Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #26198 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Second Class Water

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-ispiża (operation & maintenance) għall-produzzjoni ta' kull metru kubu ta' second class water mill-impjant tat-trattament tad-drenaġġ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ispiża (O & M) għall-produzzjoni ta' l-ilma fl-impjant ta' Sant'Antnin, hi kif ġej: PRODUZZJONI PREZZ/METRU KUBU (Lm) 2,000 metru kubu kuljum 0.146 6,000 metru kubu kuljum 0.065 10,000 metru kubu kuljum 0.055 14,000 metru kubu kuljum 0.046 17,000 metru kubu kuljum 0.042 Jiġifieri jekk il-produzzjoni tkun ta' 2000 metru kubu kuljum il-prezz huwa ta' 14c6 kull metru kubu, eċċ.
Leg 9 PQ #26199 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Overtime

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi il-mistoqsija nru. 26106?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar tnax-il xahar, il-ħaddiema tas-sitt distrett ħadmu l-overtime li jidher kif ġej: Ġunju 2000 Lm21,806.574 Jannar 2001 Xejn Lulju Lm12,297.077 Frar Lm6,365.949 Awissu Lm 3,532.386 Marzu Lm2,824.000 Settembru Lm 8,987.162 April Lm4,711.588 Ottubru Xejn Mejju Lm5,705.430 Novembru Xejn Diċembru Lm10,748.451 In-numru ta' ħaddiema li ħadmu overtime matul dawn it-tnax-il xahar huma: Ġunju 2000 49 Jannar 2001 47 Lulju 46 Frar 48 Awissu 46 Marzu 48 Settembru Xejn April 47 Ottubru 48 Mejju 32 Novembru 46 Diċembru 46 F'dan id-distrett hemm 63 ħaddiem. L-overtime fost il-ħaddiema jitqassam skond l-esiġenza tax-xogħol.
Leg 9 PQ #26201 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tivverifika dak li qiegħed isir skond PA929/00 peress li jidher ix-xogħol ma jikkonformax mall-pjanti approvati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi saret spezzjoni mill-Uffiċjal ta` l-Infurzar inkarigat mill-Area u rriżulta li x-xogħol li sar s’issa huwa skond il-pjanti approvati fil-permess PA929/00, li nħareġ fis-7 ta’ Marzu, 2001. Bħalissa qiegħed isir xogħol ta’ tikħil fuq il-faċċata (fuq il-fil), li ukoll huwa kopert bl-imsemmi permess.
Leg 9 PQ #26128 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Provista' ta' l-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema lokalitajiet ġiet sospiża l-provista ta' l-ilma matul dawn l-aħħar tnax-il xhar u x'kienet ir-raġuni għal kull sospensjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #26129 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema lokalitajiet ġiet sospiża l-provista ta' l-elettriku matul dawn l-aħħar tnax-il xahar u x'kienet ir-raġuni għal kull sospensjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #26130 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Jetting Browser

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari nru. 25724?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #26131 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Car Wash

Question

Jista' l-Ministru jivverifika jekk il-propjeta , garage no. 10, Triq in-Nutar Zarb, Ħ'Attard għandux permessi mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u tal-Pulizija sabiex iservi bħala car wash peress li din l-attivita qiegħda toħloq inkonvenjent kbir lil ġirien?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi dan il-każ ilu jiġi segwit mis-sezzjoni ta` l-Infurzar ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar peress li kien hemm diversi rapporti dwar dan il-garaxx. Jirriżulta li kienet saret applikazzjoni b`referenza PA 5602/96 għall-bdil t`użu minn garaxx għall-'showroom' ta` karozzi użati. Din l-applikazzjoni ġiet rifjutata fis-7 ta` Mejju 1997. Għaldaqstant kien inħareġ Avviż biex Tieqaf u ta` Twettieq fil-15 ta` Settembru 1997, referenza ECF 920/97, talli sar bdil t`użu ta` garaxx għall-post minn fejn qiegħed isir negozju ta` vetturi. Irriżulta wkoll li wara spezzjoni minn uffiċjali ta` l-Infurzar, il-garaxx ma baqax jintuża bħala 'showroom' tant li nqala l-bieb tal-ħġieġ u tpoġġa bieb sħiħ ta` l-injam. Anke xi tabelli li kien hemm fuq il-bieb ġew maqlugħa. Għaldaqstant il-proċeduri ta` Infurzar skond l-imsemmi Avviż ma baqgħux jiġu segwiti għax is-sitwazzjoni ġiet regolarizzata. Pero` il-font imsemmi xorta qiegħed jiġi spezzjonat biex jiġu nvestigati rapporti fuq ħasil ta` karozzi. Għal dak li jirrigwardja l-Pulizija, ninsab infurmat illi l-post imsemmi mhux kopert b`liċenzja tal-Pulizija biex jopera. Infurmat ukoll illi għalkemm il-Pulizija qatt ma kellha xi rapporti dwar dan il-post, ser jittieħdu l-passi meħtieġa.
Leg 9 PQ #26106 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sar overtime matul dan l-aħħar tnax-il xahar mill-ħaddiema tad-distrett nru 6 tad-diviżjoni tax-xogħlijiet pubbliċi, kull xahar separatament? Kienu kienu l-ħaddiema li ingħataw l-overtime matul kull xahar? Kemm hyemm ħaddiema f'dan id-distreet? Kif jitqassam l-overtime fuq il-ħaddiema?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #26122 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Permessi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi għat-tqiegħed ta' l-imwejjed barra fil-Belt Valletta? Lil liema stabilimenti inħarġu dawn il-permessi u x'inhu l-kobor ta' l-area involuta u kemm hu n-numru ta' imwejjed li jistg]u jitpoġġew barra f'kull każ separatament Kemm iħallsu dawn l-istabillimenti għal dawn il-permessi, kull wieħed separatament? Meta nħarġui l-permessi għall-ewwel darba f'kull każ partikolari?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Fil-futur qarib, bħalma ġara fil-ħruġ ta` permessi għal encroachment mid-Dipartiment ta` l-Artijiet, il-permess tal-Pulizija se jibda jkopri l-"area" tal-art okkupata u mhux in-numru ta` mwejjed u siġġijiet.
Leg 9 PQ #26123 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Enforcement Order

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija nru 25716 fejn intqal li nħarġet enforcement order ECF 95/01 fuq is-sit in kwistjoni, jista' l-Ministru jara li l-proċeduri jitħaffu peress li minkejja din l-enforcement sal-lum stess is-sid xorta baqa' għaddej bix-xogħolijiet li jinkludu t-tneħħija tal-ħamrija u li ingħata l-konkos fl-art meta dan is-sit suppost intuża bħala orchard?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi jirriżulta li x-xogħolijiet li saru fuq tneħħija ta` ħamrija ġie awtorizzat mill-Ministeru ta` l-Agrikoltura u Sajd u dan skond il-Fertile Soil Reservation Act ta` l-1973. Rigward ix-xogħol ta` konkos li ngħata fl-art, dan sar biex jiġi msewwi saqaf ta` bir eżistenti li tkisser bil-makkinarju li kien qiegħed jintuża għat-trasport ta` l-imsemmija ħamrija. Għar-rigward ta` tħaffif tal-proċedura ta` l-Azzjoni Diretta, id-Direct Action Team bħalissa għandu l`fuq minn elf każ pendenti ta` dan it-tip. Dan il-każ qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa skond il-prijoritajiet eżistenti.

Akkomodazzjoni Alternattiva

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema stadju wasal l-eżerċizzju tad-dipartiment tad-djar ta' l-ispezzjoni tad-djar ta' dawk li għandhom applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva mad-dipartiment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-ispezzjonijiet issa tlestew u d-Dipartiment qiegħed jevalwahom.
Leg 9 PQ #26126 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Dingli — Triq Ċensu Spiteri

Question

Jista' l-Ministru jara li s-servizz tad-drenaġġ jiġi estiż fi Triq Ċensu Spiteri, Ħad-Dingli, kollha peress li minkejja li din it-triq hi f'nofs ir-raħal sal-lum għad hemm parti żgħira li m'għandiex dan is-servizz

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tlabt lid-Dipartiment konċernat biex jittieħdu passi biex dan is-servizz tad-drenaġġ fi Triq Ċensu Spiteri jiġi estiż fl-inqas żmien possibbli.
Leg 9 PQ #26127 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Żbroff

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn ġie rappurtat żbroff tad-drenaġġ matul dawn l-aħħar tnax-il xhar u x'kienet ir-raġuni għal dan l-iżbroff kull lokalita' separatament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar.
Leg 9 PQ #26100 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Park Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid taħt liema dipartiment jaqgħu l-ħaddiema fil-Park Nazzjonali f'Ta' Qali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ħaddiema fil-Park Nazzjonali f'Ta' Qali jaqgħu taħt it-Taqsima tax-Xogħlijiet.
Leg 9 PQ #26101 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Watchmen

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu r-raġuni għala l-watchmen qegħdin jitneħħew mill-iskejjel? Dan japplika għall-iskejjel kollha, kemm primarja kif wkoll sekondarji? Minn liema skejjel tneħħew il-watchmen sal-lum?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li tmintax-il watchmen inqalgħu minn xogħol ieħor li kienu qed jagħmlu fl-iskejjel Primarji u ntbagħtu jagħmlu xogħol mad-Dipartiment tal-Mużewijiet fuq siti storiċi.
Leg 9 PQ #26102 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Barklori

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-barklori għandhomx bżonn ta' xi liċenzja mid-Dipartiment tal-Pulizija? Jekk fl-affermattiv kemm hemm barklori li huma liċenzjati?

Response (BORG, TONIO)

L-Onor. Interpellant huwa mitlub li jressaq id-domandi tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #26103 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Karrozzini

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tal-karrozzini għandhomx bżonn xi liċenzja mid-Dipartiment tal-Pulizija? Jekk fl-affermattiv, kemm hemm karrozzini liċenzjati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi hawn 88 persuna li għandhom permess tal-Pulizija għall-karozzini.

Karrozzini

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tal-karrozzini għandhomx bżonn xi liċenzja mid-Dipartiment tal-Pulizija? Jekk fl-affermattiv, kemm hemm karrozzini liċenzjati?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li tal-karozzini għandhom bżonn liċenzja tal-Pulizija. Dwar it-tieni mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jirriferiha lill-Ministru kkonċernat.

Barklori

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-barklori għandhomx bżonn ta' xi liċenzja mid-Dipartiment tal-Pulizija? Jekk fl-affermattiv kemm hemm barklori li huma liċenzjati?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.