Legislature:
Category:
Reset
Active:

Allowances/Overtime — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li ngħata l-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament mill-ministeru għall-infrastruttura? Kemm tħallas flus f'overtime u allowances, xahar b'xahar minn Ottubru 1998 sal-lum?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-persuna ndikata huwa ngaġġat fuq kuntratt definit bħala uffiċjal tas-Segretarjat tiegħi u huwa ntitolat għal remunerazzjoni kif provdut fil-kuntratt li ffirma. Minn Ottubru 1998, ma tħallas l-ebda 'overtime'. Ma jidhirlix li hu prudenti li nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt. Pero', r-remunerazzjoni tiegħu hija pegged ma' Salary Scale 10 (jiġifieri Lm6104 għas-sena 2002) flimkien mal-bonus tal-Milied u ta' nofs is-sena. Huwa għandu 'allowance' ta' Lm75 fix-xahar għall-ħin żejjed li jagħmel. Jekk il-ħin żejjed jaqbeż il-ħamsin siegħa f'xahar, għandu bonus ta' Lm40 oħra fix-xahar.

Gradi — Overtime/Allowances

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu r-rwol tal-persuni li isimhom qed jintbagħtu separatament, fil-ministeru ta' l-infrastruttura? X'inhu l-grad ta' dawn il-persuni? Kemm tħallsu flus kull wieħed f'overtime u allowances oħrajn kull xahar minn Ottubru 1998 sal-lum? Matul dan l-istess perjodu, dawn il-persuni ingħataw xi tip ta' kuntratt mil-ministeru jew xi dipartiment jew entita' oħra fir-responsabilta' ta' dan il-ministru?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ewwel persuna msemmija huwa mpjegat mal-Ministeru fil-grad ta' Senior Technical Officer. Huwa jitħallas overtime għall-ħin żejjed li jagħmel. Rigward it-tieni persuna msemmija fil-mistoqsija, dan huwa mpjegat mal-Ministeru bħala l-Assistent Personali tiegħi b'kuntratt li jiġi mġedded minn sena għal sena. Is-salarju tiegħu huwa pegged ma' Salary Scale 5 (Lm8,516 għas-sena 2002). Huwa għandu 'allowance' ta' Lm115 fix-xahar għall-ħin żejjed li jagħmel. Għandu wkoll il-faċilita' ta' użu ta' karozza u ta' servizz tat-telephone b'xejn. Dwar it-tielet persuna, dan huwa mpjegat mal-Ministeru bħala Messaġġier b'kuntratt li jiġġedded minn sena għal sena. Is-salarju tiegħu huwa pegged ma' Salary Scale 12 (Lm5404 għas-sena 2002). Huwa għandu 'allowance' ta' Lm60 fix-xahar għall-ħin żejjed li jagħmel. Jekk il-ħin żejjed jaqbeż il-ħamsin siegħa f'xahar, għandu bonus ta' Lm40 oħra fix-xahar.
Leg 9 PQ #33780 Sitting 748 2002-06-03 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Dwejra

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 33656, tista' l-Ministru tgħid kemm-il fażi fih il-proġett tat-tindif tad-Dwejra? Meta hu ppjanat li jinbeda x-xogħol li fadal u meta hu maħsub li jitlesta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #33782 Sitting 748 2002-06-03 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA — Boathouses

Question

B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 33653, jista' l-Ministru jgħid minn min saru d-diversi options għall-iżvilupp u tmexxija tal-boathouses?

Response (BORG, TONIO)

Il-MIMCOL stess qed toħloq diversi options u tevalwahom.
Leg 9 PQ #33788 Sitting 748 2002-06-03 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA — Proġett tal-Kottonera

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk ix-xogħol tal-kostruzzjoni ta' l-appartamenti li jiffurmaw parti mill-proġett tal-Kottonera hux isir skond il-pjanti u l-kundizzjonijiet tal-permessi ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi x-xogħol li qed isir fuq il-kostruzzjoni ta` l-appartamenti imsemmija qiegħed isir skond il-pjanti approvati ħlief għal xi alterazzjonijiet fit-tronob li ma jirrikjedux permess għat-tibdil, u tibdil fil-faċċata. Sar ukoll tibdil fl-istruttura interna u ġiet sottomessa Minor Amendment Application li ġiet approvata. Dwar il-faċċati, ix-xogħol fuq l-istruttura bħalissa wieqaf sakemm tiġi determinata l-applikazzjoni għat-tibdil fil-pjanti approvati.

Dipartiment tad-Drenaġġ — Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders li ngħataw mid-dipartiment tad-drenaġġ (anke dawk li taw wara talba għal quotation) mill-bidu tas-sena 2001 sal-lum? Xi jkopri dan ix-xogħol, lil min ingħata u x'inhu l-valur tax-xogħol li sar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar.
Leg 9 PQ #33790 Sitting 748 2002-06-03 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Imqabba — Kuntrattur

Question

Jista' l-Ministru jivverifika jekk il-kuntrattur li għandu impjant fit-triq ta' l-Imqabba u li ismu qed jintbagħat separatament hux jokkupa b'mod irregolari proprjeta` pubblika?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-art imsemmija fil-mistoqsija kienet art tal-Knisja li għaddiet għand il-Gvern. Minn investigazzjoni li għamel id-Dipartiment ta` l-Artijiet irriżulta li l-kuntrattur li qed jirreferi għalih fil-mistoqsija m`għandu l-ebda titlu fuq din l-art. Id-Dipartiment ser jieħu azzjoni rigward dan.
Leg 9 PQ #33792 Sitting 748 2002-06-03 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA — Kuntrattu - Permessi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-impjant li għandu kuntrattur mat-triq ta' l-Imqabba - ismu qed jintbagħat separatament - hux kollu kopert bil-permess ta' l-Awtorita` ta' l-ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-kuntrattur imsemmi għandu tlett postijiet (siti) ma` ġenb xulxin li fuqhom hemm makkinarju. Fuq sit minnhom għandu impjant tal-konkos bil-permess PA 1036/91. Fuq sit ieħor hemm magna li tipproduċi l-bricks li hija mingħajr permess u li fuqha nħareġ Avviż tat-Twettieq ECF 449/01, filwaqt li fuq is-sit l-ieħor hemm magna tat-tkissir tal-ġebel (crusher) li hija ukoll mingħajr permess u inħareġ ukoll Avviż tat-Twettieq ECF 660/01. Fuq dawn iż-żewġ siti hemm applikazzjoni PA 5616/01 li għadha pendenti.
Leg 9 PQ #33660 Sitting 745 2002-05-28 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Awtorita` ta' l-Ippjanar — Verifiki

Question

Jista' l-Ministru jara x'miżuri jistgħu jittieħdu mill-Awtorita` ta' l-Ippjanar sabiex issir faċli li persuna li trid tivverifika xi pjanti li jkunu ġew sottomessi ma' xi applikazzjoni għall-iżvilupp ma jkolliex tmur Għawdex f'każ li x-xogħol propost ikun f'Għawdex bħalma jrid isir issa, imma din il-verifika tkun tista' issir minn Malta?

Response (BORG, TONIO)

Il-punt li qiegħed iqajjem l-Onor. Interpellant huwa wieħed validu u għalhekk ser joħorġu struzzjonijiet biex mill-ġimgħa li ġejja pjanti ta` żvilupp ta` Għawdex ikunu aċċessibli għal pubbliku f`Malta wkoll, skond il-proċedura normali.

Promozzjonijiet

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija 33383, jista' l-Ministru jgħid f'liema gradi ingħataw dawn il-promozzjonijiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-promozzjonijiet kienu dawn: 1 Public Cleansing Officer 1 Public Cleansing Foreman 1 Senior Public Cleansing Foreman 3 Diretturi 11 Assistent Diretturi 4 Operational Support Worker 2 Operative 14 Senior Operative 1 Marbler 4 Supervisor 3 Assistant Technical Officer 3 Assistant Foreman 6 Security Guard 3 Chief Engineer 2 Technical Officer 33 Senior Technical Officer 1 Foreman 4 Senior Messenger 1 Chief Quantity Surveyor 3 Senior Engineer 5 Operations Manager 1 Senior Scientific Officer 1 Principal Security Officer 5 Principal Technical Officer 9 Principal 2 Legal Officer 1 Principal Scientific Officer 13 Junior Architect & Civil Engineer
Leg 9 PQ #33749 Sitting 745 2002-05-28 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk trakkijiet kbar jistgħux jiġu ipparkjati f'areas residenzjali anke matul il-lejl?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ipparkjar ta` vetturi mill-mutur huwa permess kif maħsub fir-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur u r-Regolamenti dwar Tractors bil-Mutur.

Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid issa li saret id-diskussjoni tal-bozoz pubbliċi fit-toroq lill-kunsilli lokali, x'inhu l-ammont ta' bozoz li għadda f'idejn il-kunsilli lokali, kull lokalita' separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghall-Avviz Legali 114 ta' l-2002 li tittratta dwar id-delega ta' stallazzjonijiet ta' tidwil tat-toroq lil-Kunsilli Lokali. Din turi meta tali delega se tigi fis-sehh. L-ewwel grupp ta' Kunsilli Lokali se jinghataw din id-delega fl-1 ta' Gunju 2002. Fl-ewwel fazi, d-delega tkun tikkonsisti fl-installazzzjoni ta' isolators ghal kull bozza u l-manutenzjini tal-istess bozza ssir responsabilta tal-Kunsill wara li tkun giet isolata. It-Tabella annessa li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra turi n-numru ta' bozoz li se jkunu devoluti wara li din id-delega tkun fis-sehh fir-rigward tal-Kunsilli Lokali kollha.
Leg 9 PQ #33751 Sitting 745 2002-05-28 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jara li l-karozza antika abbandunata u l-karozza Marina li mhux liċenzjata u li jinstabu ipparkjati fi Triq l-Irmiġġ quddiem id-dar ta' l-anzjani l-Imsida jitneħħew peress li huma ta' żgombru għan-nies ta' l-inħawi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-vetturi msemmija mill-Onorevoli Interpellant tneħħew.
Leg 9 PQ #33655 Sitting 744 2002-05-27 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jara li titneħħa l-karozza mini minor li hemm abbandunata fi Triq il-Ħafur c/w Triq Ħal Warda, Ħ'Attard?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-vettura li rrefera għaliha l-Onorevoli Interpellant tneħħiet.

Toroq — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu dawn it-toroq li qegħdin jinbnew bħalissa: it-triq ta' Burmarrad - San Pawl tal-Qliegħa; it-triq tas-Salina - San Pawl tat-Tarġa; Northern ring road, Mosta? Meta nbeda x-xogħol fuq dawn it-toroq u meta hu previst li jitlesta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi x-xogħol mit-Triq ta' Burmarrad sa San Pawl tal-Qliegħa sar 50% tax-xoghol fiha għal valur ta' Lm800,000. It-triq mis-Salina sa San Pawl tat-Tarġa sar 45% tax-xogħol fiha għal valur ta' Lm750,000. Norther Ring Road sar 47% tax-xogħol fiha għal valur ta' Lm420,000.

Proġett Skart

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif intgħażlu l-persuni li kitbu u ddisinjaw il-fuljett proġett skart li intbagħat fid-djar kollha? Kemm tħallsu dawn il-persuni għax-xogħol li għamlu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-persuni li kitbu u ddisinjaw il-fuljett "Proġett Skart" intgħażlu mill-Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura minħabba l-idea nnovattiva u sempliċi li pproponew biex jitwassal il-messaġġ fid-djar. Il-kitba saret minn Marie Briguglio, it-tpinġija minn Adrian Fenech u d-disinn minn Pierre Portelli. Tax-xogħol tagħhom dawn it-tliet min-nies tħallsu s-somma globali ta' Lm400.

Mini Buses — Permessi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskema li permezz tagħha sidien li għandhom permess tal-mini buses (public service garage) għandhomx dritt għal permess ta' mini bus ieħor, għadhiex fis-seħħ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-policy preżenti għas-sidien tal-Public Service Garage hija dik ta' massimu ta' White Window Van wieħed għal kull permess ta' Public Service Garage. Dawk is-sidien li ħadu vantaġġ minn din il-policy mhumiex intitolati għall-permessi ġodda.
Leg 9 PQ #33437 Sitting 741 2002-05-22 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Awtorita` ta' l-Ippjanar — Enforcement Notices

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu enforcement notices mill-Awtorita` ta' l-Ippjanar mit-twaqqif tagħha sal-lum, kull sena separatament? Kemm minn dawn l-enforcement notices għadhom fis-seħħ sal-lum? Kemm minn dawk li spiċċaw tneħħew għax l-awtorita` ħadet il-passi ta' twaqqigħ u kemm tneħħew għax il-persuna konċernata jew issansjonat l-iżvilupp jew waqqgħet l-iżvilupp illegali hi stess? Minn dawk li għadhom fis-seħħ, kemm minnhom qegħdin fi stadju ta' appell, kemm quddiem il-qorti u kemm għadhom pendenti jistennew li tittieħed azzjoni diretta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi b`kollox inħarġu 11,612 stop/enforcement notices mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar mit-twaqqif tagħha sal-lum. Matul l-istess perijodu 4,850 każ ġew riżolti. Infurmat ukoll illi fil-preżent l-Awtorita` għandha 6,762 każi ta` infurzar li għadhom fis-seħħ. L-informazzjoni kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar il-bqija ta` każi li għadhom fis-seħħ, dawn jew qegħdin jistennew l-eżodu ta` l-applikazzjoni biex tissanzjona l-irregolarita` jew tinħtieġ aktar investigazzjoni minn naħa tal-enforcement unit.

Impjant għat-Trattament tad-Drenaġġ — Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 33262 u cioe: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija nru. 33058 u cioe, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-applikazzjoni li n-numru tagħha qed jintbagħat separatament u l-pjanti relattivi tal-PA għall-bini ta' impjant għat-trattament tad-drenaġġ f'Għawdex?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #33511 Sitting 741 2002-05-22 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Qormi — Health Centre

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru. 33060, jista' l-Ministru jikkonsidra mill-ġdid it-tweġiba li ta peress li jidher li saret l-applikazzjoni lill-Awtorita` ta' l-Ippjanar sabiex il-health centre ta' Ħal Qormi jiġi konvertit f'dar għall-anzjani?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferik għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari bin-numru 33379.