Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #34105 Sitting 756 2002-06-18 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ilma tax-Xorb

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'perċentaġġ ta' l-ilma tax-xorb qiegħed jiġi mill-boreholes u nixxijiet meta mqabbel ma' dak prodott mill-impjanti tar-reverse osmosis, matul din is-sena, kull xahar separatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #34106 Sitting 756 2002-06-18 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA — Ħal Qormi - Ċentru tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-każ ta' l-applikazzjoni PA1818/02 sabiex iċ-ċentru tas-saħħa ta' Ħal Qormi jiġi konvertit f'dar għall-anzjani, peress li l-proprjeta` in kwestjoni mhijiex proprjeta` ta' l-applikant, saru l-proċeduri kollha li titlob il-liġi sabiex is-sidien reali jiġu informati b'dan l-iżvilupp (certificate 13)?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma` l-applikazzjoni in kwistjoni ġie sottomess 'Certificate of Ownership B', fejn l-applikant innotifika lid-Dipartiment ta` l-Artijiet b`din il-proposta b`ittra reġistrata fejn l-irċevuta ta` reġistrazzjoni qiegħda annessa ma` l-istess ċertifikat. L-applikazzjoni ma hiex biex iċ-ċentru attwali tas-Saħħa jinbidel f`dar għall-anzjani.

Asfaltar ta' toroq

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 33828, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tat-toroq mitluba li jiġu asfaltati mill-kunsilli lokali kollha ta' Malta, kull kunsill separatament?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi d-Direttorat għat-Toroq qed jiġbor l-informazzjoni fil-mod mitluba mill-Onor. Interpellant, jiġifieri Kunsill Kunsill separatament. Għalhekk peress li dan il-proċess jirrikjedi ftit taż-żmien, ir-risposta tingħata aktar 'il quddiem.

Fgura — Hompesh Road

Question

B'riferenza għax-xogħol li qiegħed isir fl-aħħar parti ta' Hompesch Road, Fgura jista' l-Ministru jgħid: 1) għala s-servizzi qegħdin isiru f'nofs it-triq? 2) għaliex mhux qegħda tingħata sodda tal-konkos kif sar f'partijiet oħra tat-triq? 3) għaliex il-bankina qiegħda titpoġġa mhux fuq alignment li jagħti wesgħa wieħed imma wesgħa li jvarja minn post għall-ieħor? 4) x'inhi r-raġuni għala t-triq infetħet għat-traffiku mill-kuntrattur meta għandha fuq iż-żrar u ma ingħatatx tarmac bil-konsegwenza li t-trab qiegħed joħloq inkonvenjent kbir lir-residenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li s-servizzi ta' l-Utilities ma kellhomx bżonn estensjonijiet sostanzjali u li kienu jagħtu lok għal bżonn illi s-servizzi jinqalaw u jitqedu mill-ġdid. Dawn għalhekk tħallew fil-posizzjoni eżistenti tagħhom fit-triq. It-triq ġiet ittestjata għall-compaction it-tul tagħha kollu u cement stabilisation ingħata fejn irriżulta li l-compaction ma kienietx tista' tintlaħaq. Il-partijiet fejn intleħqet il-compaction ma kellhomx bżonn jingħataw il-konkos. Id-disinn tat-triq jitlob illi l-karregiata tkun ta' wesa wieħed u għalhekk il-wisa tal-bankini tvarja skond l-allignment tal-bini li hemm mal-ġenb ta' din it-triq. Kien hemm insistenza mir-residenti u s-sidien tal-ħwienet f'din it-triq biex l-aħħar parti tat-triq tinfetaħ biex jgħaddu l-vetturi ż-żgħar, sakemm il-bankini jitlestew u triq tkun tista' tingħata l-base course. Dan ix-xogħol issa tlesta u l-base course ingħata.
Leg 9 PQ #34147 Sitting 756 2002-06-18 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

War Museum

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu mibni l-iscaffolding li hemm armat fl-Aviation Hall tal-War Museum fil-belt? X'inhi r-rata tal-kiri ta' dan l-iscaffolding? Għalfejn intrama' dan l-iscaffolding?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-iscaffolding li hemm armat fl-Aviation Hall tal-War Museum fil-Belt kien ġie armat fil-25 ta' Mejju 2001, ir-rata tal-kiri ta' dan l-iscaffolding huwa ta' Lm20.00 fil-ġurnata. L-iskop ta' dan l-iscaffolding kien biex issir spezzjoni tas-saqaf eżistenti li beda juri xi difetti fit-travi tal-ħadid kif ukoll iservi bħala protezzjoni għall-magna ta' l-ajruplan li ma' setgħetx tinħareġ il-barra mill-kamra.
Leg 9 PQ #34061 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Highrise Building - Applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet quddiem l-MEPA għal bini highrise? F'liema lokalitajiet huwa dawn l-applikazzjonijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi hemm erba' (4) applikazzjonijiet pendenti għall-iżvilupp ta' 'High Rise Building' (minn għoxrin [20] sular u aktar) quddiem il-MEPA. Dawn l-applikazzjonijiet saru għall-iżvilupp f'dawn il-lokalitajiet: Blata l-Bajda, Gżira, Qawra, u Mrieħel.

Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 33944, jista' jagħti lista tad-direct orders li ngħataw mid-dipartiment tad-drenaġġ mill-bidu tas-sena 2001 sal-lum? Xi jkopri dan ix-xogħol, lil min ingħata u x'inhu l-valur tax-xogħol li sar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 9 PQ #34081 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-valur tas-salinita ta' l-ilma li qiegħed attwalment jiġi ippumpjat mill-boreholes, kull borehole separatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Promenades

Question

Peress li l-Ministru ġie rappurtat li qal li intefqu madwar Lm10 miljuni fit-tisbieħ tal-promendades jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' din in-nefqa għal kull promenade, kull sena separatament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li n-nefqa fuq xogħol ta' tisbiħ tal-promenades huwa kif jidher hawn taħt: 1996 Marsascala Lm2,000,000 1997 Buġibba/Qawra Lm1,973,981 1998 Marsascala Lm 565,213 Marsaxlokk Lm 526,980 Birżebbuġia Lm 372,519 Buġibba/Qawra Lm 766,105 1999 Buġibba/Qawra Lm 391,043 Marsascala Lm 370,302 Birżebbuġia Lm 245,447 Marsaxlokk Lm 115,250 Sliema Lm 145,078 2000 Buġibba/Qawra Lm 209,524 Marsascala Lm 183,917 Birżebbuġia Lm 113,131 Marsaxlokk Lm 100,255 Sliema Lm 457,314 2001 Buġibba Lm 28,555 Marsascala Lm 45,671 Birżebbuġia Lm 28,520 Marsaxlokk Lm 63,957 Sliema Lm 560,374 San Ġiljan Lm 167,059 2002 (sa 12/06/2002) Sliema Lm 106,401 San Ġiljan Lm 95,647 Buġibba/Qawra Lm 904 Marsascala Lm 1,904 Birżebbuġia Lm 11,283 Marsaxlokk Lm 5,529
Leg 9 PQ #34085 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jara li l-arblu tad-dawl li hemm f'St. Margaret street quddiem id-dar nru. 200 fis-Siġġiewi, jitneħħa peress li f'din il-parti t-triq hi dejqa ħafna u l-arblu joħloq inkonvenjent kbir lir-residenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret mill-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta ma jirriżultax li l-arblu msemmi qed joħloq xi nkonvenjent.

Dwejra — Tindif

Question

B'riferenza għax-xogħol ta' tindif li qiegħed isir fid-Dwejra, Għawdex jista' l-Ministru jgħid kemm-il fażi fadallu l-proġett tat-tindif tad-Dwejra? Meta hu ppjanat li jinbeda x-xogħol li fadal u meta hu maħsub li jitlesta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat

Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 33789, jista' jagħti lista tad-direct orders li ngħataw mid-dipartiment tad-drenaġġ (anke dawk li taw wara talba għal quotation) mill-bidu tas-sena 2001 sal-lum? Xi jkopri dan ix-xogħol, lil min ingħata u x'inhu l-valur tax-xogħol li sar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 9 PQ #33946 Sitting 752 2002-06-10 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għal Għawdex

Dwejra

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija 33780 (B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 33656, tista' l-Ministru tgħid kemm-il fażi fih il-proġett tat-tindif tad-Dwejra? Meta hu ppjanat li jinbeda x-xogħol li fadal u meta hu maħsub li jitlesta)?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li x­xogħol li fadal isir mhux kompitu tal­Ministeru għal Għawdex.
Leg 9 PQ #33959 Sitting 752 2002-06-10 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal major projects quddiem l-MEPA? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet huma għal outline development permits?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi hemm 239 applikazzjoni pendenti quddiem il-MEPA li ġew referuti lill-Major Projects Team għall-ipproċessar. Ħdax minn dawn l-applikazzjonijiet huma Outline Applications.
Leg 9 PQ #33960 Sitting 752 2002-06-10 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet quddiem l-MEPA għal bini ta' towers? F'liema lokalitajiet huma dawn l-applikazzjonijet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi m`hemm l-ebda applikazzjoni pendenti quddiem il-MEPA li d-deskrizzjoni ta` l-iżvilupp tagħha tinkludi l-kelma "tower".

Swatar/Msida — Triq Indri Grima

Question

B'riferenza għax-xogħol li qiegħed isir fi Triq Indri Grima, Swatar, Msida jista' l-Ministru jara li jiġu ikkunsidrati t-talbiet tar-residenti fil-petizzjoni mibgħuta lilu jiġifieri li s-servizzi infrastrutturali jiġu mibdula u sir retaining ħalli jilqa' għall-ammont kbir ta' radam li hemm fil-pedamenti ta' din it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tieni parti tar-risposta Parlamentari Numru 33956. Dwar il-bini tar-Retaining Wall ninsab infurmat li d-Direttorat għat-Toroq qed jeżamina jekk hemmx il-ħtieġa għal dan ix-xogħol.

Benefiċċju

Question

Jista' l-Ministru jara li kull persuna li hi intitolata jew tingħata l-karta anzjana tingħata ukoll lista ta' benefiċċji jew servizzi li l-persuna li tkun intitolata għalihom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li għalkemm dawk li jingħataw il-karta anzjan, meta jmorru jiġbruha, jiġu nfurmati verbalment bil-benefiċċji u s-servizzi li huma ntitolati għalihom, id-Dipartiment konċernat ser jikkunsidra s-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant.

Marsaskala — Triq il-Qaliet - Xogħol ta' Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li x-xogħol tad-drenaġġ fi Triq il-Qaliet, Marsaskala (WD 38/2002) ingħata b'direct order? Min kien l-uffiċjal għoli u l-perit tad-drenaġġ inkarigat minn dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li minħabba problema akuta li ltaqa' magħha d-Dipartiment tad-Drenaġġ fi żmien tal-Milied ta' l-2001, fi Triq il-Qaliet, Marsascala, fejn fuq ilmenti persistenti ta' xi residenti, drenaġġ kien dieħel sewwa f'xi residenzi fl-istess triq, kuntrattur privat ġie mqabbad urġentement iħaffer fuq il-main tad-drenaġġ. Fil-fatt main tad-drenaġġ ma nstabx u d-drenaġġ kien qiegħed għaddej minn taħt l-art ġo spazju li kien imdawwar f'xi postijiet b'xi konkos. Għaldaqstant, ix-xogħol kellu jitkompla għal xi tul sakemm instab l-eqreb main tad-drenaġġ magħmul minn katusi. Dan id-drenaġġ jiġri taħt l-art kien il-kaġun ta' l-infiltrazzjoni qawwija ġo residenza u din kienet sitwazzjoni ntollerabbli u inaċċettabbli li ma setgħetx titħalla. Id-Dipartiment tad-Drenaġġ kienu nkarigati minn dan ix-xogħol uffiċjali.

Asfaltar ta' Toroq

Question

Peress li f'diversi risposti għall-mistoqsijiet parlamentari l-Ministru wieġeb li d-direttorat tat-toroq, flimkien mal-kunsilli lokali qegħdin jimplimentaw għall-asfaltar ta' toroq ma' Malta kollha, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja dettaljata ta' dan il-programm li tinkludi l-ismijiet tat-toroq li jridu jsiru b'mod prijoritarju?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-lista mitluba tvarja minn Kunsill Lokali għal l-ieħor.

Riżorsi u Infrastruttura — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu ħaddiema li ma kenux fuq xogħolhom fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tiegħu mill- 1 ta' Jannar 2001 sal-lum? F'liema dipartiment jaħdmu dawn il-ħaddiema u x'inhu l-grad tagħhom? X'passi dixxiplinarji ttieħdu f'dawn il-każi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li mill-1 ta' Jannar 2001 sa llum kien hemm 75 każ fejn ħaddiema nstabu li ma kinux fuq il-post tax-xogħol. Dawn il-ħaddiema jaħdmu fid-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni, fid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi, fid-Dipartiment tal-Finanzi u Amministrazzjoni, fid-Dipartiment tad-Drenaġġ u fid-Dipartiment għall-Immaniġjar u Implimentazzjoni ta' l-Istrateġija. Il-gradi tal-ħaddiema huma Senior Tradesman, Heavy Plant Driver, General Hand, Senior Operative, Technical Officer, Operative, Bookbinder, Motor Transport Driver, Tradesman, Quarryman, Marbler, Part Time Instructor, Assistant Technical Officer, Labourer/Watchman, Supervisor, Hospital Auxiliary, Health Attendant 'B' u Senior Public Cleansing Foreman. Sa llum, il-pożizzjoni tal-passi dixxiplinarji f'dawn il-każi hija kif ġej: 38 każ pendenti 12-il każ fejn il-ħaddiema nstabu mhux ħatja 7 każi fejn il-ħaddiema nstabu ħatja u ġew mogħtija twiddiba bil-miktub 14-il każ fejn ingħatat twiddiba serja 3 każi fejn il-ħaddiema skulpaw lilhom infushom każ wieħed fejn mistenni li tingħata twiddiba serja, li għadu pendenti.