Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-grad tal-persuni li isimhom qed jingħata separatament u meta ħadu l-aħħar promotion u ma liema dipartiment? Kemm ħadmu sigħat f'overtime u kemm tħallsu fil-ġranet imsemmija hawn taħt u ma liema dipartiment twettaq dan l-overtime? 6-10-2001, 7-10-2001, 13-10-2001, 14-10-2001, 20-10-2001, 21-10-2001, 27-10-2001, 28-10-2001, 3-11-2001, 4-11-2001, 10-11-2001, 11-11-2001, 17-11-2001, 18-11-2001, 24-11-2001, 25-11-2001, 1-12-2001, 2-12-2001, 8-12-2001, 9-12-2001, 15-12-2001, 16-12-2001.
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hi kif tidher hawn taħt:
L-ewwel persuna msemmija:
Grad Senior Tradesman (Plumber)
L-aħħar promotion 30 ta' April 1999
Dipartiment Drenaġġ
It-tieni persuni msemmija:
Grad General Water Fitter
L-aħħar promotion 1 ta' Jannar 1991
Dipartiment Drenaġġ
It-tielet persuna msemmija
Grad Senior Technical Officer
L-aħħar promotion 11 ta' April 2002
Dipartiment Building Construction Industry Department
Ninsab infurmat li dawn il-persuni ma ħadmux overtime fil-ġranet imsemmija fil-mistoqsija u għaldaqstant ma ħadu l-ebda ħlas ta' overtime in konnessjoni ma' dawn il-ġranet.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm vetturi fil-garage tal-pulizija li huma, għat-tiswija u kemm ilhom jistennew sabiex jitranġaw? Kemm hemm vetturi li m'għadhomx jaħdmu, u kemm hemm vetturi ta' terzi li huma miżmuma fuq ordni tal-qorti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 19-il vettura għat-tiswija fil-garage tal-Pulizija. Kif ġa kelli l-okkażżjoni nispjega ż-żmien sabiex issir it-tiswija jiddependi ħafna fuq l-ammont ta` tiswijiet meħtieġa. Infurmat ukoll illi hemm 68 vettura oħra li huma meqjusa bħala unservicable. Minn dawn 64 ġew mibjugħa b`sejħa għall-offerti li għalqet fis-6 ta` Novembru ta` din is-sena. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, infurmat li hemm 13-il vettura li qed jinżammu fuq ordni tal-Qorti.
Infakkar ukoll lill-Onor. Interpellant li matul din is-sena in-numru ta` vetturi fil-Korp tal-Pulizija żdied b`7 muturi u 33 vettura oħra.
Jista' il-Ministru jara li t-trinka li saret sabiex jgħaddu l-cables fejn il-kappella tal-Kunċizzjoni i/o Rabat, tingħalaq peress li għalkemm ilha li saret aktar minn sena ma sar l-ebda xogħol ieħor u qiegħda toħloq inkonvenjent kbir lir-residenti ta' dawn l-inħawi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ikun apprezzat jekk l-Onorevoli Membru jindika x'tip ta' cables qed jirreferi għalihom sabiex it-talba tkun tista' tiġi ndirizzata lill-azjenda relattiva.
B'referenza għax-xogħol ta' restawr li qiegħed isir ta' l-arkata li hemm mal-ġenb tal-kappella tal-Kunċizzjoni l/o Rabat, jista' il-Ministru jara li tinqala' s-siġra li hemm ma' l-arkata peress li l-għeruq ta' din is-siġra qegħdin jagħmlu l-ħsara fil-pedament ta' l-arkata?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta' restawr li qed isir fuq l-arkata li hemm mal-ġenb tal-kappella tal-Kunċizzjoni l/o Rabat, jinkorpora wkoll it-tneħħija ta' l-għeruq tas-siġra li tinsab ma' ġenb il-pedamenti ta' l-arkata.
Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma — Xogħol imwettaq
Question
Jista' il-Ministru jgħid b'referenza għax-xogħol li wettqet il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma matul dawn l-aħħar tnax il-xahar. X'tul sar ta' main renewals? X'tul sar ta' extensions? Kemm ingħataw servizzi ġodda?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm intefgħu offerti għall-għoti b'ċens temporarji ta' sit f'Pembroke għall-formazzjoni ta' neighbourhood centre (ADV No: 153)?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi kien hemm offerta waħda għall-għoti b`ċens temporanju ta` sit f`Pembroke għall-formazzjoni ta` Neighbourhood Centre (Advert No. 153).
Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta' kostruzzjoni li qiegħed isir proprju fil-wied ta' Ħ'Attard quddiem l-isptar Monte Carmeli hux kopert bil-permessi meħtieġa għax dan ix-xogħol se jimblokka l-wied u joħloq problemi ta' għargħar kbar fl-inħawi tal-madwar?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-boundary walls għoljin tal-ġebla franka li qegħdin jinbnew bħala ħitan ta' l-għelieqi bħala parti mil-bini tat-triq mis-Salini sa' San Pawl tat-Tarġa (eżatt taħt San Pawl tat-Tarġa) humiex koperti bil-permessi tal-MEPA.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu mpjegati matul l-aħħar tnax-il xahar
1) li ma kinux f'posthom waqt il-ħin tax-xogħol
2) li abbużaw mis-sick leave
F'liema gradi kienu dawn l-impjegati? X'passi ttieħdu kontra dawn l-impjegati?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li, matul dawn l-aħħar tnax-il xahar kien hemm 180 każ fejn ħaddiema ma nstabux f'posthom waqt il-ħin tax-xogħol u 29 każ fejn ħaddiema nstabu jabbużaw mis-'sick leave.
Il-gradi tal-ħaddiema huma: General Hand, Health Attendant, Labourer, Hospital Auxiliary, Bookbinder, Operative, Senior Operative, Tradesman, Senior Tradesman, Heavy Plant Driver, Motor Transport Driver, Technical Officer, Watchman, Part-Time Instructor, Marbler, Supervisor, Messenger, Quarryman, Assistant Technical Officer u Security Guard.
Il-passi dixxiplinarji li ttieħdu kontra dawn l-impjegati kienu ħruġ ta' 'charges', twissijiet bil-miktub u tlett ijiem sospensjoni bla paga. Hemm xi każi oħra li għadhom pendenti u oħrajn li ma nstabux ħatja.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija numru 36905?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat mill-Agent Kummissarju Elettorali Principali li ghall-fini ta’ l-elezzonijiet lokali, it-toroq imsemmija jaghmlu mal-lokalità ta’ Attard filwaqt li ghall-fini ta’ elezzjonijiet generali l-istess toroq jaghmlu mal-lokalità ta’ Lija, fit-Tmien Distrett Elettorali.
Ninsab infurmat li:
- Saru rikorsi quddiem l-Ufficjal Revizur, biex it-toroq imsemmija jitpoggew fis-Seba’ Distrett Elettorali fir-rigward tar-registru ta’ Ottubru 2002;
- Ghar-rigward ta’ registri elettorali tal-futur, it-toroq imsemmija ser jitpoggew mas-Seba’ Distrett Elettorali.
MEPA — Pender Place u Mercury House - Ħruġ ta' permessi
Question
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-development brief għal Pender Place u Mercury House li għadu kif inħareġ mill-MEPA?
Response (BORG, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra 4 kopji tad-development brief għal Pender Place u Mercury House. Aktar kopji jistgħu jittieħdu direttament mill-webpage ta` l-Awtorita` ta` Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (www.mepa.org.mt).
Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħata persentaġġ ta' drainage allowance il-ħaddiem li jaħdem fid-dipartiment tad-drenaġġ li dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament kull xahar f'dawn l-aħħar erba' snin?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-persentaġġ ta' drainage allowance mogħti lill-uffiċjal imsemmi, f'dawn l-aħħar snin kien ta' 20%.
Jista' il-Ministru jara li tingħata wiċċ dik il-parti ta' Triq Ġanni Bonniċi Ħaż Żebbuġ li sal-lum għadha mhux lesta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq qed jimplimenta programm għal asfaltar ta' toroq simili ma' Malta kollha, u x-xogħol fil-lokalita isir skond il-prijoritajiet li jkunu qed jirriżultaw minn żmien għal żmien.
Jista' il-Ministru jara li manhole tad-drenaġġ li jemm fil-parti mhux asfaltata ta' Triq Ġanni Bonniċi, Żebbuġ titbaxxa peress li ħafna karozzi qegħdin jieħdu l-qiegħ mal-cover tal-manhole b'konsegwenza li jikkawżaw ħsarat kbar?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-manhole ser tiġi rranġata fil-ġranet li ġejjin, mill-ħaddiema tad-Dipartiment tad-Drenaġġ.
Peress li fin-negozjati ma' l-UE ġie miftiehem li ċertu kimiċi fl-ilma tax-xorb iridu jiġu kontrollati b'mod li jikkonformaw mar-regolamenti ta' l-UE, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-KSI sabiex dan iseħħ?
Kemm hu l-valur tax-xogħol li hemm bżonn isir?
Peress li fin-negozjati ma' l-UE, ġie miftiehem li l-power station ta' Delimara trid tikkonforma mar-regolamenti ambjentali ta' l-UE, x'xogħolijiet hemm bżonn isiru sabiex dan iseħħ?
Kemm hu stmat li jiswa x-xogħol meħtieġ?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li l-Gvern Malti talab perjodu ta' transizzjoni ta' sentejn biex jikkonforma mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-emissjonijiet ta' trab u ta' N.O. mill-power station ta' Delimara. Id-direttiva relevanti, 88/609/EC, tistabbilixxi limiti għall-emissjoni ta' sulphur dioxide, N.O. u trab miċ-ċmieni tal-power stations.
Minħabba s-sulphur dioxide ser jibqa jintuża żejt b'massimu ta' wieħed fil-mija kubrit. Dwar it-trab u l-N.O., il-Korporazzjoni Enemalta qed tagħmel konsultazzjonijiet u qed tistudja proposti differenti biex tilħaq dan il-għan. Għalhekk f'dan l-istadju għadu kmieni biex tingħata l-ispiża kapitali nvoluta.
Jista' il-Ministru jgħid kemm intefqu flus mid-Dipartiment tad-drenaġġ mill-1999 sal-lum f'estenzjonijiet tad-drenaġġ u f'xogħlijiet għall-implimentazzjoni tal-masterplan kull sena separatament?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li n-nefqa kapitali fuq il-proġetti tal-Master Plan tad-Drenaġġ mis-sena 1999 'l hawn huwa kif ġej:
SENA NEFQA KAPITALI
1999 Lm461,241.
2000 Lm367,999.
2001 Lm539,596.
2002 Lm416,220.
Peress li fin-negozjati ma' l-UE, ġie miftiehem li l-impjant tal-gas jiġi trasferit mill-Qajjenza għal Bengħajsa, x'inhu l-valur tax-xogħol li hu stmat sabiex iseħħ din il-bidla?
Response (BONNICI, JOSEF)
Huwa stmat li l-valur tax-xogħol biex jinbena mpjant ġdid tal-gass f'Bengħajsa jlaħħaq għal madwar sitt miljun lira.