Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #36055 Sitting 799 2002-10-15 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ċentru Malti għar-Restawr

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża tax-xogħol li sar sabiex jiġi rranġat il-post f'Bighi għaċ-ċentru Malti għar-restawr? Ix-xogħlijiet li saru mingħajr permess mill-awtorita' ta' l-ippjanar kienu tneħħew?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #36056 Sitting 799 2002-10-15 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ċentru Malti għar-Restawr — Kopja ta' Kuntratt

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li ngħata l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, miċ-ċentru Malti għar-restawr?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #35988 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Lands Department

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala talba li kienet saret aktar minn għaxar snin ilu mill-propretarji li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, ta' plots 1-6, Għar Barka H.O.S. Rabat għal xiri ta' art li hemm wara l-plots tagħhom, għada ma ġietx milqugħa sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-talba li kienet saret aktar minn għaxar snin ilu mill-propretarji tal-plots 1-6, Għar Barka H.O.S. Rabat, għax-xiri ta` art fuq wara il-plots tagħhom ma ġietx milqugħa minħabba li l-art qiegħda barra l-iskema tal-iżvilupp u li il-kuntratt tal-akkwist tal-art mas-sidien privati għadu ma sarx.

Housing

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-applikazzjoni li għamlu l-persuni li d-dettalji tagħhom qegħdin jingħataw separatament sabiex jixtru l-propjeta' li qegħdin jokkuppaw, liema propjeta hi tal-gvern skond skema ta' l-awtorita' tad-djar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar qed tistenna tirċievi nformazjoni mitluba lill-Kummissarju ta' l-Artijiet dwar il-propjeta' in kwistjoni biex tkun tista' tkompli tipproċessa l-applikazzjoni li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #36019 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MRC — Restawr

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim bejn iċ-ċentru Malti tar-restawr u ċ-ċentru tar-restawr Taljan? Kemm kienet l-għotja tal-Gvern Taljan lil MRC u kif intefqu dawn il-flus? Kemm għandu rappreżentanti l-Gvern Taljan fuq il-bord tad-diretturi u bħalissa min huma dawn il-persuni?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #36022 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MRC

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm laboratorji fil-MRC? Għal-liema skop jintużaw dawn il-laboratorji? Dawn il-laboratorji kollha qegħdin jintużaw u jekk fin-negattiv, għaliex m'humiex qegħdin jintużaw?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #36024 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MRC

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati full-time u part-time fil-MRC u x'inhu r-rwol ta' dawn l-impjegati? Kemm minn dawn l-impjegati huma barranin? Kemm jiġu visiting lecturers barranin matul is-sena? Kemm tħallsu l-impjegati barranin taċ-ċentru? Kif ġew impjegati l-ħaddiema Maltin fiċ-ċentru peress li darba waħda biss deher avviż għall-ingaġġ ta' ħaddiema fil-MRC? X'inhuma l-kwalifiki tal-impjegati akkademiċi taċ-ċentru?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #36026 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'sar mill-kuntratt ta' ċens għall-art fiż-żona industrijali ta' Ħal Far li kien ġie iffirmat mill-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament u l-korporazzjoni Maltija għall-iżvilupp fl-4 ta' Awissu 1999?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-persuna li qed issir riferenza għaliha għandha kuntratt mal-Korporazzjoni Maltija ta' l-Iżvilupp dwar allokazzjoni ta' art f'Ħal Far. Hija l-politika tal-Korporazzjoni li lil persuni bħal dan toffrilhom art oħra f'qasam industrijali ieħor.

Kuntratturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'sar mir-regolamenti tal-bini ġodda u l-iskema tar-reġistrar tal-kuntratturi li hu ħabbar xi xhur ilu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Abbozz għal Att ġdid li sejjer ikun propost dwar ir-Reġistrazzjoni ta' kuntratturi fil-bini u Kontroll tal-Bini, qiegħed għand l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika għall-iskrutinju. Sal-bidu tas-sena d-dieħla għandhom jiġu ppubblikati numru ta' dokumenti ta' linji gwida dwar ir-regolamenti l-ġodda tal-bini. Fir-rigward ta' l-iskema tar-reġistrazzjoni tal-kuntratturi, din qed titħaddem fuq bażi volontarja sakemm l-Att imsemmi jiġi approvat mill-Parlament. Kuntratturi li jkunu jixtiequ jirreġistraw jistgħu jagħmlu dan billi japplikaw lid-Dipartiment ta' l-Industrija tal-Bini permezz ta' formola li tinkiseb mid-Dipartiment jew mill-website tal-Ministeru.

Dingli — Triq Ġuże Maria Abela

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se titkompla u titlesta Triq Ġuże Maria Abela, Dingli?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-kuntrattur mqabbad biex jasfalta din it-triq ħarġitlu order to start work sabiex ikun jista' jibda x-xogħol ta' l-asfalt.

Toroq — Nefqa

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi b'mod dettaljat mistoqsija 35626, cioe' jista' jagħti breakdown dettaljat tan-nefqa ta’ Lm30.0 miljuni li l-Prim Ministru semma li ntefqu f’toroq f’dawn l-aħħar erba' snin?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35459.

Housing

Question

Jista' il-Ministru jispjega x'inhi l-proċedura biex inkwilini fi blokk ta' appartamenti tal-gvern japplikaw għall-istallazzjoni ta' lift? X'jiġri f'każ li: i) mhux l-inwilini kollha jaqblu fuq il- lift ? ii) jekk xi appartamenti m'għadhomx tal-gvern għax inxtraw mill-inkwilini?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorita' tad-Djar tilqa' applikazzjonijiet taħt Skema V għall-installazzjoni ta' lift fi blokki ta' appartamenti li huma proprjeta' tal-Gvern, f'Malta u Għawdex li fihom tgħix xi persuna li għandha diżabilita' ta' mobilita'. L-applikazzjoni tiġi eżaminata b'konsultazzjoni mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'. Wara dan, issir spezzjoni biex jiġi stabbilit jekk hux teknikament possibbli li jiġi nstallat lift fil-partijiet komuni tal-blokk. Jekk l-inkwilini mhux kollha jaqblu li jridu l-lift, l-Awtoirta' tad-Djar xorta waħda tikkonsidra t-talba ta' dawk ir-residenti li jixtiequ li jsir il-lift. Jekk fl-istess blokka jkun hemm ukoll sidien ta' appartamenti li jridu jagħmlu użu mill-lift, dawn jintalbu joħorġu sehem mill-ispiża nvoluta.

Fgura — Triq Hompesch - Ġiebja

Question

Jista' il-Ministru jagħti l-kejl (minn ġewwa) tal-ġiebja li qiegħda tinbena fi Triq Hompesch, Fgura, ħdejn l-HSBC? Kemm hu l-volum ta' din il-ġiebja?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li l-ġiebja li qed jirreferi għaliha l-Onor.Interpellant fiha 14m X 14.5m u fonda 5.8m u kkalkulata li se tesgħa 1177 cu.m.

H'Attard — Strutturi Perikolużi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-applikazzjoni għall-għajnuna għall-irranġar ta' strutturi perilolużi f'H'Attard SHA 88/2002, peress li dawn l-istrutturi huma fi stat imminenti ta' kollass?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar irċeviet l-applikazzjoni li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant fl-aħħar ta' Awissu 2002. Fit-2 ta' Settembru 2002, l-Awtorita' bagħtet għad-dokumenti biex tagħmel il-means test meħtieġ. L-Awtorita' għadha qed tistenna żewġ dokumenti mingħand il-banek biex tkun tista' tagħmel dan il-means test.

Rabat — Tiswija ta' arkata

Question

Jista' il-Ministru jara li l-arkata li hemm mal-ġenb tal-kappella fil-Kunċizzjoni, l/0 Rabat, tiġi rranġata minnufih għax din l-arkata, li għandha valur storiku, tinsab fi stat perikoluż, bir-riskju li taqa' u tikkawża ħsara lil terzi persuni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-arkata msemmija ġiet spezzjonata minn uffiċjali tat-Taqsima tar-Restawr u qed tiġi stabbilita l-kawża tal-ħsara biex wara jkun jista' jsir ix-xogħol meħtieġ.
Leg 9 PQ #35753 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Outpatients Department (Surgical)

Question

Jista' il-Ministru jivverifika x'inhi r-raġuni għala l-pazjenti li qegħdin jattendu l-outpatients department (surgical) sabiex jagħmlulhom il-vista neċessarja wara li jkunu għamlu mammogram, it-tobba li jkun hemm mhumiex qegħdin jagħmlulhom il-vista kif suppost? Dettalji qed jintbagħtu separatament.

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mammogram normalment isir wara eżami fiżiku tas-sider. Wara li jsir Mammogram, il-proċedura hi li jinqara r-riżultat u l-pazjent jingħata l-parir meħtieġ. Ma nistax nifhem x'tip ta' vista qed jirreferi għaliha l-Onor Interpellant.

Cottonera Infrastructure Upgrading

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif intnefqu l-flus fil-vot Cottonera infrastructure upgrading (Vot 7057)?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fuq il-Vot Cottonera Infrastructure Upgrading (Vot 7057) intefqu Lm9200 fuq "Investigation of Boreholes", filwaqt li s-sena l-oħra ntefqu Lm297,665.

Riżorsi u Infrastruttura — Senior Technical Officer

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallas għall-overtime s-senior technical officer li qiegħed fil-ministeru u li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament fid-dati msemmija fit-tabella li qed tintbagħat separatament? Min kien il-persuna li awtorizza l-ħlas ta' l-overtime f'kull każ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Valletta — Bieb il-Belt

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-iskop tax-xogħlijiet li ħarġet tender għalihom fil-gazzetta tal-gvern CI 277/2002 u li se jsiru f'Bieb il-Belt, Valletta? X'inhi l-istima ta' dawn ix-xogħlijiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-iskop ta' din it-tender hu li jsir ix-xogħol imsemmi hawn taħt: qlugħ u tqegħid mill-ġdid ta' bankini li jisseparaw il-passaġġi minn fejn jgħaddu l-karozzi tal-linja. 're-surfacing' bit-tarmac ta' l-area kollha. qlugħ tal-wiċċ eżistenti tal-bankini fil-ġnub tat-terminus u jingħata wiċċ ġdid fl-istess inħawi. Peress illi din it-tender għadha miftuħa u ċioe' tagħlaq fil-31 ta' Ottubru 2002, ma jkunx prudenti f'dan l-istadju li nagħti l-valur ta' l-istess tender. Ser isir ukoll xogħol fuq l-'upgrading' tal-latrini pubbliċi u titjib fis-servizzi ta' l-inħawi kif ikun meħtieġ. Hu mistenni li permezz ta' dan ix-xogħol, l-inħawi tal-Bus Terminus jingħataw dehra aktar nadifa.

Baħrija — Raba'

Question

Jista' il-Ministru jivverifika rapporti li l-kuntrattur li suppost ibattal il-fosos KOMUNALI tal-Baħrija mhux qiegħed jagħmel xogħlu sew bil-konsegwenza li l-fosos qegħdin jitħallew ifuru fir-raba' u r-razzett fil-viċin u b'hekk jikkawżaw danni lil terzi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-kuntrattur ġie mwissi biex ibattal regolarment il-fossa tal-Baħrija u biex din ma tfurx.