Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-periti privati li ingħatw il-konsulenza għax-xogħolijiet li saru fl-Stock Exchange il-ġdid?
Kemm hu kkalkulat li hu l-valur tal-kuntratt tagħhom u kemm tħallsu sa issa?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li wara sejħa għall-offerti li saret fl-1996 id-ditta Architecture Project intgħażlet minn fost erba' tenderers.
Il-valur totali li tħallsu kien ta' Lm202,000 li jinkudi Lm30,000 VAT. Jonqos jitħallsu Lm6,000. Dan jinkludi l-iddisinjar, il-project management kif ukoll surveys li saru bħal per eżempju fuq is-saqaf ta' dan il-bini storiku kif ukoll fuq il-pedamenti li ppreżentaw ċerti problemi waqt il-fażi ta' rinnovazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-periti privati mqabbda sabiex jieħdu ħsieb ix-xogħolijiet li jsiru f'Kastilja?
Kemm tħallsu dawn il-periti mill-1990 sal-lum u għal liema xogħol tħallsu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi l-periti mqabbda sabiex jieħdu ħsieb x-xogħolijiet fil-Berġa ta’ Kastilja huma l-periti konsulenti “Architecture project”.
“Architecture Project” intagħżlu bħala esperti ewlenin fuq xogħol ta’ ristorazzjoni wara konsultazzjoni mal-“Valletta Rehabilitation Committee” f’1996. Ta’ dan ix-xogħol, li jinkludi preparazzjoni ta’ “sketches”, stima tax-xogħol, sottomissjonijiet ta’ applikazzjonijiet lill-awtoritajiet konċernati, preparazzjoni ta’ “working drawings”, speċifikazzjonijiet u “bills of quantities”, tħejjija ta’ rapporti fuq l-offerti, twettiq ta’ superviżjoni waqt ix-xogħolijiet, tħejjija ta’ ċertifikati tax-xogħol u revijonijiet oħra “Architecture Project” jitħallsu bir-rati ekwivalenti għal dawk kurrenti tal-Gvern għal xogħol u responsabiltajiet simili.
Ix-xogħolijiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà ta’ “Architecure Project” huma:
(i) Xogħol ta’ Restawr
· Restawr fil-pjan terran.
· Restawr tal-fetħiet kollha li jagħtu għall-kantina u nstallazzjoni ta’ twieqi ġodda f’dawn l-aperturi.
· Restawr tal-bibien ta’ barra tal-pjan terran.
· Tħammil, tindif u restawr fil-kantina.
Dan ix-xogħol sar biex tkun restawrata l-istruttura oriġinali tal-bini.
(ii) Xogħol ta’ “Refurbishment”
· “Refurbishment” tal-pjan terran.
· “Refurbishment” u manutenzjoni ta’ uffiċini oħra fl-ewwel u tieni sular skond il-bżonn.
· “Refurbishment” tat-“toilets” prinċipali li jinsabu f’kull sular.
Dan ix-xogħol sar biex l-ispazji jiġu utilizzati b’mod aktar effiċjenti.
(iii) Installazzjoni ta’ “Lifts”
· Installazzjoni ta’ “Lifts”, tnejn fuq in-naħa tat-Triq San Pawl, u tnejn fuq in-naħa tat-Triq Merkanti.
Dawn il-“lifts” saru biex l-uffiċini fis-sulari ta’ fuq ikunu iżjed aċċessibli speċifikament għall-persuni bi bżonnijiet speċjali u wkoll l-anzjani.
Għas-servizzi fuq imsemmija il-ħlas tal-periti kienu:
Sena
Ammont
1996
LM23,506.31
1997
LM20,572.04
1998
LM28,250.60
1999
LM15,587.50
2000
LM21,710.13
2001
LM15,883.08
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet għall-sanctioning ta' xogħolijiet li twettqu diġa' fil-Berġa ta' Kastilja lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar f'dawn l-aħħar tnax il-xahar?
Għal liema xogħolijiet jirreferu dawn l-applikazzjonijiet?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infżrmat li sarż sitt applikazzjonijiet għall-“sanctioning” ta’ xogħolijiet fil-Berġa ta’ Kastilja lill-Awtorità ta’ l-Ippjanar f’dawn l-aħħar tnax-il xahar.
Dawn l-applikazzjonijiet kienż maqsżma kif ġej:
1. PA 4427/01 “To sanction re-paving of Internal and External corridors. To
replace existing citrżs trees with Lażrel trees.”
L-oġġettivi wara dan ix-xogħol jikkonsistż:
· Fit-tneħħija tal-“cables” kollha mill-kżritżri ta’ madwar il-bitħa ċentrali tal-Berġa,
· Fl-introdżzzjoni ta’ sistema ġdida li tiġbor fiha s-servizzi kollha telekomżnikazzjoni, elettrikż,
riorganizzazzjoni tas-sistema ta’ l-ilma ż dranaġġ,
· Fit-tqegħid ta’ pavimentar ġdid għall-kżritżri ta’ madwar il-bitħa prinċipali, ż
· Fit-tibdil tas-siġar taċ-ċitrż fil-bitħa prinċipali ma “Lażrel trees”.
Dan ix-xogħol beda f’Novembrż ta’ 1997 ż għadż ma ġiex konklżż kollż.
2. PA 4428/01 “To sanction the Installation of Lifts (Phase II).
L-oġġettivi wara dan ix-xogħol jikkonsistż:
· Fl-introdżzzjoni ta’ aċċess aktar faċli għal kżll sżlar fil-Berġa, kemm għal ħaddiema kif żkoll
għall-viżitatżri,
· Fit-tibdil fl-aċċessibilità tal-Berġa għall-persżni bi bżonnjiet speċjali,
· Fl-introdżzzjoni ta’ “service shafts” sabiex fihom ikżnż jistgħż jiġż organizzati is-servizzi.
Dan ix-xogħol inbeda f’Novembrż ta’ 1997 ż ġie konklżż fl-1999.
3. PA 4549/01 “To sanction minor amendments to permit No. 6337/94:
Installation of lifts (Phase I)
Ix-Xogħol kien jikkonsisti:
· Fil-bidla tal-materjal tal-faċċata tal-lifts minn ġebla franka għall-“anti-vandal stainless steel”.
Dan ix-xogħol inbeda fl-1996 ż tlesta fl-1998.
4. PA 4550/01 “To sanction Refżrbishment works at Grożnd Floor Level”.
L-oġġettivi wara dan ix-xogħol jikkonsistż:
· F’rilokazzjoni tas-servizzi sabiex jinħoloq aktar spazjż għall-żffiċini,
· F’introdżzzjoni ta’ “Service entrance” ż proviżjoni ta’ spazji ta’ “storage” ż għan-nies li jwettqż xogħol ta’
manżtenzzjoni,
· Fl-introdżzzjoni ta’ spazji għall-“reception, cżstomer care” ż “waiting room”.
Dawn ix-xogħolijiet hżma estensjoni fżq permessi simili li kienż diġa approvati, (PA 04383/94, ż PA 0326995). Dan ix-xogħol inbeda fl-1996 ż ġie konklżż fis-sena 2001.
5. PA 4551/01 “To sanction Additional works at Basement Level”.
L-oġġettivi wara dan ix-xogħol jikkonsistż:
· Fl-introdżzzjoni ta’ spazji għall-makkinarjż,
· Fl-introdżzzjoni ta’ passaġġi għan-nies ta’ manżtenzzjoni,
· Filli jiġi provdżt spazjż għas-servizzi ż b’hekk jiġż eliminati l-kwantità kbira ta’ “cables”mill-pjan terran, ż
· F’proviżjoni ta’ ventilazzjoni natżrali fis-sotterran.
Dawn ix-xogħolijiet hżma estensjoni fżq permessi simili li kienż diġà approvati, (PA 03269/95). Dan ix-xogħol inbeda fl-1996 ż tlesta fl-1998.
6. PA 5895/01 “To sanction general maintenance works to grożnd floor walls to
cożrtyard”.
L-oġġettivi wara dan ix-xogħol jikkonsistż:
· Fit-tneħħija ta’ tikħil, kisi li kien sar fil-passat bis-siment, ż tindif ieħor ġenerali tal-kżritżri ta’ madwar
il-bitħa ċentrali tal-Berġa,
· Fit-tneħħija ta’ msiemer, biċċiet tal-ħadid, “cables”, etc, li kienż msammra jew imdaħħla fil-ħitan fil-passat ż li qegħdin jagħmlż ħafna ħsara lill-ġebla,
· Fit-tiswija ta’ ġebla fejn hemm bżonn, ż
· Fil-“consolidation” tal-ħitan ż tikħil tal-fili.
Dan ix-xogħol inbeda fl-1998 ż għadż ma ġiex konklżż
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li persuna ta' wieħed u għoxrin sena imwielda l-Awstralja minn ġenituri li t-tnejn huma ċittadini Maltin, dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament tikkwalifika għal ċittadinanza doppja?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-persuna li dwarha qed jistaqsi l-Onor. Membru kienet saret ċittadina ta` Malta meta twieldet. Għalhekk jekk hija għexet l-Awstralja jew x`imkien ieħor barra minn Malta għal perijodu ta` mill-anqas sitt snin, hija tikkwalifika awtomatikament biex iżżomm żewġ ċittadinanzi, dik Maltija u dik Awstraljana.
Iżda, jekk ma għexitx l-Awstralja għal sitt snin, hi ma tikkwalifikax awtomatikament. Fil-fatt, skond il-liġi Maltija, tista` tapplika biex takkwista mill-ġdid iċ-ċittadinanza Maltija li tilfet meta għalqet id-dsatax-il sena permezz ta` reġistrazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-proġett ta' l-isport complex li kellu jinbena bħala parti mill-proġett tat-tkabbir ta' l-iskola primarja ta' Ħ'Attard?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, fuq rakkomandazzjoni tad-Dipartiment tal-Kuntratti talbet lill-perit appuntat mill-Kunsill Lokali ta' Ħ'Attard biex jemenda t-tender document kif meħtieġ. Sfortunatament minkejja li ilu sittax-il ġimgħa biex jissottometti dawn l-emendi lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, il-perit inkarigat għadu ma ssodisfax it-talba magħmula.
Jista' l-Ministru jgħid min liema kumpanija qegħdin jinxtraw il-bus shelter li qegħdin jiġu installata fit-toroq bħalissa u x'inhu l-prezz ta' kull bus shelter?
Jista' l-Ministru jgħid x'perċentaġġ ta' xogħol tlesta sal-lum fil-bini ta' triq mill-Iklin sas-Salini?
Kemm tħallas il-kuntrattur s'issa u kemm hu l-valur tal-kuntratt?
Meta suppost għandu jitlesta x-xogħol skond il-kuntratt?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li s'issa fuq dan il-proġett twettaq 20% mix-xogħol meħtieġ f`din it-triq.
Il-pagamenti li saru s`issa lill-kuntrattur jammontaw għal Lm191,308.
Il-valur tal-kuntratt huwa ta` Lm1,413,677 u dan kellu completion period ta` tnejn u ħamsin ġimgħa.
Jista' l-Ministru b'referenza għar-risposta għall-mistoqsija numru 29342 jivverifika jekk l-ammont ta' pensjoni li qiegħda tingħata l-persuna konċernata hiex koretta?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-pensjoni tat-Teżor tal-persuna ndikata għada qed tiġi pproċessata. Għaldaqstant mhux il-każ li jingħad jekk hux qed jitħallas korrett jew le, iżda li l-ammont dovut jitħallas fi żmien qarib.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemm il-ħsieb li jitraħħsu l-liċenzji tal-kaċċa u l-insib?
Response (BORG, TONIO)
Dawn diġa` raħħsu. Fil-fatt b`effett mill-ewwel ta` Marzu 1999 il-liċenzja għal żamma ta` snieter (licence to keep) tniżżlet minn Lm19 għal Lm7, tnaqqis ta` Lm12.00 (LN59/99).
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-pubblikazzjoni on site li nħarġu mill-ministeru s'issa? Kemm jiġu stampati f'kull ħarġa, fejn isir l-istampar u kemm jiġi jiswa flus? Lil min qiegħed tintbagħat din il-pubblikazzjoni
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-erba' pubblikazzjonijiet ta' l-"On Site" li nħarġu s'issa.
Dawn il-pubblikazzjonijiet jintbagħtu f'diversi households madwar Malta.
Rigward il-mistoqsijiet l-oħra, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29794 (Seduta 642).
Jista' l-Ministru jgħid x'perċentaġġ ta' xogħol sar sal-lum fil-bini tat-triq ta' Burmarrad?
Kemm tħallas il-kuntrattur s'issa u x'inhu l-valur tal-kuntratt?
Meta suppost għandu jitlesta x-xogħol skond il-kuntratt?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li s'issa fuq dan il-proġett twettaq 20% mix-xogħol meħtieġ f'din it-triq.
Il-pagamenti li saru s'issa lil kuntrattur jammonta għal Lm188,350.
Il-Valur tal-kuntratt huwa ta` Lm1,347,647 u dan kellu completion period ta` tnejn u ħamsin ġimgħa.
Jista' l-Ministru jgħid x'perċentaġġ ta' xogħol tlesta sal-lum fil-bini tal-Mosta ring road?
Kemm tħallas il-kuntrattur s'issa u x'inhu l-valur tal-kuntratt?
Meta suppost għandu jitlesta x-xogħol skond il-kuntratt?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li s'issa fuq dan il-proġett twettaq 35% mix-xogħol meħtieġ f'din it-triq.
Il-pagamenti li saru s'issa lill-kuntrattur jammontaw għal Lm69,801.
Il-valur tal-kuntratt huwa ta' Lm568,550 u dan kellu completion period ta' tnax-il xahar.
Jista' l-Ministru jgħid x'perċentaġġ ta' xogħol tlesta fil-bini ta' Psaila Street Santa Venera/B'Kara?
Kemm tħallas il-kuntrattur s'issa u x'inhu l-valur tal-kuntratt?
Meta suppost għandu jitlesta x-xogħol skond il-kuntratt?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li s'issa fuq dan il-proġett twettaq 75% mix-xogħol meħtieġ f'din it-triq.
Il-pagamenti li saru s'issa lill-kuntrattur jammontaw għal Lm564,573.
Il-valur tal-kuntratt huwa ta` Lm805,000 u dan kellu completion period ta' ħmistax-il xahar.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk tlestiex ix-xogħol kollu f'Imdina road, Ħ'Attard (quddiem Mont Caremel)?
Kemm kien il-valur tal-kuntratt u kemm tħallas il-kuntrattur s'issa?
Meta suppost tlesta x-xogħol skond il-kuntratt?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li s'issa fuq dan il-proġett twettaq 95% tax-xogħol meħtieġ f'din it-triq u x-xogħol mistenni li jitlesta' sa l-aħħar ta' Novembru.
Il-pagamenti li saru s'issa lill-kuntratturi Rite Mix Ltd u Roads Group jammontaw għal Lm159,064 u Lm139,649 rispettivament.
Il-Valur tal-kuntratt fuq xogħol ta' formazzjoni huwa Lm159,462 u l-valur tal-kuntratt ta' surfacing huwa ta' Lm157,696 u dan ix-xogħol kellu completion period ta' ħmistax-il xahar.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk tlestiex ix-xogħol ta' Imdina road, Qormi?
Kemm kien il-valur tal-kuntratt u kemm tħallas il-kuntrattur s'issa?
Meta suppost tlesta x-xogħol skond il-kuntratt?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol f'Mdina Road, Qormi tlesta' ħlief għal xi xogħol ta` finishing u tindif li jrid isir qabel ma ssir il-handing over.
Il-valur tal-kuntratt fuq xogħol ta` formazzjoni huwa ta` Lm631,005 u l-valur ta` surfacing huwa ta` Lm345,972.
Il-kuntrattur tħallas l-ammont ta` Lm584,060 u Lm328,674 rispettivament fuq dawn iż-żewġ kuntratti.
Jista' l-Ministru jgħid x'perċentaġġ ta' xogħol tlesta fil-bini ta' Triq Ħal Far?
Kemm tħallas il-kuntrattur s'issa u kemm hu l-valur tal-kuntratt?
Meta suppost għandu jitlesta x-xogħol skond il-kuntratt?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol f'Ħal Far Road pratikament tlesta' ħlief għal xi xogħol ta` finishing u tindif li jrid isir qabel ma ssir il-handing over.
Il-pagamenti li saru s'issa lil kuntratturi Penza Tarmac Ltd, Schembri Barbros u General Road Servicing jammontaw għal Lm392,450, Lm347,992 u Lm368,557 rispettivament.
Il-valur tal-kuntratt huwa ta` Lm1,182,772 u dan kellu completion period ta` tletin ġimgħa.