Legislature:
Category:
Reset
Active:

Waste Management — Impjegat

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament jaħdimx fil-waste management strategy implementation department? Jekk fl-affermattiv, kemm ingħata promotions minn Ottubru 1998 sal-lum? Kemm tħallas overtime fl-istess perjodu kull sena separatament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-persuna ndikata huwa mpjegat fil-WMSID u minn Ottubru 1998 sa llum ingħata żewġ promotions. Minn Ottubru 1998 tħallas dawn l-ammonti f'overtime: 1998 Lm 148.63 1999 Lm 827.30 2000 Lm 924.69 2001 Lm1718.88 2002 Lm1761.31 (sal-paga ta' Settembru)
Leg 9 PQ #36249 Sitting 803 2002-10-22 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ċentru Malti għar-Restawr — Kopja ta' Kuntratt

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36056, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li ngħata l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, miċ-ċentru Malti għar-restawr??

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-persuna li d-dettalji tagħha intbagħtu separatament ma ngħatat ebda kuntratt miċ-Ċentru Malti għar-Restawr. Informat ukoll li Dr J. Cannataci (li ilu numru ta' snin appuntat Lecturer ma' l-Univeritsa`) jaqdi tlett rwooli fiċ-Ċentru Malti għar-Restawr: 1. Minn Mejju 1999 bħala Chairman tal-Bord tal-Gvernaturi, appuntat mill-Kunsill ta' l-Universita`, u għal-liema dmirijiet, s'issa qatt m'għadu rċieva ebda ħlas, 2. Minn Ottubru 2002 jagħti lectures fuq bażi part-time fil-Liġi tal-Wirt Kulturali u l-użu ta' l-informatika fil-Wirt Kulturali, għal-liema servizzi ma jirċievi ebda ħlas, 3. Minn Jannar 2002, bħala Direttur tal-Proġett IKONOS ta' l-Unjoni Ewropeja. Dan il-proġett kien idejat u ddiżinjat minn Dr Cannataci nnifsu u bis-saħħa tiegħu intrebaħ kuntratt sustanzjali mill-Unjoni Ewropeja. Minn Jannar ta' din is-sena, dawn il-fondi Ewropej jintużaw ukoll biex jiġu rimborsati numru tas-siegħat li Dr Cannataci jagħti lil dan il-proġett. Ir-rimbors isir lill-Malta University Services Ltd. Id-dettalji finanzjarji ta' dan l-arranġament diġa' ingħataw fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 17573 fis-Seduta Nurmu 341.
Leg 9 PQ #36250 Sitting 803 2002-10-22 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ċentru Malti għar-Restawr

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 36055, jista' jgħid x'kienet l-ispiża tax-xogħol li sar sabiex jiġi rranġat il-post f'Bighi għaċ-ċentru Malti għar-restawr? Ix-xogħlijiet li saru mingħajr permess mill-awtorita' ta' l-ippjanar kienu tneħħew?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ispiża tax-xogħlijiet li saru s'issa sabiex jiġi rranġat il-post f'Bigħi għaċ-Ċentru Malti għar-Restawr huma dawn li ġejjin: Lm 1999 35,637 2000 145,622 2001 174,634 2002 55,525 (sal-lum) Ix-xogħlijiet li għalihom intalab il-permess mill-Awtorita` ta' l-Ippjanar fl-1996, meta kien previst li ċ-Ċentru kellu jsir ġewwa Villa Bighi, u li saru bejn l-1996 u l-1998 qabel ma ntlaħaq ħareġ il-permess, ma tneħħewx u llum Villa Bighi qiegħda tintuża bħala s-sede tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija. Ix-xogħlijiet li għalihom intalab il-permess ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar fl-1999 u li saru bejn Diċembru 1999 u Lulju 2000 qabel ma ntlaħaq ħareġ il-permess, la tkomplew u lanqas tneħħew peress li mistennija deċiżjoni ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar fuq talba li x-xogħlijiet li saru skond l-applikazzjonijiet kif riveduti jiġu approvati mill-istess Awtorita`.
Leg 9 PQ #36251 Sitting 803 2002-10-22 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ċentru Malti għar-Restawr — Studenti

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 36054, jista' jgħid kemm hu n-numru ta' studenti fiċ-ċentru Malti għar-restawr, kull sena separatament??

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti fil-korsijiet universitarji huma: B.Cons. (Hons) 1 sena - 13-il student 2 sena - 16-il student 3 sena - 4 studenti 4 sena - 13-il student In-numru ta' studenti fil-korsijiet vokazzjonali huma: Heritage Craftsmen (Stone) Riffied - 9 studenti Sewwej - 10 studenti Mastru - 10 studenti
Leg 9 PQ #36266 Sitting 803 2002-10-22 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ċentru Malti tar-Restawr

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 36052, jista' jgħid kemm kien ir-revenue taċ-ċentru Malti tar-restawr fis-sena 2001 u fis-sena 2002 sal-lum? Kemm għandu jiġbor flus iċ-ċentru għas-servizzi li pprovda lil terzi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-'revenue' taċ-Ċentru Malti tar-Restawr għas-sena 2001 u 2002 sal-lum, huwa kif ġej: Lm 2001 498,801 2002 540,423 (sal-lum) Kien hemm 'revenue' ieħor, li huwa parti mill-proġett ta' l-E.U (IKONOS) li kien jammonta għal 921,997 Euros, liema 'revenue' huwa amministrat bħala kont separat, peress li jkopri wkoll spejjeż ta' entijiet oħra barra minn Malta. Sal-lum, iċ-Ċentru għad fadallu jiġbor is-somma ta' Lm980 għas-servizzi li pprovda lil terzi.
Leg 9 PQ #36267 Sitting 803 2002-10-22 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MRC

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 36024, jista' jgħid kemm hemm impjegati full-time u part-time fil-MRC u x'inhu r-rwol ta' dawn l-impjegati? Kemm minn dawn l-impjegati huma barranin? Kemm jiġu visiting lecturers barranin matul is-sena? Kemm tħallsu l-impjegati barranin taċ-ċentru? Kif ġew impjegati l-ħaddiema Maltin fiċ-ċentru peress li darba waħda biss deher avviż għall-ingaġġ ta' ħaddiema fil-MRC? X'inhuma l-kwalifiki ta' l-impjegati akkademiċi taċ-ċentru?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-impjegati huma mqassmin kif ġej: Full Time: 44 (MCR Staff 23 (8 Barranin) - Educ. Div. Staff 21) Part Time: 42 L-impjegati barranin tħallsu hekk: 1999 Lm 23,819 2000 Lm 96,157 2001 Lm 95,110 2002 Lm115,935 (sal-lum) Ir-rwol ta' l-impjegati jvarja, imma huwa mqassam bejn wieħed u ieħor hekk: Amministraturi, lecturers, librar, skrivani, I.T. officer, xogħol ta' l-injam, technicians, security, cleaners, xogħol ta' dokumentazzjoni, restorers u conservators. Ninsab informat ukoll li n-numru ta' visiting lecturers barranin kien kif ġej: 2000 - 3 2001 - 16 2002 - 6 (sal-lum) Il-ħaddiema Maltin fiċ-Ċentru ġew impjegati b'wieħed mit-tlett metodi li se nsemmi: 1) permezz ta' avviżi fil-gazzetta tal-Gvern, ġurnali lokali u barranin 2) permezz ta' self ta' ħaddiema minn Dipartiment tal-Gvern, 3) permezz ta' talbiet għal ħaddiema lill-Korporazzjoni għat-Taħriġ u Żvilupp Informat li mhux korrett dak li ntqas fil-Mistoqsija Parlamentari jiġifieri "peress li darba waħda biss deher avviż għall-ingaġġ ta' ħaddiema fiċ-Ċentru Malti għar-Restawr". Saru diversi avviżi għal diversi tipi ta' ħaddiema mill-1999 sal-lum. Il-kwalifiċi ta' l-impjegati akkademiċi taċ-Ċentru jiddependu fuq il-kamp ta' speċjalizzazzjoni ta' l-impjegat. Jekk l-impjegat ikun 'conservator-restorer" il-kwalifika minima normali hi dik imħabbru f'avviżi li deheru, jiġifieri t-titlu maħruġ mill-Istituto Centrale per il Restaruro ta' Ruma, jew l-Opificio delle Pietre Dure ta' Firenze, jew ekwivalenti. Jekk l-impjegat ikun lecturer f'kamp ieħor jew xjenzat jiġu applikati l-kriterji wżati mill-Universita` ta' Malta jiġifieri BA jew MA għal Assistant Lecturer, Dottorat għal Lecturer etc. Minbarra dawn il-kwalifiċi minimi, bosta impjegati għandhom kwalifiċi oħra li jinkludu titli akkademiċi, esperjenza, pubblikazzjonijiet etc.
Leg 9 PQ #36268 Sitting 803 2002-10-22 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MRC

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 36022, jista' jgħid kemm hemm laboratorji fil-MRC? Għal-liema skop jintużaw dawn il-laboratorji? Dawn il-laboratorji kollha qegħdin jintużaw u jekk fin-negattiv, għaliex m'humiex qegħdin jintużaw?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #36185 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel t'Għada — Pembroke

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru. 35659, jista' il-Ministru jgħid min kien is-sub-contractor li għamel ix-xogħol tal-kumpannija Kalaxlokk fil-junior lyceum Sir Adrian Dingli, Pembroke?

Response (GALEA, LOUIS)

Stante li r-relazzjoni tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada hi mal-kumpanija Kalaxlokk Co. Ltd biex, mhix il-prattika li jinġabru dettalji ta' sotto-kuntratturi ta' kuntratturi prinċipali li jkunu ħadu xogħol.

Bini ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-ammont li ntnefaq fuq il-bini tat-toroq mill-1 ta' Ottubru, 1998 sal-lum, kull sena separatament? Jista' jagħti d-dettalji dwar in-nefqa li saret f'kull triq, inkluż l-isem tat-triq u l-lokalita`?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.

Aġenzija Appoġġ — Xiri ta' Art

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma li l-aġenzija Appoġġ xtrat proprjeta' fi G'Mangia sabiex tużaha bħala uffiċini tagħha? Jekk fl-affermattiv, kemm inxtrat din il-proprjeta? X'inhu x-xogħol li jrid isir u kemm hu stmat il-valur tiegħu sabiex din il-proprjeta' tiġi konvertita għall-użu ta' l-aġenzija? X'inhu n-numru li se jaħdmu f'din il-proprjeta' meta tkun lesta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Aġenzija Appoġġ ma xtratx proprjeta' iżda kriet blokk ta' appartamenti wara sejħa għall-offerti permezz tad-Dipartiment tal-Kuntratti. Il-kirja tkopri perijodu ta' ħamsa u għoxrin sena. F'din il-proprjeta' mistennija jkun hemm jaħdmu madwar 80 impjegat li bħal issa qegħdin mifruxa f'seba' postijiet differenti. Meta l-Aġenzija tibda topera mill-post il-ġdid, in-nefqa tal-kirja ta' din il-proprjeta' fis-sena ser tkun anqas minn dak li jintefaq f'kirjiet mill-Aġenzija preżentement.

Pensjonijiet — Attard

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jivverifika jekk il-pensjoni li qiegħda tieħu l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, hijiex korretta minħabba li tidher li hi anqas minn żewġ terzi mill-paga li kien jieħu qabel ma rtira?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena infurmat li d-Dipartiment qiegħed jinvestiga l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Aktar il-Quddiem id-Dipartiment ser jinforma bl-eżitu tal-każ direttament lill-persuna konċernata.

H'Attard — Imdina Road - Drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jivverifika minn fejn ġejja r-riħa qawwija tad-drenaġġ li hemm fl-inħawi ta' Imdina Road, H'Attard viċin l-isptar Monte Carmeli u jara li din ir-riħa tiġi eliminata peress li hi ta' inkonvenjent kbir għar-residenti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ġie ċċekkjat il-main tad-drenaġġ fi Mdina Road, Attard u l-'flow' tad-drenaġġ għaddejja regolari. Biex tispiċċa r-riħa msemmija, se jiġu ssiġillati l-manhole covers fil-ġranet li ġejjin.

Riżorsi u Infrastruttura — Riċeviment

Question

Jista' il-Ministru jagħti r-raġuni għar-riċeviment li sar fil-ministeru fid-9 ta' Ottubru 2002, f'nofsinhar? Kemm ġie jiswa dan ir-riċeviment?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li r-riċeviment imsemmi, li sar fin-nofs siegħa waqt il-ħin tal-break, inżamm bħala ġest ta' ringrazzjament għan-nies professjonali u tekniċi minn diversi dipartimenti u aġenziji governattivi li taw kontribut siewi biex ingħalaq il-kapitlu dwar l-ambjent. Dan ir-riċeviment sewa Lm430.

SVDP — Ħinijiet tal-Viżitaturi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma l-ħinijiet għall-viżitaturi fl-isptar San Vincenz de Paule? Jingħataw permessi lill-familjari biex joqogħdu ma' l-anzjani f'ħinijiet oħra, speċjalment meta l-anzjani ma jkunux kapaċi jieħdu ħsieb tagħhom infushom? Kif wieħed jista' japplika għall-permess bħal dan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħinijiet għall-viżitaturi fir-Residenza San Vinċenz de Paule huma hekk: Bejn l-10.00 a.m. u l-11.00 a.m. Bejn it-3.00 p.m. u l-5.00 p.m. Bejn is-7.00 p.m. u t-8.00 p.m. F'ċerti każi, xi qraba jingħataw permess biex jibqgħu fis-sala biex jitimaw residenti li ma jkunux kapaċi jieklu weħidhom. Dan isir fuq bażi volontarja u bi qbil man-Nursing Officers. Biex wieħed ikollu permess bħal dan jista' l-ewwel jitkellem man-Nursing Officer u wara jiġbor il-permess mill-Uffiċċju ta' l-Amministrazzjoni.
Leg 9 PQ #36058 Sitting 800 2002-10-15 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tat-Turiżmu

White Rocks Complex

Question

Jista' il-Ministru jgħid fejn waslu n-negozjati dwar l-iżvilupp tal-White Rocks Complex mill-privat? Jista' jikkonferma jekk il-consortium li miegħu qegħdin isiru negozjati għamilx talba sabiex minflok proġett turistiku dan il-proġett jispiċċa wieħed spekulattiv ta' djar u appartamenti?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-negozjati dwar l-iżvilupp tal-White Rocks Complex ilhom li ntemmu. Bħalissa l-Consortium qiegħed isegwi l-proċess mitlub mill-Awtorita’ tal-Ippjanar u l-Ambjent li jwassal għall-ħruġ ta’ permess ta’ żvilupp. Jien ukoll smajt ix-xniegħa li waslet għand l-Onor. Interpellant u nixtieq ninfurmah li m’hemm ebda verita’ fil-qlajja li minn wieħed turistiku l-Consortium qaleb il-proġett għal wieħed edilizju u spekulattiv.
Leg 9 PQ #36089 Sitting 800 2002-10-15 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Protezzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, hux qiegħed jingħata l-protezzjoni mill-pulizija l-ġurnata kollha? Jekk fl-affermattiv, għal-liema raġuni qiegħda tingħata din il-protezzjoni? X'inhi l-ispjega tal-gvern għal din il-protezzjoni?

Response (BORG, TONIO)

M`hix il-prassi li tingħata informazzjoni dwar min għandu protezzjoni u il-modalitajiet ta` tali protezzjoni.

Housing

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħadet l-awtorita' tad-djar sabiex tinvestiga l-allegat riskju għal terzi persuni li d-dettalji qed jintbagħtu separatament, li jirriżulta li hemm f'wieħed mill-maisonettes ta' l-awtorita' f'Ħad-Dingli, skond rapport li sar minn perit?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-każ li rrefera għalih l-Onor. Interpellant qed jiġi nvestigat flimkien mad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar u l-Awtorita' għall-Ippjanar u l-Ambjent.
Leg 9 PQ #36052 Sitting 799 2002-10-15 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ċentru Malti tar-Restawr — Revenue

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien ir-revenue taċ-ċentru Malti tar-restawr fis-sena 2001 u fis-sena 2002 sal-lum? Kemm għandu jiġbor flus iċ-ċentru għas-servizzi li pprovda lil terzi?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #36053 Sitting 799 2002-10-15 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ċentru Malti għar-Restawr — Spiża fuq Safar

Question

Jista' il-Ministru jara kemm-il darba siefret fuq xogħol taċ-ċentru Malti għar-restawr il-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament, mill-1 ta' Jannar 2001 sal-lum? Kemm kienu l-ispejjeż, inkluż air-fares, ta' kull safra li saret?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #36054 Sitting 799 2002-10-15 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ċentru Malti għar-Restawr — Studenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' studenti fiċ-ċentru Malti għar-restawr, kull sena separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.