Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus sabiex jinbena post fejn ġie installat generator fiċ-Ċentru Malti għar-Restawr f' Bighi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma hemm ebda post ġdid biex jiġi nstallat generator.
Intefqu anqas minn Lm400 f'materjal biex tiġi rranġata l-kamra eżistenti, mibnija qabel l-1923, biex tilqa' fiha l-generator.
Jista' l-Ministru jgħid kemm irċeviet applikazzjonijiet għal bini ta' residential units ġodda l-Awtoritaż ta' l-Ippjanar fil-perjodu bejn Gunju 2000 sa Gunju 2001? Kemm ġew approvati residential units mill-Awtorita' fl-istess perjodu? Kemm irċeviet applikazzjonijiet simili l-Awtorita' ta' l-Ippjanar fl-istess perjodu sena qabel?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat kif ġej:-
fil-perijodu Ġunju 2000 sa Mejju 2001, l-Awtorita` irċeviet 1,567 applikazzjoni għal bini ta`
residential units
. Tagħrif għal Ġunju 2001 mhux komplut.
mhux possibli għalissa li wieħed jgħid kemm eżattament kien hemm
residential units
peress li, meta tidħol applikazzjoni, it-tagħrif li jiġi mdaħħal fis-sistema kompjuterizzata ma jinkludix in-numru ta`
residential units
li jkun hemm fl-applikazzjoni għal bini residenzjali. Sadanittant għaddej eżerċizzju sabiex ikun kalkulat dan l-ammont bħala parti mill-istudji għar-reviżjoni tal-Pjan ta` Struttura.
matul il-perijodu Ġunju 1999 sa Mejju 2000, l-Awtorita` irċeviet 939 applikazzjoni għal bini ta`
residential units
.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset VAT mill-estate agents bejn Ġunju 2000 u Ġunju 2001? Kemm tħallset VAT, fl-istess perjodu, sena qabel?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta' VAT li ħallsu l-estate agents bejn l-1 ta' Lulju 2000 u t-30 ta' Ġunju 2001 taħt l-Att ta' l-1998 dwar Taxxa Fuq il-Valur Miżjud kien ta' Lm205,416.73. L-ammont li ħallsu fl-istess perjodu sena qabel kien ta' Lm151,095.08.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset VAT min periti u kumpanija ta' periti bejn Ġunju 2000 u Ġunju 2001?
Kemm tħallset VAT fl-istess perjodu sena qabel?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta' VAT li ħallsu periti u kumpaniji ta' periti bejn l-1 ta' Lulju 2000 u t-30 ta' Ġunju 2001 taħt l-Att ta' l-1998 dwar Taxxa Fuq il-Valur Miżjud kien ta' Lm888,335.61. L-ammont li ħallsu fl-istess perjodu sena qabel kien ta' Lm685,629.81.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset VAT minn bennejja, kuntratturi u kumpanija ta' kostruzzjoni bejn Gunju 2000 - Gunju 2001? Kemm tħallset VAT fl-istess perjodu, sena qabel?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta' VAT li ħallsu bennejja, kuntratturi u kumpaniji ta' kostruzzjoni bejn l-1 ta' Lulju 2000 u t-30 ta' Ġunju 2001 taħt l-Att ta' l-1998 dwar Taxxa Fuq il-Valur Miżjud kien ta' Lm3,140,314.66. L-ammont li ħallsu fl-istess perjodu sena qabel kien ta' Lm2,430,377.17.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala d-drenaġġ qiegħed ifur b'mod regolari fi Triq il-Pitkali u Triq il-Mosta, Ħ'Attard.
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li r-raġuni illi far id-drenaġġ fi Triq il-Pitkali u Triq il-Mosta, Ħ'Attard huwa minħabba r-rimi li jsir minn bowsers f'discharge point li hemm taħt ir-Rabat. Dawn il-bowsers xi kultant jarmu illegalment ħmieġ u anke biċċiet ta' annimali mejta.
Din il-problema tissolva meta jitlesta l-main tar-Rabat li qiegħed isir mill-Master Plan Unit u għalhekk jonqos il-volum ta' drenaġġ li jgħaddi minn Ħ'Attard.
Jista' l-Ministru jgħid jekk reġgħetx inħarġet it-tender tal-playing field equipment għal proġett ta' tisbih f'Tas-Sliema?
Jekk fl-affermattiv, kemm intefgħu tenders? Minn min u x'kien il-valur ta' kull offerta? Minn min intrebħet din it-tender?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li t-tender tal-playing field equipment ma reġgħetx inħarġet. Ix-xogħol kien allokat lid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi fit-Taqsima tax-Xogħlijiet.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-valur tat-tender tat-triq tas-Salina/San Pawl tat-Tarġa li qiegħda issir bħalissa? Min rebah din it-tender? Xi kemm se tieħu żmien din it-tender u meta se jitlesta x-xogħol? Min hu l-perit (mhux id-ditta) tal-kuntrattur inkarigat minn dan ix-xogħol?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-valur tat-tender li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant jammonta għal Lm1,413,677 u l-kuntratt ġie mogħti lid-ditta Penza Tarmac Ltd u mistenni jitlesta fi żmien tnax-il xahar.
Il-kuntrattur hu responsabbli mid-disinn tat-triq u għal dan il-għan ħatar lid-ditta Design Resources biex tagħmel id-disinn u tkun responsabbli mix-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-valur tat-tender tat-triq li tifforma ring road madwar il-kosta li qiegħda issir bħalissa? Min rebah din it-tender? Xi kemm se tieħu żmien din it-tender u meta se jitlesta x-xogħol? Min hu l-perit (mhux id-ditta) tal-kuntrattur inkarigat minn dan ix-xogħol?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-titjieb li qed isir fil-Coast Road is-Salina qed isir f`fażi wara l-oħra mid-Dipartiment tat-Toroq.
Fil-preżent qed titkompla l-bankina f`din it-triq u qiegħed isir xogħol biex it-triq tiddawwal.
Ix-xogħol li qiegħed isir bħalissa huwa f'idejn l-Asfalt Ltd. u jammonta għal Lm19,000.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' flus li l-gvern għandu jiġbor mingħand dawk li jużaw il-Magħtab (tipping fees)? Ta' liema sena huma dawn il-kontijiet? Kemm hu l-valur tal-kontijiet li nħarġu matul din is-sena sal-lum?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-ammont ta' flus li l-Gvern għandu jiġbor huwa ta' Lm793,604.79.
Din il-figura hija mqassma hekk:
1997 Lm 782.18
1998 Lm 11586.21
1999 Lm113438.67
2000 Lm455183.32
2001 Lm212614.41
Din is-sena, jiġifieri minn Jannar sa Ġunju, ħarġu kontijiet li jammontaw għal Lm212,614.41. Il-kontijiet ta' Lulju joħorġu fl-ewwel ġimgħa ta' Awissu.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-valur tal-kuntratt ta' konsulenza li ngħata l-Perit Alex Torpiano għax-xogħol li għamel fuq l-Imnajdra? Kemm tħallas il-perit Torpiana sal-lum?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-valur tal-kuntratt ta' konsulenza li ngħata l-Perit Alex Torpiano għax-xogħol li għamel l-Imnajdra huwa ta' Lm1,725 biss. Dan ix-xogħol kopra rapporti u studji preliminari, superviżjoni tax-xogħol kif ukoll il-preparazzjoni ta' rapporti finali.
Apparti minn dan ix-xogħol, Dr Torpiano għamel ukoll xogħol ta' superviżjoni tar-restawr ta' Ħaġar Qim. Għal dan ix-xogħol, li ma kienx previst fil-kuntratt imsemmi, Dr Torpiano offra s-servizzi tiegħu mingħajr ħlas.
Sal-lum għad ma sarx pagament lil Dr Torpiano.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li se jinbeda x-xogħol fuq l-upgrading tal-mollijiet ta' Sant Anġlu li l-gvern intebah li jrid jagħmel lill-ispekulaturi tal-proġett tal-Kottonera? Kemm hu maħsub li se jiġi jiswa dan ix-xogħol?
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li se jinbeda ix-xogħol fuq l-upgrading tas-sistema tad-drenaġġ li l-gvern intrabat li jrid jagħmel lill-ispekolaturi tal-proġett tal-Kottonera? Kemm hu maħsub li se jiġi jiswa dan ix-xogħol?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li d-diskussjonijiet dwar l-'upgrading' tas-sistema tad-drenaġġ relatat mal-proġett tal-Kottonera għadhom għaddejin mal-Konsorzji konċernati.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jinbeda ix-xogħol fuq il-car park li l-gvern intrabat li jrid jagħmel għall-ispekultari tal-proġett tal-Kottonera? Kemm hu maħsub li se jiġi juru dan il-car park?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi għalkemm ġiet indikata possibilita' ta' car-park fi Pjazza Santa Margerita Bormla, il-bżonn illi dan isir jew le għandu jirriżulta mit-Traffic Impact Statement illi l-Gvern intrabat illi jagħmel fil-kuntest tal-proġett tal-Kottonera. Dan it-Traffic Impact Statement ġie sottomess lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u huwa mistenni li jiġi approvat mill-istess Awtorita' wara li jkun għadda mill-proċessi kollha neċessarji.
Jista' l-Ministru jgħid f'hiex wasal il-proċess tad-door numbering u kemm il-lokalita' tlestew s'issa? Meta hu maħsub li jitlesta l-proċess kollu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-lokalitajiet li ġew itrattati s'issa huma dawn Balzan, Swieqi, Lija, Marsascala, Għaxaq, Iklin, Ħamrun, Msida, Attard, Gżira, B'Bugia, Mellieħa, Kalkara, Pieta', Ta' Xbiex, Santa Venera, Kirkop, Marsa, Żabbar, Paola, Żebbuġ (Malta), Fgura, Siġġiewi, Santa Lucia, B'Kara, San Ġwann, Żejtun, Qormi, Qrendi, Mqabba, Tarxien, Gudja, Naxxar (Part 1). Qed jitkompla x-xogħol fuq Naxxar (Part 2), Ħal Safi kif ukoll il-Mosta.
Huwa diffiċli li wieħed jgħid bi preċiżjoni x'baqa' xi jsir minħabba li dan joħroġ waqt li jkun qiegħed isir l-eżerċizzju attwali ta' re-numbering lokalita' wara lokalita'.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-valur tat-tender tat-triq ta' Burmarrad/San Ġuzepp tat-Tarġa li qegħda issir bħallissa? Min rebaħ din it-tender? Xi kemm se tieħu żmien din it-tender u meta se titlesta? Min hu l-perit (inkluz d-ditta) tal-kuntrattur inkarigat minn dan ix-xogħol?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-valur tat-tender li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant jammonta għal Lm1,347,647 u l-kuntratt ġie mogħti lid-ditta Penza Tarmac Ltd. b'completion period ta' 52 gimgħa.
Il-kuntrattur hu responsabbli mid-disinn tat-triq u għal dan il-għan ħatar lid-ditta Design Resources biex tagħmel id-disinn u tkun responsabbli mix-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandhom jinġabru flus mill-kontijiet tad-dawl u ilma sal-lum? Kemm minn dawn huma residenzjali, kummerċjali jew ta' xi azjenda governattiva?
Response (BONNICI, JOSEF)
Rigward il-perjodu bejn April/Mejju u Awissu/Settembru 2000, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 23188 waqt is-Seduta numru 478.
L-informazzjoni li tkopri l-perjodu minn Ottubru 2000 'l quddiem għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid min tefa offerti għac-chalet u ż-żewġ car parks f'tas-Sliema separatament? X'kienet kull offerta rispettiva li intefgħet? F'liema stadju wasal il-proċess ta' l-aggudikazzjoni tat-tender u meta hu maħsub li se jitlesta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi nħarġu tlett sejħiet għall-offerti kif ġej:-
Avviż Nru. 202 - Chalet u sit għall-
car park
f`Għar id-Dud
Avviż Nru. 203 - Sit għall-
car park
f`Qui-Si-Sana
Avviż Nru. 204 - Sit għall-
car park
f`Għar id-Dud (offerti mitfugħin taħt Avviż Nru. 202 kellhom preferenza fuq offerti mitfugħa taħt dan l-Avviż).
Avviż Nru. 202
Intefgħu erba` offerti taħt dan l-Avviż:
A) C&F Building Contractors Ltd Lm152,000 fis-sena
B) Polidano Brothers Ltd Lm 55,000 fis-sena
C) Preluna (Chalet) Ltd Lm 23,000 fis-sena
D) Blokrete Ltd, Francesco Fenech Ltd, Falzon Trading, A. M. Mangion Ltd li offrew żewġ options:
i) Moratorium ta` sentejn u wara Lm10,000 fis-sena; jew
ii) Moratorium ta` sentejn u wara Lm 20,000 fis-sena bejn it-3 u l-5 sena; Lm20,000 fis-sena u 20% tal-profitti wara l-5 sena.
Avviż Nru. 203
Intefgħu żewġ offerti taħt dan l-Avviż:
A) W&M Zammit Tabone Ltd Lm15,500 fis-sena u b`valur ta` Lm47,000 fi spazju ta` parkeġġ ta` karozzi
B) W&M Zammit Tabone Ltd Lm10,500 fis-sena u b`valur
ta` Lm47,000 fi spazju ta` parkeġġ ta` karozzi
Avviż Nru. 204
Intefgħet offerta waħda taħt dan l-Avviż:
A) Preluna (Chalet) Ltd Lm17,000 fis-sena
Fil-każ ta` Avviż Nru. 202 għall-għotja ta` Chalet u sit għall-Car Park f`Għar id-Dud, it-technical offer ta` l-ogħla offerent C&F Building Contractors Ltd għadha qed tiġi kkunsidrata mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar.
Fil-każ ta` Avviż Nru. 203 għall-għoti ta` sit f`Qui-Si-Sana, iż-żewġ technical offers taż-żewġ offerti, magħmula mill-istess kumpanija, ma ġewx aċċettati mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar.