Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħames Protokoll Finanzjarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġi negozjat il-ħames protokoll finanzjarju ma l-Italja?

Response (BORG, JOE)

Nikkonferma illi n-negozjati dwar il-Ħames Protokoll Finanzjarju mal-Gvern Taljan li kienu bdew taħt l-amministrazzjoni Taljana preċedenti qed jitkomplew ma' l-amministrazzjoni preżenti.
Leg 9 PQ #30423 Sitting 670 2001-12-12 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Pender Palace

Question

B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari nru. 30293, jista' l-Ministru jgħid min ingħata l-kuntratt għall-bini u l-immaniggjar tal-car park f'Pender Palace, San Ġiljan?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li s-sejħa għall-offerti għall-bini u l-immaniġjar tal-parkeġġ tal-karozzi f'Pender Place, San Ġiljan ingħatat lill-kumpanija Żrar Limited.
Leg 9 PQ #30424 Sitting 670 2001-12-12 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Żvilupp tax-Chalet

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru. 30286, jista' l-Ministru jgħid min ġie magħżul għall-offerta Avviż Nru. 202 għall-iżvilupp tax-Chalet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-għola offerta għadha qed tiġi kkunsidrata mill-Kumitat tal-Kuntratti. Ma nħossx li huwa prudenti li jiġi żvelat l-isen ta’ dan l-offerent f’dan l-istadju.
Leg 9 PQ #30326 Sitting 665 2001-12-10 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Applikazzjoni

Question

B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija nru 30202 jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' l-applikazzjoni li saret lill-Awtorita ta' l-Ippjanar dwar l-iżvilupp ta' Dock No 1? Minn min saret l-applikazzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta` l-applikazzjoni kienet PA 3428/2001 u l-applikant kien Mr John Cassar White, Chairman Malta Drydocks.
Leg 9 PQ #30342 Sitting 665 2001-12-10 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Unaccounted for Water — Perċentaġġ

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija nru. 30233 x'inhu l-perċentaġġ ta' l-unaccounted for water matul dawn l-aħħar tnax-il xahar? Kemm minn dan il-perċentaġġ kien ilma mitluf minħabba serq, undermetering u leakages?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba dwar l-unaccounted for water għas-sena finanzjarja 2000-2001, f'miljuni metri kubi, hija kif ġej: Produzzjoni 33.37 Billing 18.00 Unaccounted for water 46.05 fil-mija. Tajjeb jingħad li l-ġbir ta' informazzjoni ta' unaccounted for water ta' persentaġġi mhix daqstant preċiza u lanqas ma hija spjegazzjoni ċara tal-kundizzjoni u t-telf ta' l-ilma mis-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma.
Leg 9 PQ #30343 Sitting 665 2001-12-10 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Pender Place — Tender

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija nru. 30234 jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tad-dokument maħruġ mill-MIMCOL tas-sejħa għall-offerti għal Pender Place? Min tefa din l-offerta u min rebaħ din it-tender? B'liema kundizzjonijiet intebaħ dan it-tender?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #30284 Sitting 664 2001-12-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Sliema — Car Park

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-proġett tal-car park fi Qui-Si-Sana f'Tas-Sliema?

Response (BORG, TONIO)

L-offerti għall-proġett tal-car park f`Qui-Si-Sana f`Tas-Sliema għalqu fit-8 ta` Marzu 2001. Kien hemm żewġ offerti u l-ebda wieħed mill-proġetti proposti ma ġie aċċettat mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Għalhekk, iż-żewġ offerti ġew irrifjutati. Hemm il-ħsieb li toħroġ sejħa oħra għall-offerti għal dan il-proġett fil-futur qarib.
Leg 9 PQ #30286 Sitting 664 2001-12-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Sliema — Car Park

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-proġett tal-car park fl-area tal-Fortizza f'Tas-Sliema?

Response (BORG, TONIO)

Ġew ippublikati żewġ sejħiet għall-offerti għal proġetti tal-car park fl-area tal-Fortizza f`Tas-Sliema u l-iżvilupp tac-Chalet. Dawn l-offerti għalqu fit-8 ta` Marzu 2001. L-offerta Avviż Nru. 202 kienet għal car park - u l-iżvilupp tac-Chalet, u l-offerta Avviż Nru. 204 kienet għal car park mingħajr l-iżvilupp tac-Chalet. L-offerta Avviż Nru. 202 li tinkludi l-iżvilupp tac-Chalet, kellha prijorita` fuq l-offerta Avviż Nru. 204, għar-raġuni li l-offerta għal car park mingħajr l-iżvilupp tac-Chalet saret biss fil-każ li ħadd ma jitħajjar jiżviluppa c-Chalet. Għal offerta Avviż Nru. 202 kien hemm erbgħa (4) offerti. Il-proġett ta` l-offerent li għamel l-għola offerta ġie aċċettat mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar, ħlief għal xi varjazzjonijiet żgħar. Dawn il-varjazzjonijiet ġew diskussi ma` l-offerent u aċċettati minnu. Bħalissa l-offerta qiegħda tiġi kkunsidrata mill-Kumitat tal-Kuntratti.
Leg 9 PQ #30288 Sitting 664 2001-12-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Chalet — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-proġett ta' Chalet?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 30286 f`din l-istess Seduta.
Leg 9 PQ #30293 Sitting 664 2001-12-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

San Ġiljan — Car Park

Question

Jista' l-Ministru jgħid min ingħata l-kuntratt għall-bini u l-immaniġġjar tal-car park f'Pander Place, San Ġiljan?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-art fejn sar il-car park f`Pander Place, San Ġiljan tappartjeni lill-kumpanija Malta Government Investment Limited u l-offerti biex isir il-car park u jiġi operat sar minn din il-kumpanija.
Leg 9 PQ #30295 Sitting 664 2001-12-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

San Ġiljan — Car Park

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-involviment tad-Dipartiment tax-xogħolijiet Pubbliċi fil-bini tal-car park f'Pander Place, San Ġiljan?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li d-Diviżjoni taxXogħlijiet kienet involuta fit-tħejjija tal-proposti biex ġie assigurat li jkun hemm 'buffer zone' intern, kif ukoll fil-koordinazzjoni ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u mal-kuntrattur li wettaq ix-xogħlijiet.
Leg 9 PQ #30325 Sitting 664 2001-12-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kont tad-Dawl u Ilma — Verifikazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jivverifika l-kont tad-dawl u ilma tal-persuna li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw separatament peress li kont ta' Lm1734.3 jidher esaġerat għal-familja?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir il-verifika neċessarja.

Tal-Qroqq Junction

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien stmat oriġinarjament il-proġett tal-junction tal-Qroqq? Kemm fil-fatt ġie jiswa dan il-proġett? Kemm tħallas s'issa il-kuntrattur u x'inhi r-raġuni għala inbidel il-valur tal-proġett?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-kuntratt għall-bini tal-junction tal-Qroqq kien stmat li jiswa Lm1,963,529 u il-kuntrattur tħallas dan l-ammont. Il-kuntrattur bagħat claim għall-ħlas addizzjonali li jammonta għal Lm2.08M biex ikopri tibdil li mplimenta fuq il-pjani oriġinali. Din il-claim għada qed tiġi valutata.
Leg 9 PQ #30247 Sitting 662 2001-12-06 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta' l-istudji dwar id-djar u l-faċilitajiet komunitarji li saru mill-PA?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra 4 kopji ta` l-istudju dwar id-djar u l-faċilitajiet komunitarji li saru mill-PA. Aktar kopji ta` dawn il-policy papers jistgħu jittieħdu direttament mill-webpage ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar (www.pa-malta.org).
Leg 9 PQ #30233 Sitting 660 2001-12-05 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ilma — Persentaġġ

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi il-mistoqsija parlamentari nru. 30700

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li għas-sena bejn Settembru 2000 u Settembru li għadda, il-livell ta' leakage nazzjonali ġie mnaqqas minn 1345.6 metri kubi fis-siegħa għal 1210 metri kubi fis-siegħa. Għal aktar informazzjoni dwar din il-materja, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-Rapport Annwali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma li dan l-aħħar poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kuntratt — Tabelli fit-Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu l-kuntratttur li hu inkarigat mit-tabelli ġodda li qegħdin jitwaħħlu fit-toroq bħalissa u kemm hu l-valur ta' dan il-kuntratt? Kemm-il kumpanija tefgħu offerti għal dan ix-xogħol u x'kien il-valur ta' l-offerti tagħhom?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-kuntrattur li ngħata l-kuntratt għall-provista u twaħħil tas-signage il-ġdid f'Route 1 u l-bini ta' l-istrutturi u l-pedamenti tagħhom huwa VCC Contractors Ltd. Il-kuntratt ingħata għall-valur ta' Lm336,462. Offerti oħra li ntefgħu għal dan ix-xogħol kienu Cosir spa, FAU srl, KHC Enterprises Ltd., Steel Structures Ltd., Associated Holdings u Philip Chircop & Sons. Minn dawn imsemmija hawn fuq l-offerta ta' Cosir spa biss infetħet peress li l-offerti tad-ditti l-oħra ma kienux jilħqu l-istandards mitluba. L-offerta ta' Cosir spa kienet tammonta għal Lm343,878.
Leg 9 PQ #30096 Sitting 655 2001-12-03 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Kera ta' Propjeta Esproprijata

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskema imħabbra fil-budget li tippermetti lil dawk li joqogħdu fi propjeta li kienet tal-Kurja li jixtru propjeta tagħhom tapplikax wkoll għal dawk il-persuni li jikru mingħand il-gvern propjeta li ġiet esproprijata mingħand il-kurja? Eżempju ta' dan hu l-każ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (BORG, TONIO)

L-Iskema imħabbra fil-budget ma tapplikax għal proprjeta` li nżammet mill-Knisja bħal fil-każ tal-fond imsemmi mill-Onorevoli Interpellant. Dan il-fond jinsab imniżżel f`Annex 1 u ma jirriżultax li ġie esproprijat.
Leg 9 PQ #30069 Sitting 654 2001-12-01 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kors — Panel Beating

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għadux għaddej il-proċess ta' dħul ta' studenti fil-kors tal-panel beating?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-proċess tad-dħul fil-kors tal-Panel Beating beda u spiċċa fi żmien li d-Diviżjoni kienet qegħda tilqa' l-applikazzjonijiet għall-korsijiet post-sekondarji. Fejn ikun għad hemm post id-Dipartiment jibqa' jilqa' l-istudenti fl-ewwel ġranet ta' Ottubru. Wara dan iż-żmien il-proċess tad-dħul jieqaf. Hemm 9 studenti fl-ewwel sena tal-kors tal-Panel Beating.
Leg 9 PQ #30070 Sitting 654 2001-12-01 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ilma — Persentaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-persentaġġ ta' unaccounted for water matul dawn l-aħħar tnax-il xahar? Kemm minn dan l-ilma hu ikkawżat minħabba leakages, under-metering u serq?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.