Jista' il-Ministru jgħid kemm inħatru managers fi ħdan ir-Roads Directorate? Min huma dawn il-persuni u xi kwalifiki għandhom sabiex jimlew dawn il-postijiet?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fuq parir ta' Boards ta' l-għażla l-Awtorita' dwar it-Trasport ħatret, lis-Sur Felix Gauci, lill-Perit John Demicoli u lill-Perit Robert Zerafa bħala Managers fid-Direttorat għat-Toroq. Dawn il-ħatriet saru wara sejħiet interni fl-Awtorita' biex jintlew dawn il-postijiet.
Jista' il-Ministru jgħid min kien responsabli għal-printing tal-poster kbir li twaħħal ma Bieb il-Bombi? Kemm ġie jiswa dan il-posteri?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li x-xogħol tal-printing tal-poster imsemmi ġie mogħti lil 'The Fotografer' tal-Fgura għas-somma globali ta' Lm7,486 wara sejħa għal offerti (tender) li saret għal dan l-iskop.
Breferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 37053 jista' il-Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni li qegħdin jitħallsu ta' l-overtime? Dawn il-persuni ingħataw xi taħriġ fuq is-sistema tal-GIS jew xogħol relatat mas-sezzjoni fejn qegħdin illum, matul dawn l-aħħar erba' snin kemm Malta kif ukoll barra? Jekk fl-affermattiv, kemm ġie jiswa dan it-taħriġ?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li t-taħriġ taż-żewġ persuni li qegħdin jaħdmu fuq is-sistema tal-GIS kien jifforma parti ntegrali tar-Raba' Protokoll Finanzjarju bejn Malta u l-Italja, u kien jinkludi kemm taħriġ f'Malta, kif ukoll taħriġ ta' ġimgħatejn ġewwa Bologna fl-Italja.
L-overtime, li sar fuq xogħol li jirrigwarda s-sistema tal-GIS sar minn persuna waħda u ma nħossx li għandi nagħti l-isem ta' din il-persuna. Pero', jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq, jiena lest li ngħaddilu dan l-isem b'mod privat.
Jista' il-Ministru jgħid f'liema dipartiment u x'inhu il-grad tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament? X'inhuma l-benefiċċji u l-allowances li jitħallas lil din il-persuna, inkluż l-użu tal-karozza jekk hu l-każ?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-persuna msemmija jokkupa l-grad ta' Supervisor fid-Dipartiment tad-Drenaġġ. Il-ħaddiem in kwestjoni għandu dawn il-benefiċji: drainage allowance, shift allowance, extra hours tal-ħdud u l-festi kif ukoll overtime u użu ta' karozza.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpannija Waste Oils Company Ltd. hijiex waħda parastatali?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħal fil-każ ta' kull soċjeta' kummerċjali oħra, l-informazzjoni mitluba dwar id-diretturi u l-azzjonisti jistgħu faċilment jinkisbu mir-Reġistru tas-Soċjetajiet li jagħmel parti mill-MFSA, jew mill-website relattiva.
Issa li jingħad li tlestew ix-xogħlijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew fi flus: 1) Mdina Road, Ħal Qormi, 2) Ħal Far Road; 3) Psaila Street, Santa Venera/Birkirkara, 4) il-junction ta' quddiem l-isptar Monte Carmeli f'Ħ'Attard; u 5) il-junction ta' fejn it-tankijiet tal-gass (Regional Road)?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rapportati traffic accidents fil-junction li mit-Triq ta' Ħaż Żabbar tagħti għal Wied il-Għajn (fejn riċentement ġew installati traffic lights), xahar b'xahar matul din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena kien hemm sitt inċidenti stradali irrapurtati lill-Pulizija li seħħew fil-post imsemmi mill-Onorevoli Interpellant. Dawn kienu tnejn fi Frar, tlieta f`Marzu u wieħed f`April.
Jista' l-Ministru jivverifika s-sitwazzjoni tal-pedestrians li ma jistgħux jaqsmu t-triq ta' Ħaż Żabbar bil-mod kif qegħdin jiġu mħaddmin it-traffic lights fil-junction tat-triq ta' Ħaż Żabbar li tagħti għal Wied il-Għajn?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-junction upgrading sar biex jiġi kkontrollat aħjar it-traffiku. Il-pedestrians għandhom faċilitajiet biex jaqsmu t-triq permezz ta' pedestrian u pelican crossings li qedgħin allokati kif gej:
Bejn il-Junction msemmija u l-Mina ta' Hompesch.
Lejn Ħaż-Żabbar bejn Triq Bajada u Triq Vitorja.
Fil-by pass ta' Wied il-Għajn.
Jista' il-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim tal-Public Private Partnership li ntlaħaq mal-Consortium Enviorment Landscaping Company Ltd?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-ftehim operattiv tal-'Public Private Partnership' bejn il-Gvern u l-'Consortium Environmental Landscapes Company Ltd' huwa ta’ natura kummercjali u ghalhekk ma nhossx li tkun etika li nqieghed kopja ta’ dan il-ftehim fuq il-mejda tal-Kamra.
Qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim bejn il-Gvern u l-'Consortium' dwar il-haddiema tal-Gvern, insejjah 'Administrative Arrangements for Public Officers'.
Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma — Xogħol imwettaq
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 37214?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li bejn l-1 ta' Novembru 2001 u l-31 ta' Ottubru 2002, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għamlet 49.8 kilometri ta' main renewals, 23.9 kilometri ta' estenzjonijiet ta' mejnijiet u nstallat 3,171 servizz ġdid.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-Awtorita' tad-Djar tivverifika l-kawża tal-ħsara strutturali li hemm fi flat . 8, Blok 7D, Wesgħat il-Plajja, Attard peress li dan id-difett li hu ta' ċerta gravita', deher wara li l-inkwilini xtraw il-post mingħand il-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 37100 jista' il-Ministru jagħti l-persentaġġ ta' drainage allowance kull xahar separatament għal dawn l-aħħar erba' snin li ġie mħallas dan l-uffiċjal kif ġie mitlub fil-mistoqsija?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-uffiċjal imsemmi tħallas dawn l-ammonti fi drainage allowance:
Xahar 1999 2000 2001 2002
Lm Lm Lm Lm
Jannar 29.81 71.06 57.73 64.71
Frar 34.78 67.63 94.86 96.23
Marzu 25.32 75.77 94.86 85.29
April 32.07 68.55 90.55 61.23
Mejju 20.26 72.16 77.62 74.36
Ġunju 90.05 119.06 90.55 87.48
Lulju NIL 72.15 77.65 83.10
Awissu 138.74 72.16 94.91 NIL
Settembru 74.45 72.16 94.91 NIL
Ottubru 67.68 64.94 73.34 262.43
Novembru 67.68 68.55 64.71
Diċembru 58.80 61.34 77.65
Jista' il-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta' landscaping li qiegħed isir madwar il-monument ta' Spencer Blata l-Bajda għandux bżonn permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar peress li jinvolvi bdil ta' siġar eżistenti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi għal dak it-tip ta` xogħol li qiegħed isir madwar il-monument ta` 'Spencer' il-Blata l-Bajda, mhux meħtieġ permess minn naħa tal-MEPA.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-kumpannija Waste Oils Company Ltd hix waħda parastatali? Jekk fl-affermattiv, hemm xi nteress tal-privat f'din il-kumpannija? Min huma l-azzjonisti u d-diretturi ta' din il-kumpannija?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nissuġġerixxi li l-mistoqsija ssir lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 37070?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Pjan tal-KSI biex jintlaħqu l-livelli tal-UE fil-kimiċi li hemm fid-direttiva dwar il-kwalita' ta' l-ilma intenzjonat għall-konsum uman, kif ipproġettat waqt in-negozjati ma' l-UE, jinkludi dan li ġej:
Tqegħid ta' kanen biex l-ilma tal-pjan jinġabar fis-siti fejn jiġi ttrattat.
It-taħlit ta' l-ilma desalinat ma' l-ilma tal-pjan fil-ġibjuni (jew siti ta' trattament) biex jonqos il-livell tan-nitrati fl-ilma ta' konsumaturi li llum qed jieħdu ilma tal-pjan biss.
L-ilma tal-pjan hu għoli fil-livelli ta' nitrati waqt li l-ilma desalinat (mir-Reverse Osmosis) m'għandu l-ebda nitrati. Wara li l-ilma tal-pjant jiġi mħallat ma' l-ilma tar-Reverse Osmosis, mudelli jindikaw li 60% tal-konsumaturi ser ikollhom ilma b'nitrat ta' bejn 45mg/l u 50mg/l u 40% ikollhom ilma taħt l-45% nitrati. Din il-fażi għandha titlesta sa l-aħħar tal-2002.
Biex il-livelli tal-chlorides jilħqu l-livell speċifikat fid-direttiva, dan it-taħlit (blending) mhux biżżejjed. Parti mill-ilma tal-pjan għandu jkun trattat u l-prodott ta' dawn l-impjanti għandu jiġi mħallat ma' l-ilma li mhux trattat. Ir-riżultat għandu jkun ferm inqas mil-livelli tan-nitrati, floru (parametri mandatorji), kif ukoll 95% tar-riżultat taħt il-livell u l-kloru, konduttivita', u sulfat. Studji wrew li meta l-livell ta' ħadid jilħaq livelli 'l fuq mid-direttiva, dan hu relatat mal-materjal tal-kanen tat-triq u tas-service. Għalhekk dawn l-istudji għadhom sejrin, il-livell ta' ħadid fl-ilma tal-vit jista' jonqos billi jinbidlu dawn il-kanen.
Dak li hemm bżonn isir huwa:
Bini u tħaddim ta' mpjant ta' trattament ta' l-ilma tal-pjan biex bejn wieħed u ieħor 70% ta' l-ilma tax-xorb jiġi ttrattat u t-taħlita totali tilħaq il-livelli mandatorji tal-paramentri kollha fid-direttiva msemmija.
Tibdil ta'
membranes
f'impjanti ta' desalinazzjoni (RO) li laħqu jew għaddew id
-design life
tagħhom.
Bdil ta' kanen qodma (li m'għandhomx
cement lining)
biex jonqos il-livell ta' ħadid fl-ilma fil-vit.
Bdil ta' kanen tas-
service
biex jonqos il-livell ta' ħadid fl-ilma tal-vit.
L-impjanti għandhom jitlestew sal-2004 f'Għawdex u 2006 f'Malta filwaqt li x-xogħolijiet ta' kanen jibqa' sejjer sal-2007.
B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 37075, jista' il-Ministru jgħid jekk id-devjazzjoni tat-traffiku msemmija kinitx approvata mit-Direttorat għat-Traffic Managment? Jekk fin-negattiv x'passi ttieħdu kontra l-kuntrattur li abbuża b'dan il-mod?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li kif diġa' semma fir-rispsota għall-Mistoqsija Parlamentari numru 37075 it-triq dejqa li tgħaqqad it-triq li minn Burmarrad tieħu għat-tela t'Alla w Ommu u t-Triq li mis-Salina tieħu għan-Naxxar mhiex parti mid-
diversion route
li ġiet applikata fil-lokal. Għalhekk ma hemm l-ebda' każ t'abbuż minn naħa tal-kuntrattur u m'hemmx passi x'jittieħdu.