Legislature:
Category:
Reset
Active:

Trans European Transport Network

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra koppja ta' l-istudju dwar l-integrazzjoni tas-sistemi tat-trasport f'Malta mat-Trans European Transport Network?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja ta' Executive Summary ta' l-istudji li saru mill-konsulenti 'TINA Vienna' dwar it-Trans European Transport Network.
Leg 9 PQ #34450 Sitting 768 2002-07-05 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Attard — Skola Primarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jitlesta x-xogħol fuq il-faċilitajiet sportivi u l-ground tal-football li jiffurmaw parti mill-iskola primarja ta' Ħ'Attard?

Response (GALEA, LOUIS)

Saru pjanti biex jitjiebu u jiġu estiżi l-faċilitajiet sportivi fl-ispazju ma' ġenb l-iskola Primarja ta' Ħ'Attard. Il-proġett ser jibda fuq il-pitch eżistenti tal-football u jitkompla biex jitlesta sa' l-aħħar ta' l-2004. L-FTS hi inkarigata mill-implementazzjoni ta' dan il-proġett.
Leg 9 PQ #34266 Sitting 762 2002-06-26 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studju fix-Xjenza Veterinarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment ta' l-edukazzjoni jagħtix xi tip ta' għajnuna finanzjarja lill-istudenti li jagħmlu studju barra minn Malta fix-xjenza veterinarja meta dawn l-istess studenti jagħmlu korsijiet bħal dawn mhux b'xi forma ta' scholarship imma għas-spejjeż tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-'Staff Development Section' qatt ma tat għajnuna finanzjarja lill-istudenti li jagħmlu studji barra minn Malta fix-xjenza veterinarja. Għajnuna finanzjarja għal studju barra minn Malta hi regolata mir-Regolamenti ta' l-SDO għall-persuni li huma impjegati tal-Gvern.
Leg 9 PQ #34267 Sitting 762 2002-06-26 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Attard - Kont

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fil-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament il-korporazzjoni għas-servizz ta' l-ilma qiegħda tinsisti li din il-persuna tħallas nofs il-kont għall-konsum ta' l-elettriku u ta' l-ilma meta dan il-kont hu tant għoli u meta din il-persuna żgur li m'għandha l-ebda mod kif tħallas somma ta' flus daqshekk kbira?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-ammont dovut mill-konsumatur li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant ilu jakkumula mill-kont li nħareġ f'Novembru 1998. Dan il-kont, u l-kontijiet li nħarġu sussegwentement, baqgħu ma tħallsux u lanqas ma saru pagamenti akkont. Fiċ-ċirkostanzi, f'Jannar ta' din is-sena, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma talbet lill-Korporazzjoni Enemalta biex tissospendi l-provvista ta' l-elettriku. Uffiċċjali ta' dik il-Korporazzjoni kellmu personalment lill-konsumatur iżda dan baqa' ma għamel l-ebda pagament. Għaldaqstant is-servizz ta' l-elettriku ġie sospiż fl-14 ta' Mejju. Tajjeb infakkar li f'każi bħal dan, hija l-policy taż-żewġ Korporazzjonijiet li biex jingħata lura s-servizz, il-konsumatur irid iħallas nofs l-ammont dovut u jiffirma ftehim dwar kif ser iħallas il-kumplament. Ma jidhirx li hemm lok li din il-policy ma tkunx applikata f'dan il-każ ukoll.
Leg 9 PQ #34272 Sitting 762 2002-06-26 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Scaffolding

Question

B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija 34147, jista' l-Ministru jgħid minn min inbena l-iscaffolding? Dan l-iscaffolding inkera wara li nħarġet sejħa għall-offerta jew b'xi mod ieħor? Ix-xogħol li għalih inbena l-iscaffolding issa tlesta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-iscaffolding inbena minn Vassallo Scaffolding Services. Dan l-iscaffolding inkera wara li ntalbet offerta verbali mingħand tlett kuntratturi li kienu: Vassallo Scaffolding Services, BTY Ltd., u Jos. Spiteri & Sons Ltd. Għal din l-offerta applika biss Vassallo Scaffolding Services. Ix-xogħol li nkera għalih l-iscaffolding għadu ma' sarx, biss l-ispezzjoni tas-saqaf saret u l-offerta biex isir ix-xogħol ser tinħareġ fil-qrib. Nixtieq niġbed l-attenzjoni li r-rata tal-kiri ta' l-Iscaffolding hija ta' Lm20.00 fil-ġimgħa u mhux kull ġurnta, kif indikat fir-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari 34147.

Inċidenti tat-Traffiku

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'tip ta' miżuri l-gvern qiegħed jipproponi sabiex jitnaqqas in-numru ta' inċidenti tat-traffiku b'50% kif ġie rapportat li qal f'konferenza xi jiem ilu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li diġa qed jittieħdu diversi inizjattivi biex in-numru ta' inċidenti li jikkaġunaw mwiet u korrimenti gravi f'pajjiżna jiġu mnaqqsa kemm jista' jkun. Fost dawn il-miżuri ta' min isemmi l-programm li qed jitwettaq biex isir titjieb fit-toroq, kemm għal traffic management aħjar b'junction upgrading, installazzjoni ta' traffic lights u sinjali ta' traffiku kif ukoll miżuri oħra ta' traffic calming. Parti oħra mill-miżuri li qed jittieħdu jinkludu wkoll l-upgrading tad-driving test. Il-Gvern qed iħares ukoll lejn sistemi ġodda ta' enforcement bl-użu ta' teknoloġija moderna u għalkemm għad jonqos ħafna x'isir f'dan ir-rigward, huwa mportanti li kull ċittadin jagħraf ir-responsabilitajiet tiegħu u jagħti kull kontribut biex l-inċidenti fit-toroq jonqsu kemm jista' jkun.
Leg 9 PQ #34288 Sitting 762 2002-06-26 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet quddiem l-MEPA għal kostruzzjoni ta' bini ta' għoli bejn il-15 u l-20 sular 'il fuq mil-livell tat-triq?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi hemm 2 applikazzjonijiet quddiem il-MEPA għal kostruzzjoni ta` bini għoli bejn 15 u 20 `il sular l`fuq mill-livell tat-triq. Dawn l-applikazzjonijiet għadhom qed jiġu ipproċessati.
Leg 9 PQ #34260 Sitting 761 2002-06-25 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Għawdex — Dwejra

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk xi dipartiment jew awtorita' li taqa' fir-responsabbilta' tiegħu hix involuta fix-xogħol tat-tindif li qiegħed isir fid-Dwejra, Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x'inhu dan l-involviment?

Response (BORG, TONIO)

Il-mistoqsija ma tagħmilx referenza għal xi area partikulari tad-Dwejra. Għalkemm il-MEPA kienet involuta f`diskussjonijiet ma` uffiċjali tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura (dak iż-żmien Ministeru ta` l-Ambjent) rigward it-tindif ta` terrapien li intefa` illegalment aktar `il fuq mill-bajja, bħalissa l-Awtorita` mhix infurmata bl-ebda tindif ieħor tal-bajja tad-Dwejra.

Promenades

Question

B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 34084, jista' l-Ministru jagħti breakdown tas-somma ta' Lm2,000,000 li hu qiegħed jgħid li intnefqu f'xogħol tat-tisbih tal-promenade ta' Marsascala matul is-sena 1996?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar.

Swatar/Imsida — Triq Indri Grima

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 33963, jista' l-Ministru jgħid x'irriżulta mill-iċċekkjar li sar tad-drenaġġ fi Triq Indri Grima, Imsida?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-inspection bil-CCTV qiegħeda pprogrammata biex issir mill-kuntrattur il-ġimgħa d-dieħla.

Ta' Qali — Villaġġ tas-Snajja'

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta ppreparata mid-diviżjoni tax-xogħlijiet pubbliċi għall-iżvilupp tal-villaġġ tas-snajja' f'Ta' Qali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Sliema Promenade — Latrini Pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-latrini pubbliċi fil-promenade ta' Tas-Sliema qegħdin jingħalqu relattivament kmieni matul il-lejl u b'hekk joħolqu inkonvenjent lin-nies li jiffrekwentaw din l-area?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li mis-17 ta' Ġunju 2002, il-latrini tal-promenade ta' tas-Sliema qed jibqgħu miftuħin sal-ħdax ta' fil-għaxija.

Msida — Triq il-Batterija

Question

Jista' l-Ministru jivverifika l-livelli li qegħdin jingħataw għall-bini tat-triq ġdida, Triq il-Batterija, Msida peress li skond dawn il-livelli xi djar se jispiċċaw taħt il-livell ta' wiċċ it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li wara verifika li għamel id-Direttorat għat-Toroq mal-Kunsill, m'hemmx Triq jisimha Triq il-Batterija fl-Imsida, għalhekk l-Onor. Interpllant hu mitlub jagħti l-informazzjoni aktar preċiża għad-domanda tiegħu.
Leg 9 PQ #34241 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 34105, jista' jgħid x'perċentaġġ ta' l-ilma tax-xorb qiegħed jiġi mill-boreholes u nixxijiet meta mqabbel ma' dak prodott mill-impjanti tar-reverse osmosis, matul din is-sena, kull xahar separatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena l-produzzjoni ta' l-ilma f'persentaġġ mill-impjanti tar-reverse osmosis u boreholes u nixxiegħat kienet kif ġej: XAHAR IMPJANTI TAR- BOREHOLES U REVERSE OSMOSIS NIXXIEGĦAT Jannar 2002 52 fil-mija 21 fil-mija Frar 2002 47 fil-mija 23 fil-mija Marzu 2002 46 fil-mija 23 fil-mija April 2002 47 fil-mija 23 fil-mija Mejju 2002 53 fil-mija 20 fil-mija

Asfaltar ta' Toroq

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija 34108, b'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija 33828, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tat-toroq mitluba li jiġu asfaltati mill-kunsilli lokali kollha ta' Malta, kull kunsill separatament?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tiġi aġġornata u għalhekk ir-risposta tkun tista' tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #34246 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Mtarfa Action Plan

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-draft Mtarfa Action Plan?

Response (BORG, TONIO)

Qed nassumi li l-Onor. Membru qed jirreferi għal Marfa Action Plan. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra 4 kopji ta` dan il-pjan. Aktar kopji jistgħu jittieħdu direttament mill-webpage ta` l-Awtorita` ta` Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (www.mepa.org.mt).

Direct Order

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 34065, jista' jagħti lista tad-direct orders li ngħataw mid-dipartiment tad-drenaġġ mill-bidu tas-sena 2001 sal-lum? Xi jkopri dan ix-xogħol, lil min ingħata u x'inhu l-valur tax-xogħol li sar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Bormla — Car Park

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta tal-car park f'Bormla li saret applikazzjoni għalih tal-MEPA (PA 2243/02)?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta tal-faċilita' tal-parkeġġ ġewwa Bormla, illi saret applikazzjoni għaliha lill-MEPA (PA 02243/02).
Leg 9 PQ #34254 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dritt tal-Vot

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-requirements għall-persuna li ilha tgħix Malta għal għaxar snin u li għandha passaport Malti sabiex ikollha dritt għal vot f'elezzjonijiet ġenerali?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Biex persuna jkollha dritt għall-vot f’elezzjoni għandu l-isem u l-partikolarijiet tagħha jidhru fir-reġistru elettorali li fuqu tkun ibbażata l-elezzjoni. Persuna jrid ikollha dawn il-kwalifiki li ġejjin biex tkun reġistrata bħala elettur: a) ċittadin ta’ Malta b) għalqet l-eta` ta’ tmintax-il sena u c) residenti f’Malta u matul it-tmintax-il xahar minnufih qabel ir-reġistrazzjoni tagħha hekk residenti għal perjodu kontinwu ta’ sitt xhur jew għal perjodi li jammontaw fit-total globali għal sitt xhur. Dawn il-kwalifiki joħorġu minn Artikolu 57 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta. Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant għar-rigward ta’ Arikolu 58 tal-Kostituzzjoni li jitratta dwar skwalifika ta’ eletturi.
Leg 9 PQ #34104 Sitting 756 2002-06-18 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Rabat — Bieb ir-Ruwa - Provvista ta' l-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-provvista ta' l-ilma ġiet sospiża għal madwar ġimgħa fl-inħawi ta' Bieb ir-Ruwa, l/o Rabat?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-provvista ta' l-ilma fil-post imsemmi kienet sospiża għal tlitt ijiem u mhux għal "madwar ġimgħa" kif intqal fil-mistoqsija. Din is-sospensjoni kienet dovuta għal xogħol fuq is-sistema tad-distribuzzjoni fl-inħawi tal-Fiddien limiti tar-Rabat.