Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #34908 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Trasport Topic Paper

Question

Jista' l-Ministru jpoġġu fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tat-Trasport Topic Paper maħruġ mill-MEPA?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 30063.

Awtorita` tad-Djar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament hiex intitolata għall-għotja għall-irranġar tad-dar tagħha għax tinsab fi stat strutturali perikoluż, skond skema ta' l-Awtorita` tad-Djar għall-Inkwilini peress li din il-persuna kienet diġa ħadet għajnuna skond skema SHD 15A fl-1994?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant jista' jkun li tibbenefika mill-iskema eżistenti għall-irranġar tad-dar tagħha, iżda mis-somma massima li tiġi approvata jitnaqqas l-ammont ta' flus li rċeviet taħt l-iskema SHD 15A li diġa' bbenefikat minnha. Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata biex tavviċina l-Customer Care Section ta' l-Awtorita' tad-Djar għal aktar informazzjoni.

Housing — Siġġiewi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx permess għall-negozju fuq id-dar mibnija fuq plot tal-HOS Siġġiewi min-naħa ta' l-awtorita' tad-djar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħaddili aktar informazzjoni, anke b'mod kunfidenzjali, biex ikun jista' jiġi identifikat il-Post li qed jirreferi għalih.
Leg 9 PQ #34678 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li hemm pjan sabiex ix-xogħol tal-meter readers fi ħdan il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma jiġi privatizzat?

Response (BONNICI, JOSEF)

Sa llum ma jirriżultalix dak li jingħad fil-mistoqsija.
Leg 9 PQ #34679 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Siġġiewi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx permessi tal-pulizija sabiex il-post li d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, jintuża għal skop kummerċjali ta' bejgħ ta' frott u ħaxix?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi b'seħħ mit-2 ta' Mejju ta' din is-sena il-permessi għal attivita kummerċjali msemmija mill-Onorevoli Interpellant ma baqgħux jinħarġu mill-Pulizija. Infurmat ukoll illi mir-records disponibbli ma jirriżultax illi kienu nħarġu xi permessi tan-negozju mill-Pulizija fuq il-fond imsemmi.
Leg 9 PQ #34680 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA — Siġġiewi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-indirizz mogħti separatament hemmx permess mill-awtorita' ta' l-ippjanar bini ta' cold room fil-garage kif ukoll permess għal change of use sabiex il-garage jintuża bħala post minn fejn isir negozju ta' frott u ħaxix?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li wara li ġie spezzjonat il-post li saret referenza għalih, seta` jiġi ikkonfermat illi qed isir bdil fl-użu materjali tal-post minn garaxx għal ipparkjar ta` karozzi privati għal wieħed fejn qed jinżamm materjal konness man-negozju tas-sid (fruit & vegetable hawker) inkluż it-tħaddim ta` 'cold room' u dan mingħajr il-permessi meħtieġa. Għaldaqstant qed jinħareġ Avviż biex Tieqaf u tat-Twettieq ECF 554/02. Il-MEPA ser tibqa` ssegwi l-każ sa ma` proċeduri kollha t`infurzar jiġu eżawriti skond il-liġi.

Mgħatab

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju intern sabiex tiġi stabbilita l-kapaċita' tal-Mgħatab? Jekk fl-affermattiv skond dan l-istudju meta sa tintela' għal kollox il-Mgħatab?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li bil-publikazzjoni ta' l-Istrateġija għall-Immaniġġjar tal-Iskart Solidu, il-Gvern ikkommetta ruħu sabiex jagħlaq il-Magħtab sa' l-aħħar tas-sena 2004. Il-kapaċita tal-Magħtab hija biżżejjed biex tirċievi l-iskart li ser jiġi ġġenerat sa l-aħħar ta dik is-sena.
Leg 9 PQ #34703 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għal Għawdex

Dwejra

Question

Bżriferenza għar-risposta ta' mistoqsija 34533, peress li l-Ministru għall-Għawdex qegħda tikkordina x-xogħol ta' tindif ta' terrapien mid-Dwejra, meta hemm il-ħsieb li dan ix-xogħol jitkompla?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

M'għandi xejn x'inżid mar­risposta li ingħatat għall­mistoqsija numru 33946
Leg 9 PQ #34596 Sitting 771 2002-07-09 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dritt għall-Vot

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi trid tagħmel il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament sabiex ikollha d-dritt tal-vot peress li hi ċittadina Maltija?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

MISTOQSIJA NUMRU 34596 Ninsab infurmat mill-Kummissarju Elettorali Ewlieni li l-persuna ndikata għandha tmur personalment l-Uffiċċju Elettorali l-Belt Valletta fil-ħinijiet ta’ l-uffiċċju biex tapplika għar-reġistrazzjoni tal-vot. Hi għandha tieħu magħha dawn id-dokumenti: 1. Ċertifikat taċ-ċittadinanza Maltija; 2. Ċertifikat taż-żwieġ; 3. Ċertifikat tat-twelid mir-Reġistru Pubbliku; 4. Passaport jew passaporti tagħha; u 5. Il-karta ta’ l-identita` li għandha preżentament. Dawn id-dokumenti huma meħtieġa sabiex ikun aċċertat li din il-persuna għandha l-kwalifiki elenkati f’Artiklu 57 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta.

Senior Technical Officer

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija 33899, jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas f'overtime xahar b'xahar għall-ħin żejjed li ħadmu minn Ottubru 1998 sal-lum is-senior technical officer li ismu qed jintbagħat separatament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li dan is-senior technical officer tħallas dawn l-ammonti bħala 'overtime' minn Ottubru 1998 sal-lum. L-informazzjoni tinsab f'rapport separat li qed inqieghed fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #34532 Sitting 770 2002-07-09 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija 34288, jista' l-Ministru jgħid f'liema lokalita jinstabu dawn l-applikazzjonijiet u għal kemm il-sular għoli qiegħda ssir it-talba?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-lokalitajiet għall-applikazzjonijiet li saret referenza għalihom huma l-Qawra u San Ġiljan. It-talba qiegħda issir għal ħmistax (15) -il sular.
Leg 9 PQ #34533 Sitting 770 2002-07-09 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Dwejra

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk id-dipartimenti u ministeri li kienu involuti fit-tindif mill-iskart mitfugħa b'mod irrisponsabbli fid-Dwejra Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li x-xogħlijiet ta’ tindif ta’ terrapien mid-Dwejra ġew kkordinati mid-Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex bil-kollaborazzjoni ta’ l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar (illum l-Awtorita’ Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar) u tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta’ l-Ambjent fi ħdan il-Ministeru ta’ l-Ambjent (illum parti wkoll mill-Awtorita’ Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar).
Leg 9 PQ #34475 Sitting 769 2002-07-08 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Private Public Partenership — Policy

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-policy uffiċjali tal-gvern dwar it-tħaddim ta' skemi fuq bażi Private Public Partnership?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

MISTOQSIJA NUMRU 34475 L-inizjattiva li nieda l-Gvern imsejħa “Private Public Partnership” għandha l-għan li, permezz ta’ skema li titħadem mal-privat u b’konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-ħaddiema, proġetti tal-Gvern jiġu mmaniġġjati mill-privat u x-xogħol isir minn ħaddiema tal-Gvern. Qegħdin bħalissa naħdmu fuq proġett pilota ta’ “landscaping” għall-pajjiż. Huma ppjanati proġetti oħrajn. Ser ikun assigurat illi taħt din l-iskema l-ħaddiema involuta jibqgħu impjegati tal-Gvern mingħajr ebda telf ta’ benefiċċji preżenti jew futuri. Minbarra dan, il-ħaddiema jingħataw opportunitajiet ta’ taħriġ, “flexibility bonus” u benefiċċji oħrajn.

Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 34247, jista' jagħti lista tad-direct orders li ngħataw mid-dipartiment tad-drenaġġ mill-bidu tas-sena 2001 sal-lum? Xi jkopri dan ix-xogħol, lil min ingħata u x'inhu l-valur tax-xogħol li sar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar.

Asfaltar ta' Toroq

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija 34242, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tat-toroq mitluba li jiġu asfaltati mill-kunsilli lokali kollha ta' Malta, kull kunsill separatament?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-ġbir ta' informazzjoni għadu għaddej u għalhekk ir-risposta tkun tista' tingħata aktar 'il quddiem.

Resurfacing ta' Toroq

Question

Minħabba li kien hemm diversi każi fejn kunsilli lokali jagħmlu xogħol ta' resurfacing ta' toroq ta' livell inferjuri, ma jistax id-direttorat tat-toroq jassumi rwol regolatorju f'sens li jara li flus il-poplu jintefqu tajjeb? Kif inhi l-pożizzjoni llum f'każ ta' rapporti ta' xogħol ta' kisi ta' toroq b'mod inferjuri, id-direttorat tat-toroq għandu xi mod kif jista' jintervjeni?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq ilu li daħħal sistema regolatorja f'konfront ta' xogħol imsemmi mill-Onor. Interpellant. Meta d-Direttorat joħroġ permess lil xi Kunsill Lokali biex isir resurfacing, ikun żgurat li dan ix-xogħol jitwettaq wara li jkun sar il-proċess ta' kordinament neċessarju mal-Utilities u li l-Kunsill Lokali jintrabat li jżomm retention fuq il-kont finali ta' 25% sa kemm ikun iċċertifikat il-kwalita' tax-xogħol. Sussegwentement, meta d-Direttorat jirċievi r-riżultati ċċertifikati mill-perit tal-Kunsill Lokali, bħala l-persuna professjonali responsabbli mix-xogħol u mit-testijiet li jkunu saru, bħala konferma li fl-opinjoni tiegħu saru sew u r-riżultati tat-testijiet jikkonfermaw li x-xogħol ikun sar tajjeb, id-Direttorat ikun jista' japprova l-opinjoni professjonali li jkun ta il-perit u jawtoriżża lil Kunsill Lokali biex iħallas ir-retentions. Kull perit impjegat, jew li jkun qed jagħmel xogħol għal Kunsilli, għandu jara li jirrapporta diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu.

Promenades

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 34261, b'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 34084, jista' jagħti breakdown tas-somma ta' Lm2,000,000 li hu qiegħed jgħid li intnefqu f'xogħol tat-tisbih tal-promenade ta' Marsascala matul is-sena 1996?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Kif kelli okkażjoni ngħid kemm il-darba, l-programm ta' tisbiħ tal-Promenade beda fil-1996 meta f'Marsascala b'investiment ta' madwar Lm2 miljun, inbidlet is -sistema tad-drenaġġ u twessa' u nbena mill-ġdid il-Promenade tul Triq ix-Xatt. Ix-xogħol fuq relief sewer ġdid, Pumping Station ġdid , estensjoni fir-Rising Main , l-bini ta Retention Basin ġdid u l-bini mill-ġdid tal-Promenade swew Lm2,060,000.

Wied il-Għajn — Triq il-Batterija

Question

Jista' l-Ministru jivverifika l-livelli li qegħdin jingħataw għal bini tat-triq ġdida Triq il-Batterija Wied il-Għajn peress li skond dawn il-livelli xi djar se jispiċċaw taħt il-livell ta' wiċċ it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq ħa ħsieb biex jara li l-bini f'din it-triq ikun nkorporat fl-alignment li ġie applikat mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Dwar il-livelli tat-triq, dawn ilhom stabbiliti ħafna u l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qiegħda timmarka dawn il-livelli fil-lokalita'. Kif ċertament li jaf l-Onor. Interpellant diffikultajiet dwar il-livelli jinqalgħu (ħafna drabi) għaliex mhux kulħadd jimxi mal-livelli uffiċjali waqt il-bini.