Jista' l-Ministru jinrrispondi mistoqsija nru. 28242?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li hija l-policy ta' l-Institute of Water Technology li tutilizza l-faċilitajiet kollha tagħha jekk jista' jkun għal erbgħa u għoxrin siegħa kuljum.
Għalhekk meta l-faċilitajiet ma jkunux qed jintużaw mill-Istitut, dawn jinkrew lis-settur privat u l-flus li jdaħħal l-Istitut jinvestihom f'faċilitajiet u taħriġ għall-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma. Xi drabi l-faċilitajiet jiġu mikrija għal siegħa, nofs ta' nhar jew għal perjodu itwal. Il-kiri jsir skond iċ-ċirkustanzi u l-interessi ta' l-Istitut.
Fil-preżent il-faċilitajiet qed jintużaw għal perjodu relattivament twal kemm mill-kumpanija Playmobil (Brandstatter Malta) kif ukoll mill-Institute of Health and Safety sabiex jitħarrġu ħaddiema Maltin. L-istitut jagħmel sforzi kbar biex jattira dan it-tip ta' xogħol biex b'hekk isir l-akbar u l-aħjar użu mill-investiment tiegħu. L-Istitut jieħu gost jekk hemm aktar kumpaniji privati li lesti jagħmlu użu mill-faċilitajiet tiegħu.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija nru. 28063?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li fil-preżent hemm ħaddiem wieħed impjegat bħala fattiga fuq bażi part-time mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma (inkluż l-I.W.T.).
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija nru. 28061?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li matul is-sena kurrenti ġew impjegati ħames ħaddiema b'kuntratt u ħaddiem fuq bażi part-time mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, inkluż l-Institute of Water Technology.
Il-ħaddiem fuq bażi part-time kien impjegat bħala fattiga u l-ħaddiema b'kuntratt kienu mpjegati wieħed bħala Kontrollur Finanzjarju, wieħed bħala Manager Servizzi Korporattivi, wieħed bħala Assistant Uffiċjal u tnejn bħala Uffiċjal Proġetti.
Jista' l-Ministru jgħid b' referenza għar-risposta ta' mistoqsija nru. 28056 kemm attendew persuni fic-Cinema f' St. James Cavalier minn meta beda jopera sal-lum?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li 'l fuq minn 3000 persuna attendew iċ-ċinema tal-Kavallier ta' San Ġakbu, il-Belt, minn meta beda jopera sal-lum.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Qawra Coast Development Brief?
Response (BORG, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra 4 kopji tal-Qawra Coast Development Brief. Aktar kopji ta` dan il-brief jistgħu jittieħdu direttament mill-webpage ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar (www.pa-malta.org).
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk
1) kumpanija privata ingħatatx spazju fl-Institute of Water Technology.
2) jekk fl-affermattiv,
(a) dan sar wara li ġie approvat mill-bord tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma?
(b) inħarġu tenders għal din il-kirja?
(c) kemm hi l-kera kull sena?
3) X'inhuma l-attivitajiet ta' din il-kumpanija u x'jisimha l-kumpanija?
4) għal-liema skop ingħata dan l-ispazju ?
5) hemm ħsieb li faċilita bħal din tingħata lill-kumpaniji oħra?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li jitneħħew il-vetturi abbandunati li hemm fi Triq l-Imnarja, Ħad-Dingli li jidhru fir-ritratti li qed jintbagħtu separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-vetturi msemmija mill-Onorevoli Interpellant tneħħew.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-minerals subject plan maħruġ mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?
Response (BORG, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra 4 kopji tal-Minerals Subject Plan for the Maltese Islands. Aktar kopji ta` dan il-pjan jistgħu jittieħdu direttament mill-webpage ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar (www.pa-malta.org).
Jista' l-Ministru jgħid x' inhi r-raġuni għala ġurnata wara oħra qiegħed ikun hemm fawran tad-dranaġġ b' mod regolari f' Mosta road H'Attard?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li qiegħed isir tindif fil-mina f'Mosta Road, Attard. Meta dan it-tindif jitlesta mhux mistenni li joħroġ drenagg f'din it-triq.
Nstab li kien hemm xi ġebel f'manhole partikolari li kienet mgħottija bit-tarmac li ngħata xi sena ilu. Fil-fatt saru xi xogħlijiet u aktar spezzjonijiet fuq il-main dalgħodu stess.
Jista' l-Ministru jgħid f' liema bajjiet instab ilma baħar kontaminat mill-1 ta' Ġunju 2001 sal-lum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat illi mill-1 ta` Ġunju sal-lum id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika għalaq temporanjament, għall-perjodu indikat, dawn il-bajjiet għall-għawm wara li l-kampjuni ndikaw li kien hemm kontaminazzjoni jew minħabba evidenza ta` żbroff tad-drenaġġ:
Għajnsielem-Xatt l-Aħmar 02.07.01-04.07.01
Bugibba - Bay Square 02.07.01-10.07.01
Mellieħa - Mellieħa Bay 12.07.01-15.07.01
St. Paul's Bay, Bugibba - 15.07.01-22.07.01
Tax-Xema to Bognor Bay
Mellieħa 02.08.01-05.08.01
Mellieħa Bay, Tunnara Promenade
St.Julian's - Balluta Bay 24.08.01-27.08.01
Dawn l-istess bajjiet reġgħu nfetħu għall-għawm wara li tlett kampjuni konsekuttivi rriżultaw li l-kwalita` ta` l-ilma baħar kien fil-livelli rakkomandati.
Jista' l-Ministru jispjega d-deċiżjoni sabiex St. James Cavalier jibda jintuża għall-wiri ta' films bħala cinema kummerċjali?
Response (GALEA, LOUIS)
Sa minn Lulju li għadda, fiċ-ċinema tal-kavallier ta' San Ġakbu, bdew jintwerew films ta' valur artistiku. Primarjament dawn kienu films maħduma f'pajjiżi Ewropej li f'Malta intwerew ftit jew xejn. Din hi l-istess sistema li tintuża f'Art House Cinemas oħra.
Fl-aħħar tlett xhur fl-imsemmi ċinema ntwerew films minn Franza, l-Italja, Spanja u l-Ġermanja u kellna wkoll festivals ta' films Ingliżi u Jugoslavi.
Il-prezzijiet tal-biljetti għaċ-ċinema tal-Kavallier ta' San Ġakbru huma orħos minn dawk f'ċinemas oħra f'Malta li jvarjaw bejn Lm1.75c u Lm2.00c. Dan isir biex aktar nies ikunu nkoraġġiti jaraw films li normalment ma jintwerewx f'ċinemas oħra. Min-naħa l-oħra ċ-Ċentru għandu wkoll ifittex li jkun finanzjarment vijabbli.
Jista' l-Ministru jgħid min meta beda jintuża St. James Cavalier għal wiri ta' films fuq bażi ta' cinema kummerċjali? Kemm attendew persuni f'dan ic-cinema minn meta beda jopera sal-lum?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda, full-time, part-time jew b'kuntratt mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma (inkluż l-I.W.T.)? F'liema kariġa u x-xogħol qegħdin jagħmlu dawn il-ħaddiema ġodda?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema part-time mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma (inkluż l-I.W.T)?
F'liema grad u xogħol qegħdin dawn il-ħaddiema?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura sabiex sajjied part-time jingħatu permess abiex jirmiġġja d-dgħajsa tiegħu ma' xi pontoon fil-portijiet tagħna?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li sabiex sajjied part-time jingħata permess jirmiġġa d-dgħajsa tiegħu ma xi pontoon irid jissottometti applikazzjoni ma' l-Awtorita' Marittima. Dan jitniżżel fil-wating list ma' applikanti oħra ta' l-istess kategorija, u għalhekk il-permess jingħata meta jkun hemm irmiġġi vojta fil-postijiet riservati għalihom.
Jien infurmat ukoll li fil-preżent dawn il-postijiet huma kollha allokati.
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru. 27829, jista' l-Ministru jgħid x'inhu d-daqs tal-culvert il-qadim li miegħu ġie inqabbad il-culvert il-ġdid li qiegħed isir fit-triq ta' Burmarrad?
Saru l-verifiki neċessarji sabiex jiġi żgurat li l-capacity tal-culvert il-qadim hi adegwata sabiex tlaħħaq ma' l-ilma mill-culvert il-ġdid? Fejn jiżbokka l-culvert il-qadim?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-culvert il-ġdid mhux ser jaqbad mal-qadim iżda ser jiżbokka fejn kien jiżbokka l-qadim, kif spjegajt fil-mistoqsija parlamentari Nru. 27829.
Dan il-culvert kien jiżbokka wara l-ground.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru. 27768, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi dwar dan il-każ?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku ġie nfurmat mill-Kunsill Lokali ta` San Pawl il-Baħar li l-marki nkwestjoni ġew imneħħija. Il-Kunsill Lokali nforma lill-Bord li ħalla marki tul ta` żewġ metri u nofs għall-użu tad-disabled fil-wheelchair.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru. 27764, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar dan il-każ?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-kwestjoni tal-latrina ġiet imressqa quddiem il-Kumitat Park Nazzjonali Ta' Qali li ser jikkonsidra jekk għandhiex titwaqqa' u tinbena mill-ġdid x'imkien ieħor wara li tiġi eżaminata l-kundizzjoni tal-latrina eżistenti u l-ħtiġijiet ta' dawk l-inħawi.