Jista' l-Ministru jgħid kemm u fejn saru private roads matul dawn l-aħħar tnax il-xahar?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta` toroq li sar xogħol fihom matul dawn l-aħħar tnax-il xahar u jkopru erbgħin lokalita`.
Din il-lista tinkludi wkoll l-ismijiet ta` toroq li qed isir xogħol fihom.
Jista' l-Ministru jgħid x'tul ta' mains tad-drenaġġ ġodda saru matul dawn l-aħħar tanx il-xahar, kif ukoll il-lokalitajiet fejn saru?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-estensjonijiet ġodda ta' mains tad-drenaġġ li saru matul dawn l-aħħar tnax-il xahar huma:
Ħal-Bordi, Lija 80m
Ta' Fġieni Area, Attard 150m
Triq Barbaro Sant, Lija 80m
Triq it-Tin, Żurrieq 100m
Triq il-Ħtajriet, Mosta 180m
Triq Fiteni, Mosta 100m
Triq San Franġisk, Marsascala 120m
Triq il-Likama, Marsascala 70m
Triq l-Iskall, Marsascala 130m
Triq tal-Ibgħal, Birkirkara 120m
Triq in-Namura, Baħrija 170m
Triq il-Lampura, Baħar iċ-Ċagħaq 70m
Triq il-Lok ta' Coppins, St. Andrews 100m
Triq id-Dris, St. Andrews 100m
St. Helen's Gate, Cospicua 190m
Triq it-Tank, Siġġiewi 80m
Qasam Sperimentali, Luqa 120m
Fond Għadir Sump
Triq San Franġisk, Marsaxlokk 40m
Triq Ħal-Millieri, Żurrieq 70m
Triq il-Greċja, Naxxar 100m
Triq il-Gistakor, Għaxaq 100m
Triq il-Għirgħien, B'Buġa 100m
Exiles, Sliema 80m
Triq il-Kurunell Mass, Tarxien 125m
Triq l-Isqof Alferan, Żurrieq 35m
Vjal l-Indipendenza, Żurrieq 45m
Triq il-Munxar, Marsascala 70m
Triq il-Għargħur, Birkirkara 30m
N/S in Tower Street, Birkirkara 80m
Triq Patri Ġuże Delia, Siġġiewi 90m
Triq Mike Pulis, Birkirkara 30m
Triq il-Qasam Sperimentali, Luqa 200m
Kortin, Sewer Gravity - Mellieħa 400m
Għargħur Galleries 60m
Triq il-Baltiku, San Ġwann 105m
Triq G Sandys, San Pawl tat-Tarġa 70m
Triq Daħlet il-Ġibjun, Naxxar 150m
Triq Gregory Mifsud, Qrendi 270m
Triq Oscar Zammit, Ħamrun 60m
N/S in Triq il-Mellieħa 150m
Triq ir-Rand, Attard 80m
N/S in Triq il-Kananea, Attard 80m
Triq il-Lanġas, Naxxar 170m
Triq Dun V Schembri, Naxxar 40m
N/S in Tan-Nadur Area, Marsascala 30m
N/S in Daħlet Marsascala 70m
Triq il-Munxar, Marsascala 70m
Triq Nerik Xerri, Kirkop 35m
Triq tal-Ħniena, Qrendi 100m
Dawret il-Wied, Mosta 135m
Triq San Dwardu & Triq il-Port Ħieles, B'Buġa 180m
Kortin, Sewer Gravity - Mellieħa 400m
Għargħur Galleries 50m
Għargħur Sewer Gravity Mains 250m
Triq Dun Vinċenz Caruana, Żurrieq 40m
Triq Magri/Triq Bubaqra, Żurrieq 80m
Triq Santa Margherita, Siġġiewi 70m
Paola, near Corradino Prison 40m
Triq Hompesch, Fgura 60m
Pembroke 100m
Ħajt il-Wied, Żejtun 250m
Triq Barth, Ħamrun 50m
Triq P Dacoutros, Ħamrun 60m
Jista' l-Ministru jgħid b'referenza għar-risposta ta' mistoqsija nru. 29153, x'irriżulta mill-investigazzjoni li għamlet l-Enemalta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li mill-investigazzjonijiet li għamlet il-Korporazzjoni Enemalta, irriżulta li hemm il-ħtieġa li jiżdied id-dawl tat-triq fl-inħawi indikati mill-Onorevoli Interpellant fil-mistoqsija numru 29513. Infatti din it-talba qed tkun ikkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.
Jista' l-Ministru jgħid b'referenza għar-risposta ta' mistoqsija nru. 24135 kienx hemm xi żviluppi fuq it-talba għal-ħlas ta' overtime minħabba li l-ħaddiema mhumiex kuntenti bil-mod kif il-gvern b'mod arbitrarju qabad u qatagħlhom nofs is-sahra li verament ħadmu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-kwestjoni ġiet magħluqa bil-ħlas li ngħata kif spjegat fir-risposta tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 24135.
Jista' l-Ministru jgħid x'irid jagħmel student li qiegħed fl-Extended Skills Training Scheme (ESTS) sabiex jibdel l-isponsor peress li fejn ikun qiegħed ma jkunx qiegħed jiġi mogħti xogħol skond is-sengħa tiegħu?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li r-responsabilta` sabiex jinstab jew jinbidel ix-xogħol taħt l-iskema ESTS hija tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u għat-Taħriġ, l-istudent konċernat għandu jibda billi jiddiskuti l-każ ma' l-uffiċjal inkarigat fl-ETC.
Jista' l-Ministru jivverifika għala l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament b'diżabilita li ilha barra mix-xogħol diversi snin baqgħet sal-lum tirċievi talbiet għal-ħlas ta' kontijiet ta' income tax?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti nformazzjoni konfidenzjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jivverifika jekk il-pensjoni li qiegħda tirċievi l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament hi korretta peress li tidher żgħira wisq?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pensjoni tas-Sigurta' Soċjali tal-persuna minnu ndikata, għada ma ġietx stmata. Għaldaqstant ma nistax ngħid jekk hux qed jitħallas korrett jew le. Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal pensjoni tas-servizz (tat-Teżor) nitolbu jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Gvern addotta l-istrateġija dwar il-waste management b'mod uffiċjali fit-totalita tagħha? Dan iffisser li ma jippermettiex bdil min dak li hemm f'din l-istrateġija. Min ha jħallas għall-implimentazjoni ta' din l-istrateġija? Il-Gvern se jintroduċi xi tariffi għat-trattament ta' l-iskart?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nikkonferma li l-istrateġija dwar il-waste management ġiet adottata mill-Gvern fit-totalita' tagħha bħala linja ta' gwida ġenerali, kif ippublikata. Din l-istrateġija tinfirex fuq medda ta' għoxrin sena u hija strateġija li torbot. Pero' bħal kull strateġija oħra din hija waħda dinamika u jkun hemm bżonn li tiġi mogħtija attenzjoni kontinwament, kif ukoll li fejn meħtieġ, tkun ukoll aġġornata. Review iżjed estensiv ta' l-istrateġija fil-bidu jibda jsir kull sena (2003,2004,2005) u mbagħad mis-sena 2007 isir kull sentejn. L-istrateġija nnifisha titkellem dwar miżuri ekonomiċi u finanzjarji li jridu jiġu ntrodotti (tabella 9 paġna 59).
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru. 29159, jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus mill-Stock Exchange għal kiri tal-mobile toilets fil-Barrakka ta' fuq?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Borża ħalset is-somma ta' Lm41.40 bħala kiri ta' Mobile Toilets għal matul l-Official Opening tal-premises il-ġdid.
Jista' l-Ministru jikkonferma li bħalissa qegħdin isiru diskussjonijiet bejn il-Gvern li l-Cottonera Waterfront Group sabiex dan il-consortium jingħata aktar nollijiet taħt Sant Anġlu milli hu approvat fil-Parlament?
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument Expression of Interest - Landscaping and Embellishments maħruġ mill-Private Public Partnership Unit?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument mitlub.
Jista' l-Ministru jara li titwaħħal bozza bejn żewġ irziezet li hemm fl-inħawi ta' Santa Marija ta' Ħal Xluq fit-triq li tagħti mis-Siġġiewi għall-Qrendi (fejn l-istatwa tal-Madonna) peress li f' dawn l-inħawi jkun hemm dlam ċappa matul il-lejl?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar is-sejħa għall-iżvilupp ta' International Trade Centre f' Malta li bħalissa qiegħda tidher fil-media internazzjonnali?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 28967 waqt is-Seduta numru 625.
Jista' l-Ministru jara jekk il-pensjoni li qegħda tingħata lill-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament hi koretta peress li mill-ammont ta' din il-pensjoni qiegħed jiġi mnaqqas ammont ekwivalenti għall-pensjoni li l-istess persuna jieħu mill-Awstralja, imma liema somma suppost għandha tvarja skond it-tibdil fir-rata tal-kanbju?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li minn stħarriġ li għamel id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali ma jirriżultax li lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qed jitnaqsilha mill-pensjoni Maltija l-ammont ekwivalenti għall-pensjoni li qed tirċievi mill-Awstralja mingħajr tibdil fir-rata tal-kambju.
Il-persuna ndikata ġiet infurmata dwar il-każ.
Jista' l-Ministru jara li tittieħed azzjoni immedjata sabiex tiġi mrażżna l-invażjoni tal-ġrieden fid-djar tan-nies fl-inħawi ta' The Catacombs, Rabat?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li minn stħarriġ li għamlu l-uffiċċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika fuq l-ilment ta` ġrieden fil-viċinanzi tal-Katakombi tar-Rabat, irriżulta li l-problema ta` ġrieden qiegħda toriġina minn stabbiliment abbandunat fl-istess żona. Peress li m'hijiex proċedura normali li jintefa` velenu f'postijiet privati mingħajr il-kunsens tas-sid, id-Dipartiment ħa il-passi neċessarji sabiex instab is-sid. Dan ingħata l-velenu neċessarju li tpoġġa fil-post indikat. Il-problema ser tibqa` tiġi segwita sakemm tiġi kkontrollata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f' bini ta' mobile toilets għall-Barrakka ta' Fuq li sar matul dawn l-aħħar tlett snin kull sena separatament?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li ma ntefqu l-ebda ammont ta' flus minn dan il-Ministeru. Il-mobile toilets fil-Barrakka ta' Fuq saru mill-iStock Exchange waqt li kienu qed jibnu t-toilets ġodda f'dan il-ġnien. Dan sar minnhom bi ftehim mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura.
Jista' l-Ministru jgħid meta twaqqfet il-fondazzjoni li tmexxi il-Kavalier ta' San Gakbu? X'inhi l-funzjoni ta' din il-fondazzjoni u min huma l-membri tagħha? Meta sar it-trasferiment ta' din il-propjeta lil din il-fondazzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-Fondazzjoni twaqqfet fit-8 ta' Awissu, 2000. Kopja ta' l-iStatut tal-Fondazzjoni Ċentru għall-Kreattivita` u kopja tal-Kuntratt qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Mhux il-ħsieb f'dan l-istadju li jkun hemm trasferimenti tal-propjeta` lill-Fondazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament u li jaħdem fil-Park Nazzjonali f'Ta Qali, għadu jidher fir-rassenji minkejja li hu arrestat u akkużat b'diversi reati serji barra pajjiżna?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li għalkemm l-impjegat imsemmi għadu jidher fuq ir-rassenja, huwa qed jiġi mmarkat bħala "Detained by Police".
Ninsab infurmat li fil-preżent għaddejjin trattattivi bejn il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u l-persuna involuta fil-każ sabiex jintlaħaq ftehim dwar l-ammont ta' danni li l-Korporazzjoni qed tippretendi li għandha tħallas u kif tali danni ser jitħallsu. Sadanittant il-Korporazzjoni qed iżżomm id-drittijiet legali tagħha permezz ta' ittri uffiċċjali li ġew preżentati kontra l-imsemmija persuna u li bihom ġie notifikat.
Il-Korporazzjoni qed tagħmel ukoll il-preparamenti meħtieġa biex jekk ma tinstabx soluzzjoni bonarja fi żmien qasir, tiġi ppreżentata kawża kontra l-persuna involuta f'dan il-każ.