda? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim tal-kirja relattiva?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li t-tender għal kiri ta' uffiċċji ġodda għal BICC għalqet fis-16 ta' Jannar 2001 u qed tiġi aġġudikata.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li ġie iffirmat mal-kumpanija FACES consultants dwar bus shelters li ġie mħabbar xi jiem ilu?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li nghatat ghall-mistoqsija parlamentari numru 24325 (seduta 511).
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu liċenzji għal vetturi ġodda matul dan l-aħħar tnax-il xahar kull xahar separatament? Ta' liema kategorija ta' vetturi huma dawn il-liċenzji?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għal Mistoqsija Parlamentari Nru 24066.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jivverifika jekk il-pensjoni mogħtija lil persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament min din il-mistoqsija hijiex koretta peress li dan jidher li hu pjuttost żgħir?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna minnu ndikata qiegħda titħallas rata ta' pensjoni kif suppost u skond il-provvedimenti tal-Liġi dwar is-Sigurta' Soċjali.
Inżid ngħid illi l-istess persuna ġiet infurmata bil-miktub dwar dan.
Federazzjoni Kaċċaturi, Nassaba u Konservazzjonisti
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi onorata l-wegħda li ngħatat lill-Federazzjoni Kaċċaturi, Nassaba u Konservazzjonisti li l-liċenzja għal kaċċa tinħareġ lil persuni ta' tmintax-il sena?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Gvern se jonora l-wegħda li għamel lill-Kaċċaturi fil-Programm Leġislattiv tiegħu kemm jista' jkun malajr.
B'riferenza għar-risposta' tal-mistoqsija parlamentari nru. 24068, jista' l-Ministru jgħid kif persuni liċenzjati jiddisponu minn skart li jitniżżel minn fuq il-vapuri fil-portijiet tagħna?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-vapuri ma jitħalliex jitniżżel wet waste (swill). Jingħata permess mis-Servizz Veterinarju għall kull talba ta' vapur biex iniżżel dry waste (mhux ikel). Dan id-dry waste jitqies bħala domestic waste.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru. 24135, kif jista' l-Ministru jgħid li soluzzjoni ġusta għal ħlas tal-ħaddiema li jitħallas nofs il-valur ta' l-overtime dovut bi dritt lilhom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Jien infurmat li l-uffiċjali ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu isostnu li s-sigħat ta' overtime li qed jgħidu li saru mill-ħaddiema m'humiex minnhom.
Għalhekk nemmen li din hi soluzzjoni ġusta favur il-ħaddiema in kwestjoni.