Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħ'Attard — St. Anthony Street minn Long Street - one way

Question

Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li l-parti ta' St. Anthony Street Attard minn Long Street lejn Ħ'Attard, issir one way peress li din hi triq dejqa ħafna u t-traffiku fiż-żewġ direzzjonijiet joħloq konġestjoni b'mod partikolari meta jgħaddu l-vetturi tat-trasport pubbliku?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-proposta kienet ġiet implimentata fil-passat iżda, minħabba tali miżura, kienu żviluppaw problemi ġodda f’partijiet oħra kritiċi fl-inħawi.

Mosta — Triq Pantar - traffic lights

Question

Jista' l-Ministru jara li tempranjament jintefgħu t-traffic lights li hemm fit-tarf ta' Triq Pantar l/o Mosta sabiex it-traffiku jkun jista' jaqsam Valletta road meta bħalissa t-traffiku ma jistax juża Pantar Road fid-direzzjoni lejn Valletta Road u allura m'hemmx bżonn dawn it-traffic lights?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jekk jintfew dawn it-traffic lights, tintefa ukoll il-pedestrian crossing li hija mqabbda ma’ dawn it-traffic lights u għaldaqstant il-pubbliku ma jkollux minn fejn jaqsam b’sigurtà.

Park Naturali taż-Żonqor — site plan

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-site plan tal-Park Naturali taż-Żonqor fil-limiti ta' Wied il-Għajn bil-konfini estiżi kif imħabbra mill-Ministeru?

Response (BRINCAT, LEO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-paġna 53 tad-dokument bl-isem ta’ ‘Il-Park Nazzjonali tal-Inwadar – Management Plan Brief’ li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #23393 Sitting 360 2016-02-23 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Ajruport — regolamenti fuq ground handling companies

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix regolament li jimponi numru ta' ground handling companies fl-ajruport skont in-numru ta' passiġġieri/passenger movements li jkun hemm fl-ajruport?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, billi l-liġi li tirregola ground handling companies hija risponsabbilita’ tad-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili, qed nidderieġi lill-Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Persuni barranin li jaħdmu f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni barranin jaħdmu f’Malta f’Diċembru tas-snin 2008 sa 2015, kull sena separatament u maqsumin skont jekk humiex minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jew pajjiżi terzi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, in-numru ta' persuni barranin li kienu jaħdmu f'pajjiżna fl-aħħar tas-snin 2008 sa 2014 u sa Awwissu 2015, hu kif muri fit-tabella t’hawn taħt: Persuni Barranin li jaħdmu f’Malta Xhur EU Total EU Total TCNs Total EU u TCNs EU Nationals EEA / EFTA EU Dependants Awwissu 2015 (l-aħħar ċifri ppubblikati) 19,334 218 165 19,717 7,935 27,652 Diċembru 2014 15,900 188 134 16,222 7,271 23,493 Diċembru 2013 12,047 164 121 12,332 6,158 18,490 Diċembru 2012 9,234 149 96 9,479 5,262 14,741 Diċembru 2011 7,431 131 78 7,640 4,648 12,288 Diċembru 2010 6,281 121 62 6,464 4,162 10,626 Diċembru 2009 5,129 78 59 5,266 4,092 9,358 Diċembru 2008 4,931 65 59 5,055 4,766 9,821
Leg 12 PQ #23312 Sitting 359 2016-02-22 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Residential Units - applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23118 u jgħid: a. kemm ġew approvati residential units ġodda mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fis-snin 2010 - 2015 kull sena separatament; b. kemm ġew sottomessi applikazzjonijiet għal żvilupp lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għal residential units ġodda fis-snin 2010 - 2015 u t-total ta' units għal kull sena separatament?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab nformat mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li l-informazzjoni dwar residential units approvati tinżamm mill-istess Awtorita u annessa hawn tabella bl-informazzjoni mitluba. L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar informatni li ma żżommx informazzjoni rigward sottomessjonijiet għal żvilupp għar-residential units ġodda . Residential units approvati Sena 2010 2011 2012 2013 2014 2015 Total 4444 3955 3064 2707 2937 3947
Leg 12 PQ #23118 Sitting 354 2016-02-09 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Residential Units - applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid: a. kemm ġew approvati residential units ġodda mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fis-snin 2010 - 2015 kull sena separatament; b. kemm ġew sottomessi applikazzjonijiet għal żvilupp lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għar-residential units ġodda fis-snin 2010 - 2015 u t-total ta' units għal kull sena separatament?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar

Skejjel sekondarji — attivitajiet extra kurrikulu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn fl-iskejjel sekondarji mhux qed jingħata biżżejjed supervision biex l-istudenti jkomplu bl-attivitajiet extra kurrikulu waqt il-break u dan meta qiegħda issir tant enfasi fuq l-obeżità u dawn l-attivitajiet ser jitniżżlu fl-iSchool leaving certificate?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-iskejjel sekondarji kollha kemm huma ġew allokati biżżejjed mid-day break supervision sessions sabiex jissodisfaw dak li kien miftiehem bejn il-Gvern u l-MUT permezz tal-ftehim settorjali tal-2010 u li għall-preċiżjoni jgħid: In Secondary Schools the Teacher/student ratio for mid-day supervision shall be 1:40 except where specific activities are organised. Fil-fatt barra li l-iskejjel jingħataw mid-day break supervision session għal kull 40 student jingħataw ukoll mid-day break session għal kull 15-il student u dan sabiex ikunu jistgħu jinżammu biżżejjed attivitajiet għall-iskopijiet tas-Secondary School Certificate and Profile (SSC&P), dak li qabel kien magħruf bħala l-iSchool Leaving Certificate. Dan fih innifsu diġà itejjeb ir-ratio minn 1:40 għal 1:25. Barra minn hekk kull skola tista’ talloka mid-day break supervision session lil dawk l-LSAs kollha li fil-ħin tal-lezzjonijiet jassistu student bi statement ta’ shared jew shared same class u li waqt il-break mhux rakkomandat li jżommu lill-istudenti tagħhom magħhom kif inhu meħtieġ fil-każijiet one-to-one. Dan ikompli jtejjeb ir-ratio għaliex kull skola għandha numru konsiderevoli ta’ LSAs li jaċċettaw li jagħmlu mid-day break supervision.

Ġbir ta' skart — kuntratturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn huma l-kuntratturi li matul is-sena 2014 ġabru l-iskart kemm domestiku kif ukoll għar-riċiklar minn dawn il-lokalitajiet: B’Kara, Marsa, Paola, Pietà, San Pawil il-Baħar, il-Belt Valletta u Ħaż-Żebbuġ? F’każ li l-iskart jinġabar minn kuntratturi differenti (skont it-tip ta’ skart) , jista’ l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-kuntratturi separatament?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-lista tal-ismijiet tal-kuntratturi li jiġbru l-iskart domestiku u riċiklat fil- lokalitajiet hawn imsemmija matul is-sena 2014, tinsab fit-tabella t’hawn taħt:: KUNSILL LOKALIKUNTRATTUR SKART DOMESTIKUKUNTRATTUR SKART RICIKABLI IL-BELT VALLETTA Waste collection LtdWaste collection Ltd ĦA¯-¯EBBUĠ Marvic & Sons (Victor Borg) Green Pak. BIRKIRKARANorthern Cleaning Northern Cleaning MARSA Paul DeguaraPaul Deguara PAOLAElton J.ZammitKuntrattur imqabbad mill-iskema GreenPak. PIETA`Saviour GaleaSaviour Galea SAN PAWL IL- BAĦARWM Environmental Limited u C.A. refuse Collection Green MT

Ġbir ta' skart domestiku — kuntratturi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-kuntratturi li jiġbru l-iskart domestiku minn dawn il-lokalitajiet: Ħad Dingli, Ħamrun, Kalkara, Mellieħa, Naxxar, Siġġiewi?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-lista tal-ismijiet tal-kuntratturi li jiġbru l- iskart domestiku fil-lokalitajiet hawn imsemmija, tinsab fit-tabella t’hawn taħt: Kunsill lokalikuntrattur Is-SiġġiewiWaste Collection Ltd Ħad-DingliWM Enviromental Ltd. Il-KalkaraSaviour Mifsud Il-ĦamrunMessrs Saviour Mifsud & Sons. Ltd. Il-MellieħaVelljo Services NaxxarSRF & Veladrians Joint Venture

Wasteserv — Audit fuq skart

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21245 li oriġinarjament saret lill-Ġustizzja, Kultura u l-Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk isirux audits fuq l-ammont ta’ skart li jiddaħħal fil-faċilitajiet tal-Wasteserv biex skart jinġabar mingħand il-kunsilli lokali peress li jsiru allegazzjonijiet li xi kuntratturi jdaħħlu skart minn sorsi oħra flimkien ma’ dak tal-kunsill lokali bil-konsegwenza li l-kunsilli jispiċċaw iħallsu għall-iskart li mhux tagħhom?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti li l-Wasteserv ma tagħmilx audits tat-tip li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interepllant u dan għas-sempliċi raġuni li meta l-iskart jitwassal għand il-Wasteserv mit-trakkijiet li jġorru l-iskart ma hemmx mod kif tista’ tivverifika l-iskart jekk hux residenzjali jew inkella kummerċjali. Sadanittant infakkar ukoll illi l-ġbir tal-iskart domestiku jaqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsilli Lokali u mhux direttament taħt il-kumpanija Wasteserv. Il-Wasteserv tirċievi dan l-iskart u titlob ħlas mingħand il-Kunsilli Lokali skont il-piż tal-materjal li jasal għandha. Hija fir-responsabbiltà tal-Kunsilli Lokali li jidħlu f'kuntratti dwar il-ġbir tal-iskart domestiku ma' kuntratturi privati li jassiguraw li l-kuntratturi tagħhom isegwu l-obbligi kuntrattwali biex ma jitfgħux piżijiet finanzjarji żejda fuq l-istess Kunsilli.

Wasteserv — skart - ħlas

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-rata ta' ħlas li l-kunsilli lokali jħallsu għall-iskart li jiddaħħal fil-faċilitajiet tal-Wasteserv?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti li r-rata mħallsa mill-Kunsilli Lokali hija ta’ €20 it-tunellata, rata li ilha hekk mill-2009.

Kunsilli Lokali — skart miġbur mill-kuntratturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ skart miġbur mill-kuntrattur tal-kunsilli lokali f'kull lokalità f'Malta separatament li għalih il-kunsill lokali ħallsu lill-kuntratturi (hekk kif rapportat minn kull kunsill lokali) matul is-snin 2012, 2013 u 2014?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli b’informazzjoni kif provduta mingħand Wasteserv, waħda turi t-tunnellaġġ ta’ skart domestiku (tal-borża sewda) li wasal mingħand kull Kunsill Lokali fil-faċilitajiet ta’ Wasteserv għas-snin 2012, 2013 u 2014, u t-tabella l-oħra li turi t-tunnellaġġ ta’ skart domestiku għar-riċiklar (tal-borża griża) li wasal mingħand kull Kunsill Lokali fl-istess faċilitajiet u fl-istess perjodu.
Leg 12 PQ #21203 Sitting 334 2015-11-30 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — compliance certificates

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ħarġet compliance certificates mill-2007 sal-lum kull sena separatament? Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm minn dawn kienu għal bini residenzjali u kemm għall-bini ieħor?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Gejt nfurmat mill l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), li l-Awtorità ħarġet erba’ u sittin elf ħames mija u ħamsa u sittin (64,565) compliance certificates mill-2007 sal-lum. Annessa hawn tabella ta’dawn maqsuma sena b’sena. L-Awtorità ma żżomx informazzjoni dwar it-tip ta’ żvilupp fis-sistema tal-informatika tal-compliance certificates. Sena Ammont 2007 7,169 2008 7,796 2009 8,055 2010 7,784 2011 6,438 2012 6,314 2013 6,703 2014 6,948 2015 7,358 Total 64,565

Misraħ Suffara u Ħofriet ir-Rizz — Sistema tad-Drenaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li ssir sistema tad-drenaġġ fl-areas magħrufa bħala Misraħ Suffara u Ħofriet ir-Rizz l/o Rabat/Dingli?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma illi s'issa m'għandiex il-ħsieb li ssir sistema fl-areas imsemmija.

Wasteserv — Audit fuq skart

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk isirux audits fuq l-ammont ta’ skart li jiddaħħal fil-faċilitajiet tal-Wasteserv biex skart jinġabar mingħand il-kunsilli lokali peress li jsiru allegazzjonijiet li xi kuntratturi jdaħħlu skart minn sorsi oħra flimkien ma’ dak tal-kunsill lokali bil-konsegwenza li l-kunsilli jispiċċaw iħallsu għall-iskart li mhux tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.

Kunsilli Lokali — skart

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-ammont ta’ skart li l-kunsilli lokali, permezz tal-kuntratturi tagħhom, iddisponew fil-faċilitajiet tal-Wasteserv matul dawn l-aħħar sitt snin, kull kunsill separatament?

Response (BRINCAT, LEO)

Ninfoma lill-Onor. Interpellant illi skont informazzjoni mogħtija lilli mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti qed inpoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Transport Malta — pubblikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk id-dokument li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament humiex pubblikazzjonijiet maħruġa minn Transport Malta? Jekk fl-affermattiv, dawn jiġu aġġornati? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokumenti ndikati huma pubblikazzjonijiet tal-Awtorita’ dwar it-Trasport li kienu ġew maħruġa fl-2003. Id-dokumenti huma parti mill-Liġi Sussidjarja 499.57 u jirregolaw l-aspetti tekniċi tad-disinn u l-kostruzzjoni tat-toroq f’Malta u Għawdex. Id-dokumenti huma voluminużi ħafna u jinsabu disponibli mill-uffiċini tad-Direttorat tat-Toroq u Infrastruttura fi ħdan Transport Malta.

Marsaxlokk — Housing - plot

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-plot lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li tifforma parti mill-Housing ta' Marsaxlokk u li sal-lum ma ġietx żviluppata hijiex tal-Awtorità tad-Djar jew inbiegħitx lil terzi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-plot li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, hija proprjeta` tal-Awtorità tad-Djar.

Ħal Balzan — Triq Birbal / Wesgħa Ġużè Aquilina - blocks tal-konkos

Question

Jista' l-Ministru jara li l-kuntrattur li wettaq ix-xogħol tal-flood relief project f'Ħal Balzan ineħħi l-blocks tal-konkos li poġġa fuq is-sit f'Wesgħa Ġużè Aquilina kantuniera ma' Triq Birbal f'Ħal Balzan peress li dawn il-blocks qed itellfu ħafna l-vista ta' min ikun ħiereġ bil-vettura minn Wesgħa Ġużè Aquilina għal Triq Birbal?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li dawn il-blokki qed iservu ta’ ilqugħ biex jipproteġu transformer li qed jipprovdi l-elettriku għax-xogħol li qiegħed isir fil-mina u għalekk ma jistgħux jitneħħew qabel ma jispiċċa dan ix-xogħol. Hu stmat li ix-xogħol jitlesta sa l-aħħar ta’ Novembru.