Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnha l-istatwa antika ta' l-iljun li hemm fit-taraġ tal-berġa ta' l-Ingilterra fil-Birgu li qiegħda tintuża bħala librerija reġjonali?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli.
Public Private Partnership — Landscaping/Embillishment
Question
Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-kumpaniji li urew interess fil-ftehim Public Private Partnership għal xogħol ta' landscaping u embillishment?
F'liema stadju waslet l-aggredikazzjoni tal-proposti?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li kien hemm disa’ proposti minn kumpaniji u individwi li wrew interess fil-qafas ta’ “Public Private Partnership” fil-qasam ta’ “landscaping”.
Dawn il-proposti ġew evalwati u mistenni jibda l-istadju tan-negozjati f’qasir żmien.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari nru. 32860 u ċioe jista' l-Ministru jgħid meta u kemm ġie jiswa flus l-impjant għat-tratament tad-drenaġġ li nbena mill-MDC bħala parti miz-zona industrijali ta' Ħal Far?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-impjant għat-trattament tad-drenaġġ kien inbena fl-1980 mill-Korporazzjoni Maltija ta' l-Iżvilupp bħala parti miz-zona industrijali ta' Ħal Far. Il-proġett kien ġie jiswa Lm177,487.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija nru. 32923, jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-kumitat ġenerali tal-kuntratti talab li jinbidlu l-ispeċifikazzjonijiet? X'inhu t-tibdil li ġie rikjest?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-kumitat ġenerali tal-kuntratti deherlu illi t-tieni paragrafu tal-klawsola numru 7.1 ta' l-ispeċifikazzjonijiet, li jiddefinixxu t-tul medju ta' servizz, kellu jkun aktar simplifikat.
KIF KIEN FIT-TENDER:
A standard service is a service connection to a single dwelling property (i.e. having only one water meter) in a street having an average width of 10 metres and a length of 2 metres pipework inside the property. This works out to be an average service length of 7 metres having 2 metres internal pipework, 1 metre sidewalk and 4 metres in carriageway and a maximum service length of 12 metres having 2 metres internal plumbing, 10 metres sidewalk and carriageway. Where the length of the service exceeds the maximum length of 12 metres, the extra length shall be measured in addition to the average length of 7 metres.
KIF ĠIE RIKJEST IT-TIBDIL:
A standard service is a service conection to a single dwelling property (i.e. having only one water meter) with a maximum total length of water service pipework of 12 metres between the water meter and water tapping in the carriageway.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti u l-istqarrija dwar id-diskussjoni għall-proġett għall-iżvilupp ta' controlled landfill f'B'Buġia u fin-Naxxar?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Għalkemm il-mistoqsija ta' l-Onorevoli Interpellant mhix ċara għal liema pjanti u għal liema stqarrija dwar id-diskussjoni għall-proġett għall-iżvilupp ta' controlled landfill qed tirreferi, qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Description Statement fuq is-suġġett.
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija nru. 32932 jista' l-Ministru jgħid
1 kif impjegat fil-ministeru bħala
full-time consultant
qiegħed jagħmel xogħol ta' tmexxija u amministrazzjoni ġenerali tal-koperativa ta' l-indafa pubblika meta din hi koperattiva privata?
2 kif full-time adviser qiegħed jagħmel xogħol ta' on scene co-ordinator fl-oil pollution control unit meta dan il-unit jifforma parti mid-dipartiment tal-ħarsien ta' l-ambjent?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat li fl-1995 sar ftehim bejn il-Gvern u l-Koperattiva Indafa Pubblika, fejn il-Gvern issussidja lill-Koperattiva Indafa Pubblika għal servizzi klerikali u management. Dan il-ftehim baqa' għaddej anke bejn l-1996 u l-1998. Fl-20 ta' Jannar ta' 2000, minflok ma ngħata s-sussidju lill-Koperattiva Indafa Pubblika, kif kien isir qabel, il-Gvern impjega persuna mal-Koperattiva Indafa Pubblika, bl-istess spejjeż, bħala full-time consultant.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara rakkomandazzjoni tal-Management Efficiency Unit, l-Oil Pollution Response Module m'għadux jifforma parti mid-Dipartiment tal-Ħarsien ta' l-Ambjent iżda sar jifforma parti mill-Marine Section fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża li saret għar-restawr ta' l-Imnajdra?
Jista' jindika x-xogħlijiet li tkopri din l-ispiża?
L-għotjiet l ingħataw mal-world monument fund u Din l-Art Ħelwa huma parti minn din l-ispiża u jekk fl-affermattiv kemm kienu dawn l-għotjiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li s-somma globali li ntefqet għall-Proġett tar-Restawr ta' l-Imnajdra 2001 kienet Lm19369.39. Minn din is-somma, Lm8604.97 ġew imħallsa mid-Dipartiment u Lm10764.42 tħallsu mill-grant mogħtija mill-World Monuments Fund.
L-ispejjeż imħallsa mid-Dipartiment kienu:
Rapport tal-Konservazzjoni tal-Ġebel Lm 950.00
Ġbir ta' data arkeoloġika, xogħol arkeoloġiku
fuq sit, Rapport fuq dan ix-xogħol Lm 1738.00
Xogħol ta' rikostruzzjoni, inkluż il-kiri ta'
crane u apparat ieħor Lm 5916.97
L-ispejjeż imħallsa mill-World Monuments Fund:
Servizz ta' perit Lm 2117.14
Ġbir ta' data bir-rectified photography Lm 989.00
Xogħol ta' rikostruzzjoni Lm 7658.28
Total Lm19369.39
L-għotja tal-World Monuments Fund hija ta' USD 50,000. Minn din is-somma, s'issa ġiet użata s-somma ta' USD 23328.65, imsarrfa fis-somma ta' Lm10764.42, bir-rata ta' 2.1672, skond id-data ta' meta sar it-trasferiment ta' l-ewwel parti tal-grant (USD 20,000). Il-bqija tal-grant ġiet allokata biex tkopri parti mill-ispiża fuq proġett ta' photogrammetric survey tas-sit ta' l-Imnajdra.
Id-Dipartiment ser jirċievi għotja minn Din l-Art Ħelwa, liema għotja qed tiġi diskussa.
Jista' l-Ministru jgħid b'liema mod id-ditta Cowl ġiet mogħtija kuntratt ta' aktar minn miljun lira Maltin b'direct order fir-rigward ta' l-ippjanar u bini ta' żewġ impjanti għat-trattament tad-drenaġġ meta lanqas biss ħarġet għal dan ix-xogħol?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li d-ditta COWI ma ġiet mogħtija l-ebda kuntratt ġdid ta' miljun lira. Il-fatti huma li l-istess kumpanija ngħatat estensjoni fuq kuntratt eżistenti li kien ġie ffirmat fl-1993 u dan għall-valur ta' Lm607,696.
Ta' min wieħed jiġbed l-attenzjoni li l-kuntratt ta' l-1993 li kellha d-ditta COWI kien jikkomprendi xogħol fuq l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ ta' Għawdex u dak tat-Tramuntana ta' Malta. Dan l-istess kuntratt, iżda, ma kienx ikopri s-servizzi konsultattivi neċessarji kollha bħalma huma s-superviżjoni waqt l-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet. Barra minn hekk kien hemm il-ħtieġa wkoll illi d-disinji li saru abbażi tal-kuntratt ta' l-1993 issa jiġu riveduti u updated għall-esiġenzi ta' llum.
Għaldaqstant ma kienx ikun għaqli li x-xogħol li kien sar qabel, u li għalih kien diġa' tħallas il-konsulent, jintilef u jerġa' jsir mill-ġdid minn xi konsulent ieħor. Għaldaqstant id-ditta COWI intalbet li tagħti quotation diretta biex ikun jista' jispiċċa l-proċess kollu sakemm finalment iż-żewġ impjanti, kemm dak ta' Għawdex kif ukoll dak tat-Tramuntana ta' Malta jiġu kkummissjonati.
Ta' min wieħed jiġbed l-attenzjoni wkoll li, permezz ta' żewġ tenders separati, li ngħataw fl-1998 u fl-2000 għal Transmission Main fit-Tramuntana ta' Malta u l-Impjant tat-Trattament għan-Nofsinhar ta' Malta rispettivament id-ditta ta' konsulenti Kocks-CGE kienu għadhom qegħdin jagħmlu xogħol relatat ma' dawn iż-żewġ tenders. Din id-ditta ntalbet ukoll tissottometti separatament mid-ditta COWI quotation għal dak ix-xogħol li għalih intalbet tagħti quotation id-ditta COWI. Dan sar biex wieħed ikollu bażi ta' paragun minn żewġ ditti li kienu diġa' nvoluti fuq xogħlijiet simili lokalment.
L-aktar offerta vantaġġjuża kienet dik tal-COWI u, wara approvazzjoni mill-Ministeru tal-Finanzi, ingħatat estensjoni lil COWI fuq il-kuntratt ta' l-1993.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-applikazzjoni li n-numru tagħha qed jintbagħat separatament u l-pjanti relattivi tal-PA għall-bini ta' impjant għat-trattament tad-drenaġġ f'Għawdex
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-applikazzjoni msemmija mill-Onorevoli Interpellant tinkludi ammont kbir ta' dokumenti u qed titħejja kopja ta' dawn id-dokumenti. Hekk kif dawn ikunu lesti, nkun nista' nqiegħdhom fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnha x-xabla li kien hemm f'idejn l-istatwa tar-rebħa f'Misraħ ir-Rebħa, l-Birgu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li skond is-Sur John Boxol, Sindku tal-Birgu, x-xabla li kienet f'idejn l-istatwa tar-rebħa f'Misraħ il-Birgu qed tinżamm il-Kunsill tal-Birgu. Din ix-xabla tneħħiet minn postha minħabba x-xogħol ta' restawr li qed isir lill-istatwa.
Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti x-xogħol ta' reburbishment li qiegħed isir fir-Roman Villa, Mdina? X'tenders ħarġu għal dawn ix-xogħolijiet u minn min intrebħu dawn it-tender? Kemm hu stmat li se jiġi jiswa dan ix-xogħol? L-ispejjeż se jinqasmu bejn id-Dipartiment tal-Mużewijiet u l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu u jekk fl-affermattiv, f'liema perċentaġġ?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li x-xogħol ta' refurbishment fid-Dar Rumana jikkonsisti f'interventi ta' manutenzjoni ġenerali fuq il-bini tal-Mużew, f'installazzjoni ta' sistema ġdida ta' l-elettriku, aċċessi ġodda u servizzi iġeniċi għal persuni b'diżabilita`. Qed isir xogħol ta' żebgħa u tibjid u bdil ta' aperturi ta' l-injam. Inxtraw vetrini ġodda għad-display tal-wirt storiku Ruman.
L-Offerti li ħarġu huma:
Offerta għat-tneħijja ta' oġġetti arkejoloġiċi - E. Vella & Sons
Offert għal provvediment ta' elettriku ta' low voltage - Alberta Ltd
Offerta ta' refurbishment ta' installazzjoni ta' elettriku u plumbing - Carmel Mallia Ltd
Offerta għal xogħol ta' refurbishment fuq l-istruttura inklużi xoħgol ta' tibjid u xogħol ta' ġebel - AJ & F Attard Ltd
Xogħol ta' injam ingħata lid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi fi ħdan id-Diviżjoni tax-Xogħlijiet
Offerta għal stallazzjoni ta' sistema ta' CCTV's - għadha qed tiġi kkonsidrata
Il-Vetrini ġodda li ser ikunu installati inxtraw bis-saħħa ta' offerta għall-vetrini ġodda tal-Mużew Nazzjonali ta' l-Arkeoloġija, Valletta.
Il-valur ta' l-offerti ta' dawn ix-xogħlijiet jilħqu Lm21,000. Il-vetrini jilħqu s-somma ta' Lm45,000.
L-Awtorita` Maltija tat-Turiżmu ser tagħti donazzjoni ta' Lm8,000.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-proġett tal-Baċir nru. 1?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li bħalissa t-Tarzna għaddejja b'diskussjonijiet ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar il-pjan li għandha għall-baċir numru 1. Huwa ttamat li ma jdumux ma joħorġu l-permessi għall-ewwel fażi ta' l-iżvilupp ta' dan il-proġett.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnha l-istatwa antika ta' l-iljun li kien hemm fit-taraġ
tal-berġa ta' l-Ingilterra fil-Birgu?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li l-Librerija Reġjonali kienet ġiet devoluta lill-Kunsill Lokali tal-Birgu nitlob lill-Onor. Membru jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Kunsill Lokali tal-Birgu.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol li kien wiegħed li kellu jsir għall-iskavar
tal-pedamenti tat-torri ta' l-arloġġ f'Misraħ ir-Rebħa, il-Birgu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li kien il-ħsieb tal-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera li dan ix-xogħol jibda kmieni din is-sena, iżda dan kellu jiġi pospost minħabba l-fatt li l-istess arkejoloġisti kienu għadhom ma lestewx ix-xogħol li kienu qed jagħmlu fl-Imdina. Il-ħsieb issa hu li l-iskavar jibda wara li l-istaġun tal-festi fil-Birgu jispiċċa, għal Ottubru.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għal xogħol tad-drenaġġ li sar fi Triq Vittorio Cassar, M'Scala se jkollu jerġa' jsir?
Kemm ġie jiswa flus ix-xogħol li sar diġa'?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li meta sar ix-xogħol tad-drenaġġ f'din it-triq, parti minn Triq Vittorio Cassar kienet għadha mhix miftuħa. Id-Dipartiment tad-Drenaġġ mhux soltu jiftħu toroq u lanqas kien hemm il-fondi neċessarji biex tinfetaħ din it-triq proposta minn għalqa kif kienet. L-unika parti minn fejn seta' jgħaddi l-kuntrattur kienet parti li taħtha nstabu soqfa ta' garaxxijiet sotteranji u b'hekk il-ħaddiema ma setgħux jinżlu fil-livelli meħtieġa. Għalhekk sar il-main temporanju ta' 30 metru sakemm tinfetaħ it-triq. Jidher li issa infetħet it-triq u għalhekk jista' jsir main aktar fil-fond. Pero' d-Dipartiment tad-Drenaġġ qed jistenna livelli korretti mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar rigward livelli tat-toroq sabiex ikun jista' jiffinalizza dan ix-xogħol darba għal dejjem. L-ammont ġie jiswa madwar Lm600.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja ta' l-applikazzjoni u l-pjanti relattivi li ġew sottomessi lill-awtorita' ta' l-ippjanar għall-bdil ta' l-użu tal-health centre f'Ħal Qormi għal dar ta' l-anzjani?
Response (BORG, TONIO)
Ġaladarba l-liġi telenka d-dokumenti li huma aċċessibli għall-pubbliku, ma jidhirlix li għandi naċċedi għat-talba ta` l-Onor. Interpellant.