Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #31387 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Konsulenti

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentaru nru. 31204, jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti msemmija u x'inhu l-ammont li kull wieħed minnhom tħallas matul is-sena 2001? Dawn il-konsulenti jgawdu minn xi benefiċċju ieħor, apparti l-ħlas?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt: Konsulent Tip ta' Konsulenza Ħlas fl-2001 Benefiċċji Paul Meilaq Mechanical Engineering- St. James Cavalier Lm 1837.61 NIL (4.5% tax- xogħol esegwit) Camilleri & Electrical Engineering- Cuschieri St. James Cavalier Lm 5622.10 NIL (3% tax- xogħol esegwit) Richard Structural - England St. James Cavalier Lm 24147.71 NIL (7.5% fuq l-ewwel Lm2,000,000 tax-xogħol esegwit u 7 % fuq il-kumplament tax-xogħol) Theatre Theatre Consultancy - spejjeż tal-vjaġġi Projects St. James Cavalier Lm 8722.61 u akkomodazzjoni inklużi fil-ħlas KPMG Consultancy- Lm 2438.00 NIL Viset Project Prof. Titiana Master Plan - Kirova Conservation of Mdina Lm 12500.00 spejjeż tal-vjaġġi, akkomodazzjoni u trasport KOCKS Master Plan - Consult South Area (Nofsinhar) Lm 84443.00 NIL Data tal-pubblikazzjoni: 29 ta’ Settembru 1998 Data ta' l-egħluq: 27 ta’ Ottubru 1998 estiża għal 10 ta’ Novembru 1998 Data tal-Letter of Acceptance: 6 ta’ Jannar 2000 KOCKS Master Plan- Consult North Area (Tramuntana) Lm 19666.42 NIL Data tal-pubblikazzjoni: 20 ta’ Ġunju 1997 Data ta' l-egħluq: 22 ta’ Lulju 1997 estiża għal 5 ta’ Settembru 1997 Data tal-Letter of Acceptance: 16 ta’ Marzu 1998 DORSCH Project Management Consult Services - Drainage Lm514312.00 NIL Data tal-pubblikazzjoni: 14 ta’ Novembru 1997 Data ta' l-egħluq: 18 ta’ Dicembru 1997 estiża għat-12 ta’ Frar 1998 Data tal-Letter of Acceptance: 26 ta’ Frar 1999 AIS Environm. Environmental Ltd. Assessment-Drainage Lm 27801.00 NIL Data tal-pubblikazzjoni: 29 ta’ Settembru 1995 Addendum ieħor ippubblikat fit-30 ta’ Lulju 1997 Data ta' l-egħluq: 7 ta’ Novembru 1995 estiża għal 5 ta’ Diċembru 1995 estiża sad-29 ta’ Sett. 1997 Data tal-Letter of Acceptance: 14 ta’ Lulju 1998 David Lyth Consultancy - Sponsorjat mill- kiri ta' karozza Waste Management Commonwealth għall-perjodu ta’ sena b’effett mill-24 ta’ Settembru 2001 Joseph Sultana Adviser Lm 3302.00 NIL John Micallef Consultant Lm 10000.00 NIL Saviour Balzan Adviser Lm 5424.00 NIL Anthony Adviser Lm 8438.00 Lm50 fix-xahar Mallia allowance, fully expensed car, mobile phone, bonuses u cost of living increases Ray Bondin Executive Lm 8438.00 Fully expensed Co-Ordinator car, mobile phone (Lm10. fix-xahar e-talk), bonuses u cost of living increases
Leg 9 PQ #31209 Sitting 690 2002-02-04 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Jetting Browsers

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi PQ 31165 u cioe jista' l-Ministru jgħid min hu l-kuntrattur li jagħmel xogħol ta tindif u manutenzjoni tas-sistema tad-drenaġġ permezz tal-jetting browsers? Meta ġie ffirmat dan il-kuntratt u għal kemm il-sena sar? Dan il-kuntratt għadu fis-seħħ sal-lum? X'inhi r-rata għal dan ix-xogħol skond il-kuntratt? Kemm tħallsu flus sena b'sena sal-lum fuq dan il-kuntratt? Jista' jpoġġi kopja ta' dan il-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-kuntrattur li ħa l-kuntratt imsemmi huwa Unisal Ltd. & Polidano Bros. Ltd. L-aċċettazzjoni tal-kuntratt (L/A 630/95) imsemmi hija datata 14 ta' Diċembru 1995. It-tul tal-kuntratt kien ta' ħames snin bil-valur tal-kuntratt ta' Lm2,357,200. kif muri fil-'Letter of Acceptance' li se inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Saret estensjoni ta' dan il-kuntratt bl-istess kundizzjonijiet u r-rati ta' l-1995 (jiġifieri, tal-kuntratt oriġinali) u dan għadu jseħħ sa llum. Ir-rati tal-kuntratt huma dawk murija fl-istess kopja li se inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta oħra. Il-flus li tħallsu sa llum huma: 1996 Lm428,526. 1997 Lm103,509. 1998 Lm177,896. 1999 Lm311,961. 2000 Lm434,176. 2001 Lm346,008. 2002 Lm 96,864.
Leg 9 PQ #31210 Sitting 690 2002-02-04 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Xogħol ta' Restawr

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi PQ 31066 u cioe jista' l-Ministru jagħti breakdown tas- Lm 7 miljuni li ġie rappurtat li qal ntefqu f'xogħol ta' restawr f'dawn l-aħħar tliet snin?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li bejn l-1999 u l-2001 sar xogħol ta' restawr mill-Unit għar-Restawr fi ħdan id-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni, mill-Proġetti għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta, il-Kottonera u l-Imdina u mit-Taqsima tax-Xogħlijiet. Intefqu Lm3,734,504. għar-restawr tal-Kavallier ta' San Ġakbu; Lm1,739,048. għar-restawr ta' fortizzi, fortifikazzjonijiet eċċ u Lm1,478,734. f'xogħol ta' restawr fis-sitt ibliet - b'kollox Lm6,952,286. Dawn kienu mqassma hekk: 1999 2000 2001 Lm Lm Lm Riabilitazzjoni tal-Kavallier ta' San Ġakbu 1,914,551. 1,649,953. 170,000. Restawr ta' fortizzi, fortifikazzjonijiet eċċ 659,159. 549,889. 530,000. Proġetti ta' riabilitazzjoni Valletta,Mdina,Kottonera 300,614. 578,120. 600,000. Iċ-ċifri għal 2001 għadhom mhux definittivi.
Leg 9 PQ #31246 Sitting 690 2002-02-04 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li l-bozoz maqtugħa li hemm f'Wied il-Baqqiegħa jiġu mibdula kif ukoll jivverifika r-raġuni għala l-arbli ta' l-istess bozoz qegħdin jixxukkjaw peress li dawn huma ta' periklu kbir għan-nies ta' dawn l-inħawi?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #31066 Sitting 685 2002-01-28 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Xogħol ta' Restawr

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown tas- Lm 7 miljuni li ġie rappurtat li qal ntefqu f'xogħol ta' restawr f'dawn l-aħħar tliet snin?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ir-risposta tinghata f’xi seduta ohra.
Leg 9 PQ #31165 Sitting 685 2002-01-28 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Jetting Browsers

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu l-kuntrattur li jagħmel xogħol ta tindif u manutenzjoni tas-sistema tad-drenaġġ permezz tal-jetting browsers? Meta ġie ffirmat dan il-kuntratt u għal kemm il-sena sar? Dan il-kuntratt għadu fis-seħħ sal-lum? X'inhi r-rata għal dan ix-xogħol skond il-kuntratt? Kemm tħallsu flus sena b'sena sal-lum fuq dan il-kuntratt? Jista' jpoġġi kopja ta' dam il-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar.
Leg 9 PQ #30939 Sitting 680 2002-01-21 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Dive Centre

Question

Jista' l-Ministru jispjega l-iskop tas-sejħa għall-offerti CT432/2101 għal bini ta' Dive Centre f'Tas-Sliema

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li s-sejħa għall-offerti għal bini ta' Dive Centre f'Tas-Sliema ħarġet sabiex id-Dive Systems li bħalissa jinsabu f'Tigne' jiġu ri-allokati minħabba fil-proġett li qed isir mill-konsorzju MIDI f'Tigne' Point. Fil-fatt l-art f'Tigne' li bħalissa qed tintuża mid-Dive Systems ġiet mgħoddija lill-konsorzju MIDI bħala parti mill-kuntratt.
Leg 9 PQ #30941 Sitting 680 2002-01-21 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST — Kors

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-kors dwar woodwork/ancillary trades fl-MCAST jinbeda?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kors fis-sengħa ta' l-Injam huwa parti mill-programm li qed iwettaq l-Istitut ta' l-Inġinerija tal-Bini u l-kostruzzjoni ta' l-MCAST. Dan huwa l-kors li jwassal sal-livell ta' Journeyman. Kumplimentari mal-kors qiegħed isir l-eżami tas-City and Guilds Awards u Construction li fih module tat-Timber Vocations. L-MCAST qed jaħseb li fil-futur nagħmlu d-Diplama Course.
Leg 9 PQ #30942 Sitting 680 2002-01-21 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jispjega kif intgħażel iċ-chief executive tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li ingħata ic-chief executive ġdid?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li ċ-Chief Executive tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma intgħażlet wara sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet għal dan il-post u proċess ta' għażla normali minnn fost dawk li applikaw. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt mitlub.
Leg 9 PQ #30944 Sitting 680 2002-01-21 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefgħu applikazzjonijiet għal-postijiet ta' supervisor (distretti) u ta' supervisor (maintenance of sewers) fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li għall-postijiet ta' Supervisors fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet intefgħu mitejn u disgħa u għoxrin (229) applikazzjoni. Dawn kienu mqassma hekk: Supervisor (Distretti) 104 Supervisor (Maintenance of Sewers) 125
Leg 9 PQ #30560 Sitting 675 2002-01-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tal-Finanzi

Depositu tad-Deheb

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jiġi stmat l-prezz tad-deheb li jiġi depositat fil-Monte di Pieta? X'inhu l-valur li jingħata lil min jiddeposita d-deheb? X'kien il-valur tnax-il xahar ilu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-flus mislufa fuq depożitu ta' deheb fil-Monte huma bbażati fuq il-prezz intrinsiku maħruġ mill-Konslu. Tnax-il xahar ilu l-ammont hekk misluf kien tlieta u tletin fil-mija tal-prezz intrinsiku minħabba żieda sostenuta fl-ammont ta' deheb depożitat inħass il-bżonn li r-rata tiġi ridotta għal ħamsa u għoxrin fil-mija.
Leg 9 PQ #30570 Sitting 675 2002-01-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Topic Paper

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tat-topic paper li ħejjiet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar 1 leisure and entertainment 2 coastal areas?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra 4 kopji tal-Coastal Strategy topic paper. Aktar kopji jistgħu jittieħdu direttament mill-webpage ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar (www.pa-malta.org). Dwar it-topic paper li tirrigwardja l-Leisure and Entertainment, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 30336.
Leg 9 PQ #30572 Sitting 675 2002-01-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Cottonera Rehabilitation Committtee

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi PQ 30443?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-flus minfuqa fil-Kottonera, sena b'sena, mill-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera u fuq liema proġetti, huma kif ġej: SENA NEFQA PROĠETTI 1994 Lm232,305. Ix-Xatt tal-Birgu, ix-Xatt ta' l-Isla 1995 Lm 95,263. Ix-Xatt ta' l-Isla; estensjoni u xogħlijiet biex jiġi msebbaħ il-Promenade ta' l-Isla; tiswija fil-Moll tal-Kalkara; xogħol ta' manutenzjoni fil-Fortini, Birgu. 1996 Lm100,725. Xogħol fi Pjazza Santa Margherita; xogħlijiet fiċ-Ċimiterju tal-Kalkara; xogħlijiet fix-Xatt u l-Promenade ta' l-Isla; xogħol fl-iskoll tal-Birgu; xogħlijiet fil-Forti Sant'Anġlu, Birgu; xogħlijiet fil-Fortini, Birgu. 1997 Lm114,641. Twaqqiegħ u bini mill-ġdid tal-'Bell Tower' tal-Knisja ta' San Ġiljan, Isla; xogħol ta' pavimentar fi Triq Juan B Azzopardi, Isla; xogħol fi Triq Santa Skolastika, Birgu; resurfacing u xogħlijiet ta' titjib ambjentali f'Collachio Area, Birgu; tibdil tas-saqaf fl-Auberge de France; pavimentar bil-konkrit fix-Xatt tal-Birgu; kostruzzjoni tal-parking areas f'Tal-Ħawli Housing Estate, Birgu; xogħlijiet ta' manutenzjoni lis-swar ta' Santa Margherita; xogħlijiet fi Pjazza Santa Margherita; xogħlijiet fl-iskoll tal-Kalkara. 1998 Lm104,110. Xogħol ta' riabilitazzjoni ta' Couvre Porte, Birgu; restawr fl-Auberge de France, Birgu; xogħlijiet ta' restawr fis-sur ta' Sant'Elena, Bormla; xogħlijiet f'St. Nicholas Married Quarters, Bormla; xogħlijiet ta' restawr fil-Mina ta' Għajn Dwieli; xogħol ta' rikostruzzjoni tal-Bell Tower tal-Knisja ta' San Ġiljan, Isla; xogħlijiet ta' restawr f'Bighi Complex u Fort Rinella, Kalkara; riabilitazzjoni fl-uffiċini tal-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera. 1999 Lm 77,472. Pavimentar ta' Pjazza Santa Margherita, Bormla; xogħlijiet fis-sur ta' Santa Margherita, Bormla; pavimentar quddiem id-dar ta' l-Anzjani, Bormla; information sign fil-Birgu; Birgu Fest (Attivita' Kulturali) fil-Birgu; xogħol fuq il-Gardjola, Isla; railing fil-bajja tar-Rinella, Kalkara; bini ta' ċint f'Għajn Dwieli. 2000 Lm165,668. Pavimentar quddiem id-Dar ta' l-Anzjani, Bormla; xogħlijiet fi Pjazza Santa Margherita, Bormla; xogħlijiet fi Triq il-Pellegrinaġġ, Triq Daħlet it-Tliet Ibliet u Pjazza Paolino Vassallo, Bormla; restawr ta' gallerija ta' l-Azzjoni Kattolika, Bormla; xogħlijiet fis-sur ta' Santa Margherita, Bormla; xogħol ta' restawr f'St. Helen's Gate, Bormla; bini ta' ċint f'Għajn Dwieli; restawr u titjib tal-pont u xogħlijiet oħra fi Triq Boffa, Birgu; tindif fil-foss, Birgu; restawr u titjib fix-xelters tal-Gwerra fi Ġnien il-Kunsill, Birgu; xogħol ta' titjib f'Couvre Porte, Birgu; pavimentar tal-qawwi fi Triq il-Kunsill Popolari, Birgu; xogħlijiet ta' restawr f'St. John's Tower, Birgu; xogħol fi Triq San Mikiel, Isla; railing fil-Bajja tar-Rinella, Kalkara; bini ta' ċint fi Triq Santu Rokku, Kalkara; għajnuna għall-attivitajiet kulturali fil-Kottonera; manutenzjoni ta' l-uffiċini ġodda tal-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera.
Leg 9 PQ #30574 Sitting 675 2002-01-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Park Nazzjonali — Kumitat

Question

B'referenza għar-risposta għall-PQ 30446 jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni li jiffurmaw il-kumitat prinċipali u s-sottokumitati fl-istruttura ġdida għal Park Nazzjonali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-persuni li jiffurmaw il-kumitat prinċipali huma dawn: George Buhagiar Chairman, Works Division Shirley Buttigieg Works Division Charles Zammit Ministry for the Environment M'Louise Caruana Works Division Joseph Sciriha Government Property Division Alan Vella Planning Authority Euchar Camilleri Ministry for Education Anthony Meli Ministry for Agriculture Albert Briffa Ministry for Economic Services Ronnie Galea Private Enterprise Norbert Testa Secretary, Works Division Il-persuni li jiffurmaw is-sottokumitati jkunu wħud minn dawn l-istess nies u oħrajn minn entitajiet oħra fuq bażi flessibbli, skond il-ħtieġa tal-ħidma. Min imexxi s-sottokumitati jkunu dejjem membri tal-kumitat prinċipali u dawn ser jiġu stabbiliti fl-ewwel laqgħat ta' din is-sena.
Leg 9 PQ #30576 Sitting 675 2002-01-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Inkjesta

Question

B'referenza għall-inkjesta li kienet saret fuq każ ġara fis-sala MS fl-isptar San Luqa fl-14 ta' April 2001, 1 x'kienu r-rakomandazzjonijiet li saru fir-rapport ta' l-inkjesta? 2 lil min ingħata dan ir-rapport? 3 x'passi ttieħdu in vista tal-konklużjoni ta' l-inkjesta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun iktar specifiku, u jghidilna liema hi s-sala li dwarha saret din il-Mistoqsija parlamentari.
Leg 9 PQ #30440 Sitting 671 2001-12-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Pender Place — Tender

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi il-mistoqsija parlamentari nru. 30343?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li f'Ġunju ta' din is-sena, il-MIMCOL kienet ħarġet sejħa għall-offerti għall-bini u tmexxija (management) ta' parkeġġ tal-karozzi f'Pender Place. Kien hemm seba' kumpaniji li tefgħu l-offerta. Dawn kienu Elbros Construction Limited, Żrar Limited, Parkwell Limited, Michael Balzan Limited, GRS Limited, Polidano Group u CT Park Limited. Intgħażlet l-offerta ta' Żrar Limited. L-għażla kienet ibbażata fuq numru ta' criteria kummerċjali, fosthom iż-żmien ta' tlestija, il-kera propost u l-kapaċita' fit-tmexxija ta' post għall-ipparkjar tal-karozzi. Kopja tas-sejħa għall-offerti qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #30443 Sitting 671 2001-12-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Cottonera Rehabilitation Comittee

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-valur tax-xogħol li twettaq mill-Cottonera Rehabilitation Comittee sena b'sena, min meta twaqqaf sal-lum?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba qieghda tinġabar.
Leg 9 PQ #30444 Sitting 671 2001-12-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Unit għall-Ambjent Nadif

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn u x'inhu t-tul tat-toroq li tnaddfu mill-Unit għall-Ambjent nadif matul dawn l-aħħar tnax il-xahar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xoghol ta' tindif li sar mill-Unit Ghal Ambjent Nadif - dak maghruf bħala Litter Picking - issir fit-toroq Arterji/Distributorji kollha f'Malta jammonta ghal 150 Km. Dawn isiru fuq frekwenza ta' darba fil-ġimgha. Ix-xoghol ta Mechanical Sweeping f'dawn it-toroq isir bil-kuntratti. Barra dawn ix-xoghlijiet sar tindif iehor f'dawn il-lokalitajiet: Area Lokalita Metri Tunnellaġ ----------------------------------------------------------------------------------------------------- High Ridge Swieqi 46 R. Caruana Dingli San Ġwann 39 Opposite Price Club Swatar 500 86 Zonqor Point M'scala 32 San Lucian Tower M'Xlokk 14 Triq G. Mitrovich Gżira 203 Triq Ħarruba Iklin 195 Tigulio Approach Area San Ġiljan 600 Fort Ricasoli Kalkara 10 Ħaġar Qim Parking Area Qrendi 8 Triq il-Baċir Kordin 100 128 Part of Ħal-Far Area Ħal-Far 20 Xatt ir-Risq Birgu 1380 Pinto Wharf Valletta 2500 St. Vincent de Paule Approach Luqa 1020 Ħal-Farruġ Housing Estate Luqa 354 Ghar Ħasan B'Bugia 908 Luxol Ground Parking Area St. Andrew's 200 Benghajsa Road B'Bugia 741 Triq l-Imdawra Burmarrad 2982 Triq l-Iljun Marsa 2560 Girdle Road Żabbar 50 46 Old Valletta Road Żurrieq 14 Kirkop Road Mqabba 30 Tat-Torba Mqabba 20 Various Sites Mosta 209 Miżieb Road Mellieħa 1300 Ta' Panellu to Manikata Mellieħa 4010 Triq Sant'Antnin M'Scala 200 Old Airport Parking Luqa 2 Civil Protection Appr. Area Ħal-Far 433 Triq id-Deheb Fin Qormi 45 Addolorata Cemetery Area Paola 2 Manoel Island Gżira 30 Fgura Housing Estates Fgura 21 ------------------------------------------------------------------------------------------------ Total: 18464 2574
Leg 9 PQ #30445 Sitting 671 2001-12-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Xogħijiet ta' Rijabilitazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu x-xogħlijiet tar-rijabilitazzjoni li qiegħed isir fl-Auberge d'Italie, Valletta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li r-'refurbishment works' ta' ġewwa huma kompluti. Dan jinkludi wkoll restawr tal-Monument ('Trriumphal Arch') li jinsab f'nofs il-bitħa ta' l-Auberge. Fl-istess bitħa saru xogħlijiet estensivi, eskluż ir-restawr tal-faċċati li jagħtu fl-istess bitħa. Qed jiġi ppjanat sabiex dawn il-faċċati jiġu restawrati. Ir-restawr ta' żewġ faċċati ta' barra, li jagħtu fuq Zachary Street u Melita Street huma lesti wkoll u qed jiġi ppjanat ukoll sabiex jiġu restawrati l-faċċati li jagħtu fuq Merchants Street u South Street.
Leg 9 PQ #30446 Sitting 671 2001-12-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Maniġjar tal-Park Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-istruttura ġdida li kellha tiġi maħtura għall-immaniġjar tal-park nazzjonali f'Ta' Qali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-istruttura l-ġdida għall-Park(s) Nazzjonali tikkonsisti minn Kumitat Prinċipali u numru ta' Sottokumitati li jieħdu ħsieb aspetti ta' l-iżvilupp, aċċessibilita' u manutenzjoni, kif ukoll dak ta' l-immaniġġar u t-tmexxija għall-attivitajiet li jiġu organizzati ġewwa l-Park Nazzjonali f' Ta' Qali.