Legislature:
Category:
Reset
Active:

COWI — Kuntratt tal-Konsulenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-valur tal-kuntratt tal-konsulenza oriġinali li l-gvern iffirma mad-ditta COWI fl-1993?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-valur tal-kuntratt tal-konsulenza oriġinali li l-Gvern iffirma mad-ditta COWI fl-1993 kien ta' Lm590,000.

Areas Residenzjali — Trakkijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk trakkijiet kbar jistgħu jiġu ipparkjati f'areas residenzjali anke matul il-lejl?

Response (GALEA, ĊENSU)

Peress li l-informazzjoni mitluba hija relatata ma' l-infurzar tal-liġi nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #33390 Sitting 740 2002-05-21 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Grand Harbour Local Plan

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-grand harbour local plan, ġiex appruvat mill-gvern? Jekk fl-affermattiv, tista kopja tiegħu titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, TONIO)

Il-Pjan Lokali għall-Port il-Kbir (Grand Harbour Local Plan) ġie approvat mill-Ministru għall-Intern u l-Ambjent fis-26 t`April 2002. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra 4 kopji tal-Pjan Lokali, li hu maqsum f`żewġ partijiet, (General Policies document u Area Policies document). Aktar kopji jistgħu jittieħdu direttament mill-webpage ta` l-Awtorita` ta` Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (www.mepa.org.mt).
Leg 9 PQ #33391 Sitting 740 2002-05-21 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Settur Pubbliku — Sospenzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għadhiex ir-regola li impjegati mas-settur pubbliku jiġu sospiżi meta dawn ikollhom każ ta' abbuż mir-responsabbilta tagħhom fuq ix-xogħol quddiem il-qorti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li skond ir-regolamenti tad-dixxiplina meta uffiċjal pubbliku jkun għaddej proċeduri kriminali quddiem il-Qorti, jekk il-Kap tad-Dipartiment iqis li dawn il-proċeduri huma ta’ xorta li x’aktarx tagħti lok għal azzjoni dixxiplinarja, għandu jirraporta l-fatti lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Il-Kap tad-Dipartiment għandu wkoll id-diskrezzjoni jekk jirrakkomandax li l-uffiċjal jingħatax interdett jew le. Imbagħad hija l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku li tagħmel ir-rakkomandazzjoni fuq il-każ.
Leg 9 PQ #33394 Sitting 740 2002-05-21 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Development — National Report

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-draft: National Report for Sustainable Development?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra 4 kopji tad-draft tan-National Report for Substance Development. Aktar kopji jistgħu jittieħdu direttament mill-webpage tal-Ministeru ta` l-Intern u l-Ambjent (www.mha.gov.net).

Inġenji

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru. 33228, jista' l-Ministru jagħti breakdown tat-tip ta' inġenji msemmija?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt: Tip ta' Inġenji Inġenji Distretti fit-Taqsima 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 ____________________________________________________________ Karozzi 34 / / 1 / / / / / / / Jeeps 18 1 2 / / 2 1 2 / 1 / Vannijiet 72 / 1 1 2 1 4 / / 1 1 Trakkijiet 40 / / / / / 2 / / / 2 Bowser ta' l-ilma 1 / / / / / / / / / / Bowser tal-fuel 1 / / / / / / / / / / Trakk High-up 1 / / / / / / / / / / Bowser tad-drenaġġ 2 / / / / / / / / / / Bowser tal-ħasil 1 / / / / / / / / / / Tractor Units 1 / / / / / / / / / / Krejn Telescopic 1 / / / / / / / / / / Skid Steer Loaders 4 / / / / / 1 / / 1 / Dumpers 2 / 1 / / 1 / / / / / Forklifts 5 / / / / / / / / / / Graders 3 / / / / / / / / / / Road Rollers 16 / 2 1 2 3 2 1 1 1 2 Gaffa tar-roti 27 1 1 1 1 / 2 1 1 1 2 Bulldozers 5 / / / / / / / / / / Kumpressuri 27 1 1 1 2 2 2 2 1 1 1 Gaffa tal-katina 4 / / / / / / / / / / Hydraulic Excavator 2 / / / / / / / / / / Vibro Tampers 14 / / / 1 1 2 1 1 1 / H/G Vibrator Roller 4 1 / / / / / / / / / Tower Ladders 2 / / / / / / / / / /
Leg 9 PQ #33379 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Health Centre — Ħal Qormi

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-health centre ta' Ħal Qormi hux fir-responsabilita tal-ministeru tas-saħħa? Jekk fl-affermattiv, kif jistgħu żewġ persuni japplikaw lill-awtorita' ta' l-ippjanar sabiex jikkonvertu dan iċ-ċentru f'dar għall-anzjani mingħajr ma jinfurmaw lill-ministeru tas-saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal Qormi tifforma parti mid-Dipartiment tal-Kura Primarja li taqa' taħt il-Ministeru tas-Saħħa. Bħalma diġa' għidna fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33060, aħna qatt ma applikajna jew ġejna nfurmati biex ic-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal Qormi jiġi kkonvertit jew jinbidel f'dar ta' l-anzjani kif allegat fil-Mistoqsija 33060.
Leg 9 PQ #33380 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Public Private Partnership — Landscaping

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija nru. 33233, jista' l-Ministru jgħid ta' min huma d-disa' proposti li saru għas-sejħa ta' public private partnership fil-qasam tal-landscaping?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi d-disa’ proposti li saru għal “Private Public Partnership” fil-qasam tal-“Landscaping” kienu minn għand:- · Derek Garden Landscapers and PAYSAGE plus France; · F. Zammit Nurseries and Consultant (Mr Joseph Buhagiar); · Mr Joseph Buhagiar – University of Malta; · MED-Urban Landscape Consortium - Mizzi Group of Companies - Riva Giardini - Piscopo Gardens Limited - Ballut Blocks Limited - Dr Edwin Mintoff Associates; · Environment Landscape Consortium - Polidano Group Limited - Dr Adrian’s Garden Centre - Peter Calamatta, The Garden Shop Nursery - Green Supplier Limited; · Dr Charles Francis Grech and Mr Emanuel Baldacchino; · Dr Charles Francis Grech; · Malta Agriculture Lobby Services (Mr Louie R. Naudi); · Remsis Limited (Mr Frank Galea).
Leg 9 PQ #33381 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Berġa ta' l-Ingilterra — Statwa Antika ta' l-Iljun

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnha l-istatwa antika ta' l-iljun li hemm fit-taraġ tal-Berġa ta' l-Ingilterra fil-Birgu?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 33039 ta' l-istess Onor. Membru.

Sejħa Pubblika — Promozzjonijiet

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija nru. 33230, jista' l-Ministru jgħid kemm mill-293 pormozzjonijiet li ingħataw, ingħataw wara sejħa pubblika (mhux bis-seniority)? Għall-liema gradi ingħataw dawn il-promozzjonijiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' promozzjonijiet li ngħataw wara sejħa pubblika/interna kien ta' 138.
Leg 9 PQ #33385 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Planning Authority — Permessi - MCP Car Park

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-MCP car park kif inhu mibni hux qiegħed skond il-pjanti u l-kundizzjonijiet tal-permess ta' l-iżvilupp? Jekk fin-negattiv x'inhuma l-irregolaritajiet li hemm f'din il-binja?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 33271.

Parking — Dar ta' l-Anzjani - Msida

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-parkeġġ li sar quddiem id-dar ta' l-anzjani ta' l-Imsida sarx għall-użu esklussiv tar-residenti, impjegati u l-viżitaturi ta' din l-istituzzjoni?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-ispazju mmarkat reserved quddiem id-dar ta' l-anzjani tal-gvern huwa għal użu esklusiv ta' din id-dar.
Leg 9 PQ #33234 Sitting 734 2002-05-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta International Trade Centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-consortia/kumpaniji li wrew interess fl-iżvilupp tal-Malta International Trade Centre? F'liema stadju wasal il-proċess ta' l-aġudikazzjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

F'dan l-istadju ma jkunx għaqli li wieħed jiżvela l-ismijiet tal-kumpaniji li wrew interess fl-iżvilupp tal-Malta International Trade Centre. Id-dettalji mitluba jkunu jistgħu jingħataw wara l-ftuħ tal-proposti li għandhom jiġu sottomessi sa l-aħħar ta' Lulju ta' din is-sena.

Xogħlijiet Pubbliċi — Data Track

Question

Jista' l-Ministru jispjega kif qegħdin jintgħażlu l-vetturi li fuqhom titwaħħal is-sistema tad-data track fi ħdan id-diviżjoni tax-xogħlijiet pubbliċi? Għaliex din is-sistema m'hijiex qegħda tiġi installata fuq il-vetturi kollha?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-għażla tal-vetturi ġiet imqassma biex tolqot kemm jista' jkun id-dipartimenti kollha fi ħdan id-Diviżjoni, iżda l-aktar dawk il-vetturi li jkopru l-akbar distanzi jew inkella li jikkonsmaw kwantita' ta' fuel. B'dan il-mod 36% tal-vannijiet, 76% tat-trakkijiet u 53% tal-gafef ser ikunu bid-Datatrak. Minbarra hekk, ta' min jgħid ukoll li d-Datatrak qed titwaħħal fuq xi vannijiet mikrija mid-Dipartiment. Meta din is-sistema tiġi żviluppata fuq numru ta' vetturi u nġenji, jiġi deċiż jekk għandhiex tiġi estiża.

Xogħlijiet Pubbliċi — Trucks Impressed

Question

Jista' l-Ministru jgħid hix prassi normali li persuni ta' sebgħin sena jitħallew isuqu trucks impressed mad-dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jekk l-Onorevoli Interpellant jaf b'xi każ kif indikat fil-mistoqsija tiegħu jinfurmani sabiex jittieħdu passi mmedjati.

Impjant għat-Trattament tad-Drenaġġ — F'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija nru. 33058 u cioe, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-applikazzjoni li n-numru tagħha qed jintbagħat separatament u l-pjanti relattivi tal-PA għall-bini ta' impjant għat-trattament tad-drenaġġ f'Għawdex?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni għadha qed tiġi mħejjija.
Leg 9 PQ #33271 Sitting 734 2002-05-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA — Furjana - MCP Car park

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-MCP car park fil-Furjana hux jikser kundizzjonijiet tal-permess tal-PA kif ukoll xi kundizzjoni tal-kuntratt li sar mad-dipartiment ta' l-artijiet? Jekk fl-affermattiv x'inhuma l-kundizzjonijiet miksura u x'qiegħed isir dwar dawn l-irregolaritajiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Awtorita` ta` l-Ippjanar qed tikkontendi illi xi partijiet mill-bini li sar fl-'air space' qed jaqbeż il-livell ta` Triq l-Assedju l-Kbir kif meħud matul it-talut (gradient) tagħha. Rigward dan il-punt kien ġie revokat parti mill-permess ta` Żvilupp li tirrigwarda dik il-parti tal-proġett u fil-21 t`April 1995 inħareġ Avviż biex Tieqaf u tat-Twettieq skond l-Att Nru.1 dwar l-Ippjanar. Il-każ kien mar quddiem il-Bord ta` l-Appelli dwar l-Ippjanar fejn iżjed tard il-kwestjoni spiċċat anke fil-Qorti ta` l-Appell. Min-naħa tagħha din il-Qorti ddeċidiet li terġa` tibgħat il-każ lura lill-Bord ta` l-Appelli dwar l-Ippjanar sabiex jinbeda smigħ mill-ġdid. Il-każ sa llum għadu pendenti quddiem dan il-Bord fejn l-aħħar seduta saret fit-8 ta` Mejju 2002. Għaldaqstant il-każ għadu 'subjudice'. Għalhekk kwalunkwe azzjoni li tista` eventwalment tittieħed tinsab sospiża sakemm jiġi deċiż dan l-Appell. Għal dak li jikkonċerna d-Dipartiment ta` l-Artijiet ninsab infurmat illi minħabba ksur fil-kundizzjonijiet tal-kuntratt f`dak li jirrigwardja l-livell ta` triq imsemmi hawn fuq, id-Dipartiment qed jieħu passi kontra l-kumpanija li tmexxi l-MCP car park.

Diviżjoni tax-Xogħlijiet — Assistant Work Technical Officer

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-assistant work technical officer li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament għadux impjegat mad-diviżjoni tax-xogħlijiet pubbliċi minħabba li ilu ma jidħol għax-xogħol aktar minn tliet xhur?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ħaddiem imsemmi għadu mpjegat mad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet, u ngħata nkarigu biex jagħmel xogħol mal-Kunsill Lokali tal-Floriana. Jekk l-Onorevoli Interpellant għandu xi informazzjoni ulterjuri, nitolbu jinfurmani.

Żebbuġ/Siġġiewi — Bus Shelter

Question

Jista' l-Ministru jara li l-bus shelter li kkollassa fit-triq li tagħti minn Ħaż-Żebbuġ għas-Siġġiewi (kif taqbeż il-pont) jitneħħa u jiġi mibni mill-ġdid peress li apparti li ma kien ta' l-ebda użu qiegħed joħloq periklu kbir lil kull min jgħaddi mill-inħawi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 30066.

Xogħlijiet Pubbliċi — Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-bilanċ li għandhom jagħtu l-kunsilli lokali lid-diviżjoni tax-xogħlijiet pubbliċi, kull kunsill separatament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt: Kunsill Lokali Ammont Lm Attard 367.12 B'Buġia 106600.05 Birgu 3563.38 Birkirkara 1152.86 Bormla 5483.76 Fgura 7107.48 Floriana 79.81 Għaxaq 10308.62 Gudja 2664.08 Gżira 1092.12 Iklin 34.75 Isla 8237.97 Kalkara 4294.15 Kirkop 7386.12 Lija 11480.81 Marsa 3686.52 Mdina 9100.85 Mellieħa 8255.66 Mosta 131325.60 Mqabba 8688.60 Marsascala 9149.86 Msida 9387.84 Naxxar 1644.42 Paola 20298.89 Pieta' 15815.70 Qormi 825.52 Qrendi 45656.54 Safi 4968.65 San Ġiljan 27.73 San Ġwann 614.30 Santa Lucia 296.18 Siġġiewi 51403.08 St. Venera 4958.61 Swieqi 527.63 Ta' Xbiex 3661.19 Tarxien 5202.23 Valletta 34852.99 Żabbar 12198.78 Żebbuġ 62149.43 Żejtun 53439.17 Żurrieq 115499.48 Għarb 7271.42 Xewkija 1189.80 Żebbuġ 1394.85