Jista' l-Ministru jikkonferma li uffiċjal għoli fid-dipartiment tad-drenaġġ - partikolaritajiet qed jintbagħtu separtament - qiegħed jiġi investigat mill-pulizija fuq allegat każ ta' korruzzjoni b'konnessjoni ma' xogħol li sar f'San Pawl il-Baħar? Jekk fl-affermattiv, f'liema stadju waslet din l-investigazzjoni?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-każ imsemmi qiegħed jiġi investigat mill-Pulizija u għaldaqstant m'huwiex opportun li jsiru kummenti f'dan l-istadju.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien u fiex jikkonsisti d-dħul ta' l-Awtorita' Marittima mill-cruise lines li żaru Malta matul it-12-il xahar li għaddew?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-dħul ta' l-Awtorita' Marittima mill-cruise liners li żaru Malta minn Settembru 2000 sa Awissu 2001 kien ta' Lm491,116. Dawn huma maqsumin hekk:
Lm473,716 bħala Passenger Tax u Lm17,400 bħala Port Dues.
Jista' l-Ministru jispjega fejn se jiżbokka l-culvert li qiegħed isir fit-Triq ta' Burmarrad?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-ilma tax-xita li ser jinġabar fil-culverts li qed jinbnew mat-triq ta' Burmarrad huwa ppjanat li jispiċċa fil-post fejn culverts antiki qegħdin jispiċċaw illum.
Jista' l-Ministru jgħid x'tul ta' storm water culverts u saru fejn matul dawn l-aħħar tnax-il xahar?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-iStorm Water Systems (culverts) li saru matul dawn l-aħħar tnax-il xahar huwa kif jidher hawn taħt:
Xogħol Inbeda Lokalita' Tul
Awissu 2000 Erba' Mwieżeb, l/o St. Paul's Bay 64 metru
Qormi Road, Qormi 297 metru
Settembru 2000 B'Kara Road, St. Julians 93 metru
Frar 2001 Triq il-Qasam, Swieqi 232 metru
Lulju 2001 Valletta Road, Qormi 14 metru
B'Kara Road, San Ġwann Xogħol għaddej (227 metru)
Jista' l-Ministru jikkonferma li sar traffic impact study għall-proġett tal-Cruise Liner Passenger Terminal? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jara li kopja ta' dan l-istudju titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-Traffic Impact Statement preliminari kien ġie sottomess f`Ġunju 1999 meta kienet qed tiġi pproċessata l-applikazzjoni "outline" ta` l-iżvilupp tal-Cruise Liner Passenger Terminal. Infurmat ukoll illi Traffic Impact Statement sħiħ dwar dan il-proġett għadu ma ġiex sottomess lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar.
Jista' l-Ministru jara li dik il-latrina li hemm barra l-Park Nazzjonali f'Ta' Qali fin-naħa ta' l-impjant ta' Southern Concrete u li tinsab fi stat strutturali perikoluz titranġa jew titneħħa?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Tlabt lid-Dipartiment konċernat jinvestiga dan l-ilment.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' l-impjegati kollha u l-grad tagħhom li hemm fil-Park Nazzjonali f'Ta' Qali?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-impjegati tad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet li hemm fil-Park Nazzjonali f'Ta' Qali huma kif jidher hawn taħt:
ISEM GRAD
Stephen Farrugia Labourer
George Schembri Labourer
Raymond Agius General Hand
Carmelo Azzopardi General Hand
Joseph Azzopardi General Hand
Joseph Busuttil General Hand
Paul Calleja General Hand
Joseph Camilleri General Hand
Carmel Farrugia General Hand
George Farrugia General Hand
Emanuel Fenech General Hand
Angelo Gauci General Hand
Carmelo Gauci General Hand
Raymond Gauci General Hand
Oscar Gouder General Hand
Carmel Grixti General Hand
Emanuel Mallia General Hand
Peter Mercieca General Hand
Carmelo Mizzi General Hand
Victor Refalo General Hand
Salvino Sciberras General Hand
George Vella General Hand
Jane Vella General Hand
Tarcizio Zahra General Hand
Joseph Calleja Health Att. (Pub. Clean.)
Albert Camilleri Health Att. (Pub. Clean.)
Michael Cilia Health Att. (Pub. Clean.)
Grazio Farrugia Health Att. (Pub. Clean.)
Sebastian Giordimaina Health Att. (Pub. Clean.)
Anthony Mangani Health Att. (Pub. Clean.)
Carmel Sant Health Att. (Pub. Clean.)
Carmel Sarcia Health Att. (Pub. Clean.)
Anthony Scriha Health Att. (Pub. Clean.)
Joseph Spiteri Health Att. (Pub. Clean.)
Dominic Vassallo Health Att. (Pub. Clean.)
Bridget Cini Casual Data Entry Operator
Philip Muscat Ass. Tech. Officer
Joseph Camilleri Technical Officer
Mario Cilia Senior Tradesman
Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sinjali tat-traffiku li saru fi Triq Ruggieru Loria wara Ruben Court f'Buġibba kienux koperti bil-permessi ta' l-awtoritajiet kif meħtieġ?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tlabt lit-Traffic Control Board biex jinvestiga l-ilment ta` l-Onorevoli nterpellant.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru. 27247, jista' l-Ministru jgħid kemm hu ikkalkulat li hu l-valur tax-xogħol li ġie allokat lid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi għall-proġett ta' tisbiħ f'Tas-Sliema?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 27486 (Seduta 583).
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru. 27248, jista' l-Ministru jagħti isem il-perit li ġie inkarigat mill-kuntrattur fuq it-triq Salina/San Pawl tat-Tarġa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal risposti mogħtija għal Mistoqsijiet Parlamentari Nru 25920 u 26435.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset taxxa tal-boll fuq propjeta bejn Ġunju 2000 - Ġunju 2001? Kemm minn din it-taxxa tħallset mill-Maltin u kemm minn barranin li kellhom AIP Permit? Kemm tħallset taxxa tal-bill fl-istess perjodu sena qabel?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul mit-taxxa tal-boll fuq trasferimenti inter vivos ta' proprjeta' immobbli kien ta' Lm11,961,957 matul Ġunju 1999 sa Ġunju 2000 u Lm12,497,157 matul Ġunju 2000 sa Ġunju 2001.
Ma tinżammx statistika separata ta' dħul minn dan is-sors mill-barranin u mill-Maltin.
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari nru. 27166, jista' l-Ministru jispjega kif ix-xogħol ta' l-upgrading tas-sistema tad-drenaġġ konness mal-proġett tal-Kottonera lanqas biss għadu beda meta suppost li xahar ieħor parti mill-proġett se tkun lesta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-ftuħ ta' parti mill-Proġett tal-Kottonera ma jaffetwax is-sistema tad-drenaġġ kif inhija eżistenti.
Jista' l-Ministru jirrispondi il-mistoqsija parlamentari nru. 27253?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi wara li saret spezzjoni minn żewġ esperti tekniċi w inħarġu żewġ rapporti separati, ġie kkonfermat li l-istat ta' deterjorazzjoni li wieħed jista' jara fil-wiċċ tkompi wkoll taħt il-livell tal-baħar. Saru wkoll bore-holes u ttieħdu samples ta' dan l-istess moll. Din l-informazzjoni ġiet analizzata u r-riżultat li l-istess moll kien u għadu fi stat perikoluż ħafna. Għaldaqstant inħasset il-ħtieġa li din l-istruttura tissaħħaħ minn isfel għal fuq jiġifieri li jintużaw sistemi li jorbtu l-moll mal-blat u ma' wara. Dan ix-xogħol ta' 'strengthening u upgrading' jirrikjedi qabel ma jinbeda, permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Jeħtieġ ukoll li tinħareġ 'Call for Tenders' għal dan ix-xogħol.
Għaldaqstant huwa previst li x-xogħol ikun jista' jinbeda fi żmien erba' xhur u jiġi komplut sitt xhur wara li jinbeda.
L-istima ta' dan ix-xogħol hija ta' Lm360,000. Din iċ-ċifra tista' tinbidel kemm minħabba kundizzjonijiet varji li jistgħu jimponu l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, kif ukoll skond il-konkorrenza tal-kuntratturi għal dan il-kuntratt.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-valur tar-ring road tal-Mosta li qiegħed isir bħalissa? Min rebaħ dan it-tender? Xi kemm se tieħu żmien din it-tender ? Xi kemm se tieħu żmien din it-tender u meta se jitlesta dan ix-xogħol? Min hu l-perit inkarigat minn dan ix-xogħol?
Response (GALEA, ĊENSU)
Waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għad-Domandi Parlamentari Nru. 25920 u 26435, jien infurmat li l-valur tat-tender li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant jammonta għal Lm568,550.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru. 27249, jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-valur tax-xogħol kollu ta' titjib tal-Coast Road?
X'persentaġġ ta' xogħol hju kkalkolat li sar s'issa u x'inhu l-valur tiegħu sal-lum?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol li sar s'issa fil-Coast Road jammonta għal Lm367,755 kif indikat:
RD159/00 Resurfacing Salina (Road Phase 2) Lm121,212
RD1/98 Patching works, Kennedy Grove Lm19,630
WD109/98/1 Maintenance, Salina Road Lm49,358
WD196/99 Construction of Kerb & Concrete Pavement Lm11,293
RD543/200 Kerbs and Pavements at Baħar iċ-Ċagħaq Lm1,653
RD394/00 Construction of SWC at Salini Lm2,587
RD479/00 Scarifying recomp base/w/c, p/o Salina Coast Lm79,208
RD179/00 Construction of Kerb & Concrete pavement Lm11,891
RD80/00/1 Widening of P/O Salina Coast Road Lm8,479
RD565/00/1 Embelishment at Torri Għallies, Salina Lm7,440
RD522/2000 Rubble Wall cladding at Salina Lm22,345
RD527/00 Construction of Railings at Salini Lm14,927
RD544/00 Construction of footpath, Ghallies to
Baħar iċ-Ċagħaq Lm17,732
TOTAL Lm367,755
It-triq kollha hija twila 6km u s'issa sar xogħol fuq 2.5km.
Il-valur tax-xogħol li għad baqa xi jsir ma jistax jingħata għalissa peress li qed isiru pjanti għall-fażijiet tax-xogħol li jmiss.
B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru. 27247, jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-valur tax-xogħol li se jsir mid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-valur tax-xogħol li ser isir mid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi jammonta għal Lm26,200.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet li intefgħu għal post ta' Uffiċjal Prinċipali tas-Sigurta' fit-Taqsima tax-Xogħlijiet (MPO Circular 39/01)
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li kien hemm tmien applikazzjonijiet għall-post ta’ Uffiċjal Prinċipali tas-Sigurtà fit-Taqsima tax-Xogħolijiet wara li saret sejħa għall-applikazzjonijiet maħruġa fit-8 ta’ Mejju, 2001 permezz ta’ Ċirkulari tal-“Management and Personnel Office” Numru 39/01.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru. 27161, jista' l-Ministru jagħti l-isem tal-perit inkarigat mix-xogħol min-naħa tal-kuntrattur?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-periti nkarigati mill-proġett huma Mr Robert Sant, Mr Etienne Magri u Mr Lino Cachia.