Jista' il-Ministru jgħid jekk ġaladarba ħierġin diversi tenders sabiex jingħata wiċċ tat-tarmak lit-triq li twassal mir-Rabat għall-Baħrija, din it-triq hiex se ssir?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari numru 34842.
Jista' il-Ministru jgħid kemm intefqu flus mill-budget tal-kumitat għar-riabilitazzjoni tal-Kottonera matul din is-sena u fuq liema proġetti intefqu? Jista' jgħid ukoll jekk sarx xi virement ta' flus minn dan il-budget? Jekk fl-affermattiv, għal liema proġett ittieħdu dawn il-flus?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-budget 2002 tal-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera kien ta' Lm175,000, li minn dawn trid tnaqqas madwar Lm25,000 li jintużaw għall-amministrazzjoni, overtime u spejjeż ta' l-uffiċju. Mill-kumplament s'issa ntefqu Lm44,390 u sa l-aħħar tas-sena huwa stmat li jintefqu Lm109,775. Id-differenza żgħira intużat mill-proġetti l-oħra ta' riabilitazzjoni.
L-infieq bejn dak li diġa' tħallas u dak li għad irid jitħallas huwa kif ġej:
TĦALLSU SER JITĦALLSU
Lm Lm
Railing Couvre Porte 1,500
St Paul Church, Bormla, facade 2,727
Paving Couvre Porte 25,000
Rapport re: Foss Birgu 400
Notre Dame Gate, restawr 10,131 5,693
Upgrading St Michael Str., Isla 2,060 10,583
Design Misraħ ir-Rebħa, Birgu 400
New public toilets Bormla 3,000
Paving St Michael Str., Bormla 10,000
Bieb Sant'Anna, Isla, restawr 25,000
Scaffolding Knisja Salvatur, Kalkara 1,920
Monument Vitorja, Birgu 2,000
Ħadid għal lampezuri, Birgu 2,325
Scaffolding Monument Vitorja, Birgu 1,000
Design dawl Forti Sant'Anġlu 2,000
Photocopier tal-kulur 6,000
Overtime 1,402 6,172
Ħadid Bajja Rinella, Kalkara 2,451
Materjal għal diversi proġetti 2,486 214
Kiri ta' makkinarju 920 143
Servizzi diversi 1,050 459
Għotja Kunsill Lokali Bormla 4,922
Għotja Kunsill Lokali Birgu 2,105 2,894
Għotja Kunsill Lokali Isla 3,828 1,171
Għotja Kunsill Lokali Kalkara 5,000
Lampi Kalkara front 1,000
Spejjeż oħrajn 3,833 1,070
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' flus dovut mill-awtorita' tad-djar lill-kuntratturi għax-xogħlijiet li għamlu, liema kontijiet huma finalizzati u verifikati bħala korretti mill-istess awtorita'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita' tad-Djar ma għandha l-ebda kontijiet pendenti mal-kuntratturi tagħha.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument ta' konsultazzjoni dwar pjan ta' azzjoni fil-qasam ta' l-ilma li ġie ppreparat mill-awtorita' Maltija għar-riżorsi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument imsemmi.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il kuntratt hemm ta' tindif ta' fossa tad-drenaġġ? Kif inhuma imqassma l-lokalitajiet li jkopru dawn il-kuntratti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-kuntratt li joħroġ id-Dipartiment tad-Drenaġġ mhux biex jinaddfu l-fosos iżda biex jibattlu. Dawn il-fosos ikunu fil-lokalitajiet fejn m'hemmx is-servizz tad-drenaġġ għaddej. id-Dipartiment tad-Drenaġġ joħroġ żewġ kuntratti, waħda għal farms (lista A) u oħra għal postijiet residenzjali (lista B).
Din ta' l-aħħar qed tiġi emendata biex il-fossa tal-Baħrija tkun kuntratt separat mill-bqija peress illi hija fossa komuni li tieħu għadd ta' djar fiha.
Wieħed għandu jkun jaf illi l-Baħrija hija kollha bil-fosos peress li mhix imqabbda mas-sistema tad-drenaġġ, għalhekk trid attenzjoni speċjali u titbattal kuljum.
LISTA 'A'
Buskett
Qormi
Siġġiewi
Żebbuġ
Żurrieq
Żejtun
Iklin
Rabat
LISTA 'B'
NORTH SOUTH
Armier Attard
Baħar iċ-Ċagħaq B'Buġia
Baħrija B'Kara
Baħrija (Main cesspit) Bidnija (Main cesspit)
Burmarrad Bir id-Deheb
Għajn Rihana Buskett
Għajn Tuffieħa Dingli
Magħtab Għargħur
Manikata Għaxaq
Marfa Girgenti
Mellieħa Żurrieq
Mġarr Gudja
Miżieb Kalkara
Mtarfa Luqa
Pwales Marsascala
Qawra Marsaxlokk
Salina Madliena
St Paul's Bay Mosta
Wardija Mqabba
Xemxija Mrieħel
Żebbiegħ Naxxar
Pieta'
Qormi
Rabat
San Ġwann
Senglea
Siġġiewi
St Andrews
Swieqi
Victoria Gardens
Vittoriosa
Żabbar
Żebbuġ
Żejtun
Jista' Viċi Prim Ministru jivverifika jekk l-ammont ta' pensjoni li qiegħed jingħata l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament huwiex korrett peress li dan l-ammont jidher żgħir ħafna meta tqis li din il-persuna u martu għad għandhom tifel ta' ħdax-il sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ tal-persuna ndikata minnu ġie investigat u nstab li r-rata tal-pensjoni hija korretta.
Jista' l-Ministru jgħid l-ammont ta' overtime li inħadem u x'ħin inħadem mis-senior technical officer li qiegħed fil-ministeru u li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament fil-ġranet li ġejjien, kull ġurnata separatament: 23/10/01, 27/10/01, 6/11/01, 18/11/01, 21/11/01, 26/11/01, 30/11/01, 21/12/01, 22/12/01, 4/1/02, 8/1/02, 26/1/02, 5/2/02, 16/2/02, 23/2/02, 26/2/02, 17/3/02, 18/3/02, 6/4/02, 9/4/02, 23/4/02, 24/4/02, 11/5/02, 14/5/02, 29/5/02?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-ammont ta' overtime li nħadem mis-Senior Technical Officer imsemmi huwa kif jidher hawn taħt:
2001 2002
DATA SIGĦAT DATA SIGĦAT
23/10 5 04/01 4
27/10 8 08/01 4
06/11 6 26/01 8
18/11 0 05/02 2
21/11 5 16/02 8
26/11 5 23/02 8
30/11 5 26/02 4
21/12 0 17/03 0
22/12 0 18/03 2
06/04 8
09/04 2
23/04 5
24/04 2
11/05 8
14/05 2
29/05 5
Jista' l-Ministru jara li tiddawwal Triq Vincenzo Adrario, il-parti ta' ġewwa li tingħaqad ma' Triq Luret Cutajar, Żebbuġ peress li mal-lejl din tinstab fi dlam ċappa b'konsegwenza li anke jsiru ċertu abbużi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li x-xogħol meħtieġ għandu jsir flimkien ma' xogħolijiet oħra simili.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' rural strategy topic paper li ppublikat l-MEPA?
Response (BORG, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra 4 kopji tar-Rural Strategy Topic Paper li hu maqsum fi tlett partijiet, (Draft for Public Consultation Vol I u Vol II u Executive Summary). Aktar kopji jistgħu jittieħdu direttament mill-webpage ta` l-Awtorita` ta` Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (www.mepa.org.mt).
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjan lokali għaċ-ċentru ta' Malta ppublikat mill-MEPA?
Response (BORG, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra 4 kopji tal-Pjan Lokali għaċ-Ċentru ta` Malta li hu maqsum f`żewġ partijiet, (General and area policy proposals u policy maps). Aktar kopji jistgħu jittieħdu direttament mill-webpage ta` l-Awtorita` ta` Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (www.mepa.org.mt).
Jista' l-Ministru jgħid meta hu ippjanat li jitlesta x-xogħol ta' toroq li qiegħed isir fis-Swieqi bħalissa u li jinkorpora sistema għall-ilma tax-xita?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li filwaqt li 60% tax-xogħol imsemmi mill-Onor. Interpellant fis-Swieqi tlesta', il-kumplament hu maħsub li jitlesta' sa l-aħħar ta' Novembru ta' din is-sena.
Jista' l-Prim Ministru jgħid xi privileġġi huma intitolati għalihom il-persuni li ingħataw Ġieħ ir-Repubblika?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Apparti mill-jedd ghall-ilbies ta’ l-insinja u ghat-tqeghid ta’ ittri relevanti wara l-isem, l-Att dwar Gieh ir-Repubblika (Kap 251) ma jipprovdi ghall-ebda privileggi ghal min jinghata Unur jew Dekorazzjoni taht l-istess Att.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-konċessjonijiet jew privileġġi mogħtija lill-persuni li għandhom il-karta anzjan?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Persuni li għandhom il-Karta Anzjan igawdu minn dawn il-konċessjonijiet jew privileġġi, li huma magħrufa:
a) tnaqqis fil-fare tal-karozzi tal-linja;
b) tnaqqis fil-fare tal-vapur t'Għawdex'
c) dħul b'xejn fit-Trade Fair Grounds;
d) tnaqqis fl-admission fee għal-logħob tal-football f'Ta'Qali;
d) preferenza li jaqbżu l-kju fl-isptarijiet u l-Health Centres għal dawk li għandhom 'l fuq minn 75 sena.
Barra minn hekk, fis-settur privat hemm diversi stabbilmenti u ħwienet tan-negozju li jagħtu discount lil dawk li għandhom il-Karta Anzjan.
Jista' l-Ministru jgħid x'irriżulta mill-investigazzjoni li saret tal-main tad-drenaġġ fi Triq Indri Grima, Swatar/Imsida, qabel ma din it-triq tingħata t-tarmac?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li mill-investigazjonijiet li kienu saru mid-Direttorat għat-Toroq f'parti min Triq Indri Grima Imsida/Swatar irriżulta li ma hemmx ħsarat fil-mains tad-drenaġġ. Mill-ispezzjonijiet li saru bis-CCTV instab illi kien hemm xi ħsarat f'uħud mill-House connections fil-joint mal-mains li ġew ikkawżati mir-residenti ta' dawn l-abitazzjonijiet meta dawn qabdu l-mains tagħħom. Il-ħsarat għandhom jissewew mill-kuntrattur li qed jieħu ħsieb ix-xogħol ta' l-imsemmija triq f'qasir żmien qabel ma jingħata t-tarmac.
Jista' l-Ministru jgħid jekk f'każ li Malta issir membru ta' l-UE, il-ftehim bilaterali li jeżisti ma diversi pajjiżi mhux membri ta' l-UE, dwar ħelsien mit-taxxa doppja jibqax jgħodd
Response (BORG, JOE)
Peress li t-tassazjoni diretta m'hiex primarjament kompetenza tal-Unjoni Ewropea, iżda hija għal kollox kompetenza tal-Istati Membri, it-trattati bialterlai dwar ħelsien mit-taxxa doppja li Stati Membri ġodda ta' l-Unjoni Ewropea jkunu għamlu ma' pajjiżi terzi jibqgħu validi. Għalhekk dawk it-trattati dwar ħelsien minn taxxa doppja li Malta llum għandha ma' pajjiżi terzi jibqgħu validi anke wara li Malta ssir Membru ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ma jinbidilx anki jekk u meta l-Unjoni Ewropea tiddeċiedi li l-Code of Conduct on Business Taxation jkollu rbit legali.
Ta' min jgħid ukoll li l-Unjoni Ewropea tinkoraġġi koperazzjoni f'materja ta' tassazzjoni.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-draft local plan għal Għawdex u Kemmuna maħruġ mill-Awtorita` ta' l-Ippjanar?
Response (BORG, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra 4 kopji tal-Pjan Lokali għal Għawdex u Kemmuna li hu maqsum f`żewġ partijiet, (Draft land-use policies u Draft policy maps). Aktar kopji jistgħu jittieħdu direttament mill-webpage ta` l-Awtorita` ta` Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (www.mepa.org.mt).
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari nru. 34489, jista' l-Ministru jgħid meta d-direttorat tat-toroq daħħal sistema ta' monitoraġġ fuq xogħol tal-kunsilli lokali kif spjegajt fir-risposta?
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ-ċirkolari li intbagħtet lill-kunsilli lokali dwar din il-proċedura?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li s-sistema ta' monitoraġġ bdiet titħaddem għall-ħabta t'Awissu 1999. Dan ma sarx b'ċirkolari iżda permezz ta' korrispondenza li tgħaddi bejn id-Direttorat għat-Toroq u l-Kunsill Lokali fejn ikun ser isir ix-xogħol meta ssir l-applikazzjoni għall-ħruġ tal-permess.
Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' korrispondenza simili li kienet għaddiet bejn id-Direttorat għat-Toroq u l-Kunsill Lokali tal-Birgu fil-25 t'Awissu 1999.