Legislature:
Category:
Reset
Active:

Design Resources

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija nru. 25920 min hu l-perit mid-ditta Design Resources li hu inkarigat professjonalment mix-xogħlijiet?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-periti tad-Ditta Design Resources huma l-periti Robert Sant, Etienne Magri u Lino Cachia. Dawn it-tlieta għandhom responsabilita' għad-diversi aspetti tax-xogħolijiet li qed jitwettqu f'dawn il-kuntratti.
Leg 9 PQ #26436 Sitting 554 2001-06-18 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Buskett — Triq l-Imnarja

Question

Jista' l-Ministru jara li titneħħa l-vettura li hemm fi Triq l-Imnarja, Buskett li ilha abbandunata għal diversi xhur?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn spezzjonijiet li għamlet il-Pulizija, ma nstabet ebda vettura abbandunata fit-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #26437 Sitting 554 2001-06-18 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

ETC

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-propjeta li hemm quddiem l-uffiċji ta' l-ETC f'Ħal Far hijiex propejta tal-gvern?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-proprjeta` li hemm quddiem l-uffiċċju ta` l-ETC f`Ħal Far fil-fatt hija proprjeta` tal-Gvern.
Leg 9 PQ #26438 Sitting 554 2001-06-18 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Professjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-Ministru u s-segretarji parlamentari li sal-lum għadhom jipprattikaw il-professjoni tagħhom jew għad għandhom xi tip ta' sehem fil-kumpaniji li kienu jaħdmu magħhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-ebda Ministru jew Segretarju Parlamentari m’għadu jeżerċita l-professjoni tiegħu. L-informazzjoni l-oħra mitluba toħroġ mid-dikjarazzjonijiet tal-Ministri u Segretarji Parlametari li jien poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra fit-30 ta’ April 2001.

Housing

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-applikazzjoni lill-Awtorita' tad-Djar HAY 38/2001 (Ħal Balzan)

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fl-10 ta' Mejju 2001, l-Awtorita' tad-Djar talbet lill-applikant biex jipproduċi dokument relatat ma' l-applikazzjoni li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant. Peress li dan id-dokument baqa' ma ġiex prodott, intbagħat avviż ieħor lill-applikant fit-12 ta' Ġunju 2001.
Leg 9 PQ #26313 Sitting 550 2001-06-12 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Filwaqt li napprezza dak li ntqal mill-Ministru fir-risposta tiegħu, jista' jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 26217?

Response (BONNICI, JOSEF)

Matul dawn l-aħħar tnax-il xahar, kien hemm diversi drabi meta l-provvista ta' l-elettriku ġiet sospiża. Huwa diffiċli wieħed jgħid kemm il-darba saret sospensjoni tal-provvista peress li kien hemm drabi meta s-sospensjoni mhux biss saret fl-istess lokalita' iżda wkoll fl-istess ġurnata, għalkemm f'toroq differenti. It-tul ta' ħin ivarja ħafna peress li jiddependi mir-raġuni għaliex tkun saret is-sospensjoni. Il-kawżi tas-sospensjonijiet fil-provvista kienu diversi, fosthom ħsarat fuq il-cables, problemi fil-ġenerazzjoni, manutenzjoni tal-linji u substations u switching operations.
Leg 9 PQ #26298 Sitting 549 2001-06-11 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li se jingħataw promotions fl-AFM minn gunner għal lance bombardier? Jekk fl-affermattiv, fuq liema kriterji jingħataw dawn il-promozzjonijiet?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-eżerċizzju tal-promozzjonijiet jinkludi promozzjonijiet mir-rank tal-gunner għar-rank ta’ lance bombardier. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23483, seduta 490.
Leg 9 PQ #26299 Sitting 549 2001-06-11 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għal Għawdex

Overtime

Question

Tista' l-Ministru tara li l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament titħallas għal xogħol ta' overtime li sar ħafna xhur ilu u li skond mistoqsija parlamentari nru. 24604 jitħallas kif kien ingħad fl-istess mistoqsija?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Se jittieħdu passi kontra min naqas li jieħu l-azzjoni meħtieġa biex isir il-pagament dovut kif kont infurmata li se jsir meta rrispondejt il-Mistoqsija Parlamentari Nru 24604. Sadattant se nassigura li l-ħlas dovut isir mingħajr aktar telf ta’ żmien.
Leg 9 PQ #26300 Sitting 549 2001-06-11 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Żbroff ta' Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 26200?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tad-Drenaġġ ma jżommx records ra' 'partial stoppages' u 'stoppages' u żbroffi separatament. It-total ta' dawn matul l-ahhar tnax il-xahar huwa ta' 1,135 madwar Malta kollha. Ir-raġuni għal dawn l-'istoppages' huma varji u l-parti l-kbira minnhom huma jew minħabba xaħmijiet f'postijiet fejn hemm 'catering establishments', jew minħabba rimi ta' skart konness ma' 'farms' f'lokalitajiet viċin 'discharge points' jew viċin 'farms' li huma inqabbdin direttament mas-sistema tad-drenaġġ. Dan ukoll jista jkun kaġun ta' skart illegali li m'għandux isib ruħu fis-sistema tad-drenaġġ bħal ma huma ħmieġ ta' annimali, biċċiet ta-annimali mejta, ġebel, biċċiet tal-kinkos u biċċiet tat-tarmac. Fl-aħħarnett ta' min isemmi wholl li ħafna zbroffi jkunu kkaġunati mull-ilma tax-xita li jsib ruħu illegalment fis -sistema tad-drenaġġ. Dan l-ilma jiġi minn ħafna bjut ta' djar, btiħi ta djar, ecc. li jħabbu is-sistema b'kaġun ta' zbroffi.
Leg 9 PQ #26301 Sitting 549 2001-06-11 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Attard - Permess

Question

Jista' l-Ministru jispjega r-risposta għal mistoqsija parlamentari nru. 26123 li tirrigwarda żvilupp fi Triq il-Gradilja, c/w Triq il-Pitkali, Attard cioe' fejn ingħata permess għal żvilupp ta' orchard ġie permess li titneħħa l-ħamrija u l-art tingħata l-konkos sempliċement bl-iskuża li d-dipartiment ta' l-agrikoltura taw il-permess għal din it-tneħħija ta' din il-ħamrija? Ma jidhirlux li tneħħija tal-ħamrija hu ksur tal-kondizzjonijiet tal-permess biex isir orchard?

Response (BORG, TONIO)

B`referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 26301 qiegħed jiġi preċiżat illi l-iżvilupp tal-permess ta` l-imsemmija orchard ġie maħruġ fil-25 ta` April 2000 b`referenza PA 6998/97. Dan il-permess kien jikkonsisti "Orchard, height increase of boundary wall together with an underground reservoir". Inħareġ permess ukoll mill-Ministeru ta` l-Agrikoltura fil-20 ta` Frar 2001 (kopja annessa) biex tiġi skavata ħamrija eżistenti minn taħt ir-reservoir. Irriżulta wkoll li sar ksur tal-permess ta` l-Awtorita` billi twaqqgħet kamra eżistenti u nbniet oħra ikbar flokha, kif ukoll wieħed mill-ħitan tal-madwar (fuq in-naħa tal-lemin tat-triq) inbena filata għola minn kif approvat. Għaldaqstant inħareġ Avviż biex Tieqaf u ta` Twettieq b`referenza ECF 95/01 fil-31 ta` Jannar 2001 u l-passi neċessarji qegħdin jittieħdu kif spjegat fir-risposta preċedenti għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 25716. Ta` min jinnota li nħareġ Outline Permit b`referenza PA 3710/95 fit-13 ta` Novembru 2000, bil-proposta għall-żvilupp ta` "Cold storage, packing facility for local and imported fruit produce". Hemm ukoll applikazzjoni pendenti PA 2741/01 "Proposed sanctioning of room as enlarged".
Leg 9 PQ #26311 Sitting 549 2001-06-11 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Main ta' Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-tul ta' main tad-drenaġġ f'Malta u f'Għawdex separatament? Kemm minn dawn il-mains huma f'forma ta' galleries?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li huwa ferm diffiċli li wieħed jikkonkludi t-tul eżatt tal-mini u katusi tad-drenaġġ eżistenti f'Malta. Fil-fatt qiegħdin fi proċess sabiex nagħmlu sistema komputerizzata permezz ta' GIS li biha nistgħu nigbru l-informazzjoni kollha fuq is-sistemi eżistenti tad-drenaġġ.
Leg 9 PQ #26312 Sitting 549 2001-06-11 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Provista' ta' l-Ilma

Question

Filwaqt li napprezza dak li ntqal mill-Ministru fir-risposta tiegħu, jista' jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 26215?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul dawn l-aħħar tnax-il xahar, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għamlet madwar 3,500 intervent fil-provvista ta' l-ilma f'diversi postijiet f'Malta. L-akbar persentaġġ fis-sospensjonijiet kien ta' anqas minn sitt sigħat. Ir-raġunijiet għal dawn is-sospensjonijiet kienu manutenzjoni jew tisħiħ fis-sistema tad-distribuzzjoni. Kien hemm madwar għaxar sospensjonijiet biss li damu madwar 24 siegħa sabiex ikunu jistgħu jitwettqu l-eżerċizzji tal-programm tal-kontroll tat-telf ta' l-ilma. Dawn l-eżerċizzji normalment ikunu konċentrati fi ftit toroq biss. Kien hemm ukoll sospensjonijiet fin-naħa tal-lvant ta' Malta f'postijiet għoljin. Dawn is-sospensjonijiet damu madwar disat ijiem u kienu riżultat ta' azzjoni industrijali fl-impjant tar-reverse osmosis ta' Pembroke. Il-kawża tas-sospensjonijiet fuq skala ġenerali jinġabru f'dawn il-kategoriji: 1. Tqegħid u tiswijiet ta' mains 2. manutenzjoni u bdil ta' sluice valves 3. manutenzjoni fl-impjant tar-reverse osmosis 4. minħabba s-sospensjoni tal-provvista ta' l-elettriku 5. bdil u manutenzjoni ta' master meters 6. installar ta' master meters ġodda 7. ikkappjar u alterazzjoni ta' mains 8. tiswijiet fuq Pressure Reducing Valves (PRV) 9. installazzjoni ta' Pressure Reducing Valves (PRV) 10. twaħħil ta' Air Valves 11. zone investigations, step testing u dry tests in konnessjoni mal-programm tal-kontroll ta' telf ta' ilma 12. tiswijiet fil-Booster Pumps.
Leg 9 PQ #26202 Sitting 547 2001-06-05 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Street Furniture

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema street furniture ittieħdet, insterqet jew inbidlet fil-pjazza ta' Buġibba?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li street furniture li nbidlet kienet dik kollha li kien hemm fil-pjazza ta' Buġibba u arloġġ quddiem Santana Hotel. Dawn l-items ta' street furniture kienu twaħħlu b'inizjattiva ta' l-Action Committee Buġibba Embellishment u ma kienux jiffurmaw parti mix-xogħol imwettaq mit-Taqsima tax-Xogħlijiet. Dawn l-items ittieħdu f'maħżen tat-Taqsima fil-Qawra. Dwar serq, insterqet bollard waħda mill-ġodda li twaħħlu dan l-aħħar eżattament dik quddiem l-HSBC.
Leg 9 PQ #26208 Sitting 547 2001-06-05 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

COWI

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema mir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport COWI ġew implimentati s'issa? Liema huma dawk li għad iridu jiġu implimentati?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-lista ta' rakkomandazzjonijiet proposti mill-konsulent COWIconsult li ġew implimentati s'issa hija kif tidher hawn taħt. Il-proġetti huma rriferiti bir-referenzi li ntużaw fid-dokument tal-Master Plan tad-Drenaġġ, 1992. Proġetti f'Malta Referenza H1, San Andrija Referenza H4, Sliema East Referenza H5, Sliema West Referenza B2, Mosta - Lija Referenza C2, Żebbuġ - Qormi Referenza M7, Buġibba Referenza M8, Buġibba Referenza M9, Kennedy Grove Referenza M10, Triq San Pawl Referenza M13, Minn tax-Xama Referenza M14 u M15, Pwales u Xemxija Referenza M16, Pwales Pumping Station Referenza S6, Marsascala Referenza S9, Birżebbuġia Tkabbir u titjib fl-impjant tat-trattament tad-drenaġġ f'Sant'Antnin Proġetti f'Għawdex Referenza G5, Mill-Qala Referenza G6, Mġarr Referenza G7, Għajnsielem Referenza G10, Sannat Referenza G12, Victoria Referenza G13, Victoria Referenza G14, Victoria Referenza G15, sa Ras il-Ħobż Il-proġetti li għad iridu jiġu mplimentati bażikament jikkonsistu f'dawn li ġejjin: Tisħiħ tal-pumping stations tal-Gżira u l-Imsida Skema tad-drenaġġ għall-inħawi tal-Baħrija Skema tad-drenaġġ għat-Taqsima Industrijali ta' Ħal Far Skema tad-drenaġġ għall-inħawi tan-Nadur u l-Għarb f'Għawdex Tlett impjanti tat-tisfija tad-drenaġġ, wieħed Għawdex u tnejn f'Malta Madwar 10 km. ta' mejnijiet ġodda fl-inħawi tar-Rabat, B'Kara, Msida, Marsa, Tarxien u n-Naxxar 9 mini li ser jintużaw għall-ħażna tad-drenaġġ fl-inħawi tal-Marsa, Santa Venera, Siġġiewi, Luqa, Mellieħa u Żabbar Madwar 26 'retention basin' f'Malta u Għawdex skond ma titlob is-sistema tad-drenaġġ wara li jiġu mplimentati uħud mill-proġetti fuq imsemmija.
Leg 9 PQ #26215 Sitting 547 2001-06-05 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Provista' ta' l-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi il-mistoqsija parlamentari nru. 26128?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tinkorpora ċertu dettalji u għaldaqstant wieħed jifhem li tali nformazzjoni ma tistax tingħata mil-lum għal għada. Madanakollu appena din l-informazzjoni kif mitluba tinġabar, din tiġi ppubblikata.
Leg 9 PQ #26216 Sitting 547 2001-06-05 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar reġgħet ħarġet is-sejħa għall-ingaġġ ta' Operations Manager? Kemm-il persuna applikaw għall-ewwel sejħa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Awtorita` ta’ l-Ippjanar reġgħet ħarġet is-sejħa għall-ingaġġ ta’ Operations Manager minħabba li ma nstabux kandidati li, fl-opinjoni tal-Bord ta’ l-Għażla, kienu jissodisfaw il-bżonnijiet ta’ l-Organizazzjoni. In-numru ta’ applikanti li jinkludi kemm dawk eliġibbli kif ukoll dawk mhux eliġibbli kien ta’ disa’ (9).
Leg 9 PQ #26217 Sitting 547 2001-06-05 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari nru. 26129?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tinkorpora ċertu dettalji u għaldaqstant wieħed jifhem li tali nformazzjoni ma tistax tingħata mil-lum għal għada. Madanakollu appena din l-informazzjoni kif mitluba tinġabar, din tiġi ppubblikata.
Leg 9 PQ #26219 Sitting 547 2001-06-05 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Plant Yard

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-plant yard (Godwin's Garage) li hemm fl-inħawi tal-Vibes , f'Tal Balal, hijiex koperta bil-permessi meħtieġa ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u tal-Pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi rigward il-plant yard li hemm fl-inħawi tal-Vibes, jirriżulta li l-Awtorita` ta’ l-Ippjanar ħarġet Avviż biex Tieqaf u ta’ Twettieq b’referenza ECF2/00 fit-3 ta’ Jannar, 2000. Dan l-Avviż inħareġ talli nbena boundary wall u talli sar bdil ta’ użu ta’ l-art għall-ipparkjar ta’ vetturi kummerċjali mingħajr permess. Ta’ min jinnota li saret applikazzjoni għal żvilupp b’referenza PA1806/00 għall-bdil ta’ użu ta’ l-art u bini ta’ boundary wall. Din l-applikazzjoni ġiet rifjutata mill-Kummissjoni għall-Kontroll ta’ l-Iżvilupp fil-11 ta’ Diċembru, 2000, iżda l-applikant għazel li jitlob rikonsiderazzjoni tad-deċizjoni, liema talba qed tistenna li tiġi diskussa mill-istess Kummissjoni. Ninsab infurmat ukoll illi m’hemmx liċenzja tal-Pulizija fuq il-post imsemmi.

Sea Passenger Terminal

Question

Jista' l-Ministru jikkumenta dwar ir-rapport li s-sea passenger terminal ġewwa l-Mġarr, Għawdex sejjer jiġi jqum ħafna aktar milli proġettat oriġinarjament? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess tal-bini u tal-pjanti approvati mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li rigward il-permessi u l-pjanti tal-bini, l-Awtorita' Marittima fil-ġimgħat li għaddew reġgħet issottometiet lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, kopja riveduta tal-pjanti tal-proġett li qed jiġu evalwati mill-istess Awtorita' ta' l-Ippjanar. Kopja tal-permess u pjanti tas-Sea Passenger Terminal tiġi mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra meta dawn ikunu approvati mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Sal-lum imkien mhu qed jirriżulta li ser ikun hemm iż-żidiet tat-tip indikata f'ġurnal lokali, fl-istima tax-xogħol.