Jista' l-Ministru jirrispondi l-parti tal-mistoqsija nru. 25458, jiġifieri jekk sarx xi tibdil fil-pjanti u x-xogħlijiet matul iż-żmien li ilu jiġi esegwit il-proġett ta' Mdina Road, Ħ'Attard.
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ma kienx hemm tibdil fil-pjanti u x-xogħolijiet ħlief xi adjustments sabiex ix-xogħol ikun jista' jitwettaq skond in-neċessita tax-xogħol jew tal-lokalita'.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li huma sekondati mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi? Meta se tiġi regolarizzatta l-pożizzjoni ta' dawn l-impjegati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi hemm 99 impjegati li huma detailed ma` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar skond il-provvedimenti ta` l-Att dwar l-Ippjanar ta` Żvilupp. Għalkemm hemm ftehim li dawn l-impjegati jistgħu jiġu mpjegati formalment ma` l-Awtorita`, jidher li hemm bżonn ta` tibdil fl-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet sabiex dawn l-impjegati ma jitilfux ċertu benefiċċji tal-impjieg tagħhom mal-Gvern. Ninsab infurmat li l-emendi neċessarji għall-imsemmija Ordinanza qegħdin jiġu fformulati mill-Ministeru tal-Finanzi flimkien ma` l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-impjegati ta' l-Awtorita' Maltija dwar it-Turiżmu li preżentament igawdu minn fringe benefits?
Veru li l-kuntratti ta' dawn l-impjegati se jinbidllu sabiex ikopru t-taxxa żejda li se jeħlu minħabba t-taxxa fuq il-fringe benefits?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li l-Awtorita’ tat-Turiżmu ta’ Malta ma introduċiet l-ebda kumpens li jagħmel tajjeb għal dak li huma kwalifikati bħala fringe benefits skond il-gwida maħruġa f’Jannar 2001.
Jista' l-Ministru jgħid meta inbeda x-xogħol fl-estenzjoni tal-Qorti fejn qabel kien hawn l-Għassa tal-Pulizija? X'inhu proġettat li jsir? Kemm se jqum ix-xogħol previst u kemm intefqu flus s'issa?
Meta hu previst li jispiċċaw x-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ix-xoghol fuq l-estenzjoni fil-Qorti biex jigi utilizzat l-post fejn qabel kien hemm l-Ghassa tal-Pulizija (Valletta) imbeda f'Jannar 2000.
Il-progett jikkonsisti f'zewg fazijiet:
L-ewwel fazi kienet it-twaqqieh ta' hitan, ftuh ta' bibien u tpoggija ta' travi halli l-post jinghata dehra ta' "open plan' biex l-ispazju jigi utilizzat ahjar.
It-tieni fazi tikkonsisti f' "finishing works" bhal twahhil ta' dawl, ilma, telephones, struttura ghal I.T., Air-conditioning, fire detection etc. inkluz tghamir ta' ghamara ta' l-ufficini.
Il-post meta jkun lest se jigi okkupat bir-Registri tal-Qrati Superjuri, Inferjuri, Qorti ta' l-Appell, Tribunal ghat-Talbiet iz-Zghar, u s-sezzjoni tas-Subbasti. Ser ikun hemm ukoll ufficini ghall-Ufficcjali ohra tal-Qorti.
In-nefqa li saret sa issa hija ta' Lm69,908. Baqa' kont pendenti ta' Lm1050.
Prezentament qed tigi aggudikata t-tender li kienet harget mid-Direttur tal-Kuntratti li tkopri x-xoghol li ghandu jsir fit-tieni fazi kif spjegat aktar 'l fuq.
L-ispiza finali tiddependi mill-valur tat-tender li ghadha qed tigi aggudikata u ghalhekk ma tistax tinghat risposta ghal -issa.
B'riferenza għax-xogħol li qiegħed isir fl-Imdina Road, Qormi, jista' l-Ministru jgħid
i) Meta inħarġet it-tender ?
ii) Meta ġiet awarded it-tender, lil min u b'liema valur?
iii) Kemm suppost ħa żmien ix-xogħol?
iv) Kemm tħallas il-kuntrattur s'issa?
v) Sar tibdil fil-pjanti u xogħlijiet matul iż-żmien li dan jiġi esegwit dan il-proġett?
vi) Meta hu ippjanat li se jispiċċaw x-xogħol?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-offerta għax-xogħol ta` Mdina Road, Qormi ħarġet f` Lulju ta` l-1998 u l-kuntratt ġie awarded f`Jannar ta` l-1999 għal xogħol ta` formazzjoni li kien stmat li jiswa Lm590,000.95 u f`Settembru ta` l-1999 għal xogħol ta` surfacing li kien stmat li jiswa Lm323,056.00. Dawn iż-żewġ kuntratti, it-tnejn ingħataw lil kumpanija Ritemix Ltd.
Ix-xogħol ta` formazzjoni kien maħsub li jieħu tnejn u tletin ġimgħa fil-waqt li x-xogħol ta` surfacing kien maħsub li jieħu tnax-il ġimgħa.
Saru xi tibdil fil-kuntratt fejn jirrigwarda ix-xogħolijiet konnessi mas-sistema li tieħu l-ilma tax-xita lejn Wied ic-Cawsli u f`Mdina Road. Dan it-tibdil irriżulta meta saru l-pjanti għal dawn il-culverts fejn instab ukoll li kien hemm servizzi ta` cables u infrastrutturi oħra taħt l-art li kienu ser ifixklu it-twettieq tax-xogħol.
Il-ħlasijiet li saru s`issa huma ta` Lm498,162 u Lm30,923 rispettivament fuq dawn iż-żewġ kuntratti.
B'riferenza għax-xogħol li qiegħed isir f'Psaila Street, B'Kara, jista' l-Ministru jgħid:
i) Meta nħarġet it-tender?
ii) Meta ġiet awarded din it-tender, lil min u b'liema valur
iii) Kemm suppost ħa żmien dan ix-xogħol?
iv) Kemm tħallas il-kuntrattur s'issa?
v) Sar xi tibdil fil-pjanti jew/u fix-xogħlijiet matul iż-żmien li ilu jiġu esegwit dan il-proġett
vi) Meta hu ippjanat li se jispiċċa x-xogħol?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-offerta għax-xogħol ta' Psaila Street ħarġet f'Ottubru, 1999 u l-kuntratt ġie mogħti f'Ġunju 2000 lid-ditta Ritemix Ltd għall-valur ta' Lm 805,000. Iż-żmien tal-kuntratt hu ta' ħmistax-il xahar u x-xogħol hu maħsub jitlesta' fl-aħħar ta' Novembru ta' din is-sena. L-ammont ta' ħlasijiet li saru s'issa lill-kuntrattur huwa ta' Lm199,425.
Ix-xogħol kopert mill-kuntratt essenzjalment baqa' dak li kien oriġinarjament ippjanat.
B'riferenza għax-xogħol li qiegħed isir f'Imdina Road u l-inħawi f'Ħ'Attard, jista' l-Ministru jgħid?
i) Meta inħarġet it-tender?
ii) Meta ġiet awarded it-tender, lil min u b'liema valur?
iii) Kemm suppost ħa żmien dan ix-xogħol?
iv) Kemm tħallas il-kuntrattur s'issa?
v) Sar tibdil fil-pjanti u xogħlijiet matul iż-żmien li ilu jiġu esegwit dan il-proġett?
vi) Meta hu ippjanat li se jitlesta dan ix-xogħol?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-offerta għax-xogħol ta' Imdina Road, Attard ħarġet f'Lulju ta' 1998 u ġiet awarded fl-aħħar t'April,1999. Ix-xogħol ta' formazzjoni ġie awarded lid-ditta Ritemix Ltd għall-valur ta' Lm159,100 filwaqt li x-xogħol ta' surfacing ġie awarded lid-ditta Roads Group Ltd. għall-valur ta' Lm147,448.
Il-ħlasijiet li saru s'issa lid-ditta Ritemix hu ta' Lm157,000 u lid-ditta Roads Group hu ta' Lm27,698.
Bħalissa qed isir ix-xogħol fuq il-kuntratt tar-Roads Group u x-xogħol hu maħsub li jitlesta' f`dawn il-jiem.
B'riferenza għax-xogħol li qiegħed isir f'Ħal Far Road, jista' l-Ministru jgħid?
i) Meta inħarġet it-tender?
ii) Meta ġiet awarded it-tender, lil min u b'liema valur?
iii) Kemm suppost ħa żmien dan ix-xogħol?
iv) Kemm tħallas il-kuntrattur s'issa?
v) Sar tibdil fil-pjanti u xogħlijiet matul iż-żmien li ilu jiġu esegwit dan il-proġett?
vi) Meta hu ippjanat li se jitlesta dan ix-xogħol?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-ewwel kuntratt li ngħata għal xogħol f`din it-triq kien fl-4 ta` Ottubru 1996. F`Lulju 1998 reġgħet ħarġet tender oħra li kienet tkopri l-istess xogħol li kien diġa allokat f'Ottubru 1996. Din ħolqot diffikultajiet fl-allokazzjoni tat-tender, u wara diversi laqgħat ġie deċiż li x-xogħol li kien kopert bil-kuntratt ta' Ottubru 1996, u dak kopert bit-tender ta' Lulju 1998, fil-valur ta' Lm 1,126,449 ġie allokat lid-ditti Penza Tarmac Ltd, Schembri Barbros Ltd u lil General Road Servicing Ltd fid-29 ta` Lulju 1999. S`issa il-kumpanija Penza Tarmac Ltd. tħallset is-somma ta` Lm358,198, il-kumpanija Schembri Barbros tħallset is-somma ta` Lm211,737 u l-kumpanija General Road Servicing tħallset is-somma ta` Lm274,802.
Il-pjanti saru max-xogħol li kien qed isir fuq il-proġett u s`issa ma kienx hemm tibdil fix-xogħol ta` dan il-kuntratt. F'partijiet minn dan ix-xogħol kienet meħtieġa l-approvazzjoni tal-Awtorita' tal-Ippjanar, u l-permessi meħtieġa nkisbu fil-21 ta' Ġunju, 2000. (P.A. Nru 351/2000)
Ix-xogħol kellu completion period ta` tletin ġimgħa li beda meta l-kuntratturi ingħatalhom il-full possession of site peress li x-xogħol qed isir f` fażijiet biex it-triq ta` Ħal Far ma tingħalaqx għat-traffiku. Dan ix-xogħol mistenni li jitlesta` għal nofs Ġunju.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li ntefaq s'issa u kemm hu ippjanat li se jiġi jiswa x-xogħol li qiegħed isir fl-uffiċji ġodda ta' l-Awtorita' tar-Riżorsi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li r-riabilititazzjoni tal-uffiċini l-ġodda ta' l-Awtorita' tar-Rizorsi kien diġa' avvanzat qabel ma twaqqfet l-Awtorita' għaliex kien se jkun okkupat mis-Sezzjoni tad-Dipartiment tal-Finanzi u Amministrazzjoni.
Il-parti l-kbira tax-xogħol li sar, sar bin-nies tad-Divizjoni.
L-ispiza totali hija stmata li tleħħaq mal-Lm25,000. S'issa tħallsu biss il-'partitions' (Lm3,343) u l-'airconditioners' (Lm600).
Jista' l-Viċi Prim Ministru jivverifika jekk l-ammont ta' persuni li qed tieħu l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament hux korrett peress li jidher żgħir wisq?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi 'l-persuna minnu ndikata qed titħallas kif suppost u skond l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali. Inżid ngħid li l-istess persuna ġiet infurmata dwar dan bil-miktub.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment ta' l-artijiet għandux policies differenti meta jiġi biex jikri garages ta' kategoriji differenti bħal ma huma garages ta' kategoriji differenti bħal ma huma garages għall-użu residenzjali, kummerċjali u oħrajn?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi d-Dipartiment ta` l-Artijiet m`għandux policies differenti meta jiġi biex jikri garages ta` kategoriji differenti.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 24837
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat mill-Awtorita’ tat-Turiżmu li l-Awtorita’ kienet waslet fi ftehim mal-Kunsill Lokali Sliema biex il-Kunsill jieħu ħsieb iżarma u jaħżen l-impjant matul ix-xhur tax-xitwa. Infurmat ukoll li l-Awtorita’ ma tafx għaliex il-Kunsill Lokali Sliema naqas joqgħod għall-ftehim.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta' traffic management li qiegħed isir fi Spencer Hill, Marsa, huwiex kopert bil-permessi ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?
Response (BORG, TONIO)
Ix-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant huwa relatat ma` proġett li preżentament qed tagħmel il-Korporazzjoni Enemalta. Dan jinvolvi il-bini ta` Ċentru ta` Distribuzzjoni Elettrika u li huwa kopert bil-permess ta` żvilupp PA 0423/00. Bħala parti minn dan l-iżvilupp, l-Enemalta kien jinħteġilha li twettaq 're alignement' tat-toroq fl-inħawi skond pjan propost u li fost affarijiet oħra jinvolvi t-tneħħija tal-blata li hemm fir-'roundabout' ta` nofs it-triq. Fil-frattemp ix-xogħol ta` 'traffic management' li sar s`issa bl-awtorizzazjoni tal-Pulizija u tad-Dipartiment tat-Toroq, huwa biss mod temporanju sakemm isir il-qtugħ neċessarju tal-blat. Sadanittant qed isiru diskussjonijiet dwar il-fażijiet differenti ta` kif għandu jiġi attwat il-'Construction Management Plan' in vista taċ-ċirkolazzjoni tat-traffiku fl-inħawi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tat-toroq għandux il-permessi ta' l-Awtorita ta' l-Ippjanar għax-xogħol li qiegħed isir bħalissa fi Spencer Hill, Marsa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol li qed isir fi Spencer Hill, Marsa jikkonsisti fi preparamenti biex jinbena distribution centre ta' l-Enemalta.
Il-kostruzzjoni ta' dan iċ-ċentru hu kopert bil-permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar Nru. PA 00423/00.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li qiegħed isir fil-children play area taħt it-Taormina Kiosk, San Ġiljan huwiex kopert bil-permessi ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li huma meħtieġa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi x-xogħlijiet li qed isiru mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet fil-Ġnien Indipendenza, kif proposti fin-notifika numru GD 1374/01, huma limitati għal tiswijiet ta` strutturi eżistenti flimkien ma` xogħlijiet infrastrutturali li jaqgħu taħt il-Klassi 4 ta` l-Ordni ta` l-1997 dwar Żvilupp Ġenerali (nru. 2) [Avviż Legali 137 ta` l-1997, magħruf l-aktar bħala l-"GDO"].
Għaldaqstant dawn ix-xogħlijiet la jeħtieġu permess għall-iżvilupp u, skond id-dispożizzjonijiet ta` l-istess Ordni, lanqas notifika lill-Awtorita`. Id-Dipartiment xorta waħda għażel li jinnotifika lill-Awtorita` minn jeddu, minkejja li mhux obbligat jagħmel dan, u l-Aworita` infurmat lid-Dipartiment li x-xogħlijiet li qed iwettaq m`għandhomx bżonn permess.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown fuq infieq ta' health and safety equipment li inxtara minn Ottubru 1998 sal-lum għall-kull dipartiment li jaqa taħt ir-responsabilita' tiegħu, kull dipartiment separatament?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt:
DIPARTIMENT 1998 1999 2000 3/2001
LM. LM. LM. LM.
Ministeru għall-Ambjent
Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent 732. 473. 1781. 367.
Uffiċċju tal-Proġetti għar-Riabilitazzjoni / 130. 745. /
B.I.C.C. / / 86. /
Unit għal Ambjent Nadif 561. 1510. 2879. 35.
Dipartiment tad-Drenaġġ 2698. 3702. 141133. 3570.
Dipartiment tal-Bini u Inġinerija 201. 715. 2053. /
Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi 272. 3962. 5053. 4681.
Dipt. tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni u Distretti 3880. 4812. 6287. 582.
W.M.S.I.D. 1964. 3989. 2765. 884.
Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx xi applikazzjoni lill-awtorita' ta' l-ippjanar għal bini ta' bankina ġdida f'Idmejda Street, Balzan, mill-kunsill lokali?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni 1112/01, għal bini ta` bankina fi Triq Idmejda Balzan, daħlet fit-8 ta` Marzu 2001 u bħalissa qed tiġi proċessata.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-inkjesti li kellhom isiru dwar l-inċident fil-fossa tad-drenaġġ li seħħ aktar minn sena ilu? Meta se jiġu konklużi dawn l-inkjesti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18782 (Seduta 364). Il-pożizzjoni għadha l-istess.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown tax-xogħlijiet li kienu approvati li jsiru taħt il-vot ta' l-embellishment għal matul din is-sena u l-lokalita' fejn se jitwettqu dawn ix-xogħlijiet?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet li huma ppjanati li jsiru taħt il-vot ta' l-embellishment (Touristic Areas) għal matul din is-sena huma dawn li jidhru hawn taħt:
1. Sliema - It-tieni fażi tax-xogħol fuq il-Promenade (minn fejn it-Torri sa fejn Barracuda Restaurant) li jinkludi wkoll upgrading tal-playing field ħdejn it-Torri, restawr tat-Torri u rranġar tal-playing field fi Ġnien Indipendenza. Xogħol fuq il-bankini u storm water system fi Triq it-Torri u n-naħa tar-residenzi.
2. San Ġiljan - L-ewwel fażi ta' upgrading tal-promenade fi Triq Ġorġ Borg Olivier minn fejn iċ-Chains sa fejn il-pitch tal-waterpolo ta' San Ġiljan.
3. Marsascala.
* Xogħol ta' tisbiħ fil-bajja ta' San Tumas (ix-xogħol jinbeda hekk kif joħroġ il-permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.)
* Tkomplija tax-xogħol fuq il-Promenade (minn ħdejn Spigola Restaurant sa St. George's Street).
* Qed jiġu ppreparati t-tenders għat-tielet u r-raba' fażi ta' restawr tat-Torri ta' San Tumas u r-redoubt.
4. Marsaxlokk
* Xogħol ta' resurfacing ta' parti minn Triq il-Wilġa.
* Għarik tal-pavimentar tal-gawwi f'Misraħ il-Parroċċa.
* Xogħol ta' retaining walls ħdejn il-ground tal-futbol.
5. Birżebbuġia - Tlestija tax-xogħol fil-Bajja s-Sabiħa.
6. Buġibba/Qawra - Hu ppjanat li jinbeda xi xogħol fl-inħawi tax-Xemxija in kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar u l-Ministeru tat-Trasport.