Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bord — Heritage Malta

Question

Jista' il-Ministru jgħid minn min hu kompost il-bord ta' Heritage Malta? Kemm-il darba ltaqa' dan il-bord minn meta twaqqaf? Xi ħlas jingħata liċ-chairman u lill-membri tal-bord? Iċ-chairman għandu xi ħlas ieħor barra dak ta' chairman?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Valletta — Pjazza San Ġorg

Question

Jista' il-Ministru jispjega x'qiegħed jiġri fi Pjazza San Ġorg, fil-Belt valletta, proprju quddiem il-palazz presidenzjali fejn qiegħed jinqala' l-wiċċ tal-pjazza u b'hekk inħoloq inkonvenjent kbir għal kull min jgħaddi minn dawn l-inħawi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fuq talba tal-Kunsill Lokali tal-Belt, qiegħed jinbidel xi madum f'parti żgħira tal-pjazza li kien imkisser. Biss hemm il-ħsieb li jinbidel il-pavimentar kollu u b'hekk il-pjazza tintgħata facelift.

Korporazzjonijiet tal-utilities — Chairman ġdid

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li persuna li ġiet maħtura chairman ġdid ta' waħda mill-korporazzjonijiet tal-utilities qiegħda tiġi nvestigata mill-pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħtini aktar dettalji dwar il-każ li qed jirreferi għalih.
Leg 10 PQ #408 Sitting 11 2003-06-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Victoria: Triq F. Mizzi - culvert

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm ġie jiswa x-xogħol ta' rain water culvert fi Triq F. Mizzi, Victoria, Għawdex? Kemm kienet l-istima oriġinali tax-xogħlijiet? Meta nbeda x-xogħol, kemm kellu jieħu żmien sabiex jitlesta u kemm dam sabiex jitlesta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-rain water culvert ġie jiswa Lm105096.18,0. L­istima oriġinali tax­xogħolijiet kienet Lm40490.00,0. Ix­xogħol beda f'Mejju 2002 u kellu jitlesta f'għoxrin ġimgħa. Fil­fatt ix­xogħol tlesta f'Settembru 2002.

Heritage Malta — Logo

Question

Min għamel il-logo ta' Heritage Malta? Kif intgħażel u kemm tħallas għal dan ix-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-logo ta' Heritage Malta kien iddisinjat mill-kumpanija Mangion & Lightfoot Ltd., wara għażla minn bord appuntat apposta għal dan il-għan. Ix-xogħol fuq il-logo sewa Lm 460.

Burmarrad — Tal-Qlejjaq Round About

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 301 u cioe' jgħid meta se jitkompla x-xogħol u meta hu maħsub li jitlesta fuq it-triq ta' Burmarrad, il-parti li tagħti minn San Ġużepp tat-Tarġa fejn saret roundabout f'Tal-Qlejja? Kemm tħallsu flus lill-kuntrattur s'issa? Dan il-ħlas ikopri x-xogħol kollu li sar s'issa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li għalkemm ix-xogħol f'din it-triq kellu jsir bħala parti mill-proġett tat-Triq ta' Burmarrad, f'dan il-kuntratt kellhom jinbnew service ducts ta' daqs akbar minn dak previst, xogħol ta' renewals ta' mains kbar ta' l-ilma u tisħiħ ta' pedamenti li bihom il-valur tal-kuntratt oriġinali intlaħħaq. Għalhekk ġie deċiż li xogħol tat-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant jitkompla bħala parti mill-proġett ta' rikostruzzjoni ta' toroq li ser isiru taħt il-ħames Protokol Taljan. Fil-preżent, il-kumpanija Penza Tarmac Ltd. bagħtet kontijiet li jammontaw għal Lm1,467,311 għax-xogħol kollu li wettqet li minnhom tħallsu Lm1,100,483.

Mosta — Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 303 u cioe' jgħid meta se jitlesta x-xogħol kollu fuq il-Mosta ringroad? Kemm tħallas il-kuntrattur sal-lum għax-xogħol li għamel?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-ammont ta' xogħol li sar s'issa fuq il-Mosta ring road jammonta għal Lm901,192 u minnhom tħallsu Lm533,729. Peress illi kellhom jinbnew service ducts ta' daqs akbar min dak previst u xogħol ta' renewals ta' mains kbar ta' l-ilma, il-valur tal-kuntratt oriġinali ntlaħaq, għalhekk qed isiru diskussjonijiet bejn l-Awtorita' dwar it-Trasport u l-kuntrattur biex ix-xogħol addizjonali jkun jista' jsir ukoll taħt dan il-kuntratt. Id-data li fija jitlesta' dan ix-xogħol tiġi stabbilita meta jitlestew id-diskussjonijiet.

Salina — Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 302 u cioe' jgħid meta hu maħsub li jitlesta x-xogħol kollu fuq it-triq li tagħti mis-Salina sa l-Iklin? Kemm tħallas s'issa l-kuntrattur fuq dan ix-xogħol?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-ammont ta' xogħol li sar s'issa fit-triq li tagħti mis-Salina sa l-Iklin jammonta għal Lm1,355,660 u minnhom thallsu Lm980,000. Peress illi kellhom jinbnew service ducts ta' daqs akbar min dak previst, xogħol ta' renewals ta' mains kbar ta' l-ilma u tisħiħ tal-pedament tat-triq, il-valur tal-kuntratt oriġinali intlaħaq, qed isiru diskussjonijiet bejn l-Awtorita' dwar it-Trasport, id-Dipartiment tal-Kuntratti u l-kuntrattur biex ix-xogħol addizjonali jkun jista' jsir ukoll taħt dan il-kuntratt. Hu stmat li x-xogħol li baqa jieħu 22 ġimgħa li jibdew min meta jintemmu dawn id-diskussjonijiet.

Price Waterhouse Cooper — Heritage Malta

Question

X'servizzi qegħda tagħti d-ditta Price Waterhouse Cooper lil Heritage Malta? Kif intgħażlet din id-ditta u kemm tħallset s'issa?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Price Waterhouse Cooper ġiet magħżula biex tidderieġi l-għażla tas-CEO minħabba r-reputazzjoni tajba li għandha fil-qasam ta' Executive Search and Selection Division. Meta kienet ħarġet is-sejħa f'Novembru ta' l-2002, Heritage Malta kienet nieqsa minn strutturi bażiċi ta' amministrazzjoni bħal uffiċċji, segreterija, eċċ. Kien għalhekk li nħasset il-ħtieġa li tkun ingaġġata kumpanija privata biex tgħin f'dan il-proċess. Għal dan ix-xogħol, il-kumpanija msemmija se titħallas Lm 825.
Leg 10 PQ #397 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Imġarr — Xogħol ta' kostrizzjoni

Question

Kemm ġie jiswa x-xogħol ta' kostruzzjoni li sar fl-iskola primarja ta' l-Imġarr (Malta)? Kemm kienet l-istima oriġinali tax-xogħlijiet? Meta inbeda x-xogħol, kemm kellu jieħu żmien sabiex jitlesta u kemm til-fatt dam sabiex tlesta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol ta' kostruzzjoni li sar fl-iskola primarja ta' l-Imġarr sewa Lm396,000. L-istima oriġinali tax-xogħol kienet ta' Lm417,000 esklużi xogħlijiet ta' sevizzi u ta' finatura fuq is-sala. Ix-xogħol ingħata bidu f'Novembru 1998 u kellu jieħu erbgħa u għoxrin xahar sabiex jitlesta. Peress iżda, li nqalgħu xi ntoppi ma' l-ex-sidien ta' l-art li kienet ġiet esproprijata biswit l-iskola biex issevi għall-espansjoni ta' l-istess skola, ix-xogħol tlesta tlett xhur wara d-data stabbilita fil-'Conditions of Contract' tas-sejħa għall-offerti hekk kif ippublikata mid-Dipartiment tal-Kuntratti.

Retaining wall — Barriera

Question

X'kienet l-ispiża sabiex jittella retaining wall fil-barriera ta' fejn il-Kwartieri ta' l-SAG f'Ta' Kandja? Kemm ilu jintefa radam f' din il-barriera? X'inhu d-dħul tal-Gvern minn dan ir-radam?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tfigħ ta' radam f'din il-barriera beda fis-27 ta' Marzu u waqaf fil-21 ta' Mejju 2003. Id-dħul tal-Gvern minn dan huwa stmat li ser jilħaq is-somma ta' Lm23,058. Rigward ir-retaining wall, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uniku retaining wall li sar kien dak temporanju ġewwa l-barriera li ma sewa l-ebda spiża lill-Gvern.

Sigurta' Soċjali — Każ dwar pensjoni

Question

B'referenza għar-risposta' ta' mistoqsija parlametnari numru 186 jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'tista' tagħmel il-persuna kkoncernata sabiex japplika għall-pensjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-persuna kon/ernata fl-uffi//ju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' So/jali li jkopri l-lokalita' tag[ha.

Unit tar-restawr — Transfers

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet trasferita' minn jew għal ma' l-unit tar-restawr fit-taqsima tax-xogħlijiet minn Jannar 1999 sal-lum? Minn liema dipartiment ġew dawn il-persuni u f'każ ta' transfers għal liema dipartiment inbagħtu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-transfers minn jew għal mal-Unit tar-Restawr, minn Jannar 1999 sa llum kienu kif ġej:- Transfers għal mal-Unit tar-Restawr:- 1 minn mal-Coordination Unit 1 minn mal-Unit għas-Servizzi ta' Tisbigħ 2 minn mad-Districts Office 1 minn mal-Human Resources Branch 2 minn mat-Taqsima tas-Saħħa 1 minn mal-Housing Department 1 minn mat-Taqsima ta' l-Edukazzjoni 1 minn mad-Dipartiment tad-Dranaġġ 1 minn mal-Contracts and Procurment Section, fi ħdan id-Dipartiment tal-Finanzi u Amministrazzjoni. Transfers minn mal-Unit tar-Restawr:- 2 għal mad-Districts Office, fi ħdan id-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzzjoni 1 għal mad-Dipartiment tad-Dranaġġ 2 għal ma' l-Agricultrual Services and Rural Development Division (meta ġew appuntati Senior Operatives).
Leg 10 PQ #406 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Kuntratt mogħti lid-ditta KPMG

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-valur tal-kuntratt li ngħatat id-ditta KPMG mill-Ministeru tas-Saħħa? Kemm fil-fatt tħallsu dawn il-konsulenti għax-xogħol li għamlu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kif diġa kien intqal fir-rispota għall-mistoqsija parlamentari numru 36573 [Seduta numru 821 - 27/11/2002], id-ditta ta' konsulenza KPMG kienet ingħatat kuntratt fit-2 ta' Mejju 2001 ta' tmintax-il xahar biex jagħmlu 'Business Process Re-Engineering' fil-Government Pharmaceutical Services [GPS]. Dan il-kuntratt li kien ukoll jinkludi s-servizzi ta' Financial Controlller u Administrative Assistant fuq bażi full-time ingħata għas-somma ta' LM88,000 li tinkludi l-VAT. Minn din is-somma sa issa d-Dipartiment tas-Saħħa ħallas LM56,052.15 [inkluż il-15% VAT], filqwaqt li l-bilanċ tal-valur tal-kuntratt huwa approvat għall-pagament. Ħarġet ukoll 'variation of contract' fuq il-kuntratt oriġinali għas-somma ta' LM54,970 [inkluż il-15% VAT] għall-assistenza fl-implementazzjoni tar-rekkomandazjonijiet li ħarġu mill-'BPR' li ukoll jinkludi s-servizzi ta' Financial Controller. Minn din is-somma tħallsu LM15,594 [inkluż il-15% VAT].

Hompesch Road/M'Scala bypass — Xogħol fil-junction

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol tal-junction bejn Hompesch Road u M'Scala bypass? Kemm kienet l-istima oriġinali tax-xogħlijiet? Meta nbeda x-xogħol, kemm kellu jieħu żmien sabiex jitlesta u kemm fil-fatt dam sakemm tlesta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol fuq il-proġett tal-Junction ta' Marsaskala beda fi Frar 2002 u kellu jispiċċa f'Lulju 2002. Waqt ix-xogħol instab li kien hemm bżonn isir cement stabilization fil-pedament tat-triq u riedu jinbidlu wkoll xi soqfa tal-gwiebi li nstabu taħt it-triq. Fuq talba tan-nies inbnew boundary walls mal-ħitan ta' l-għelieqi u retaining wall fid-daħla tat-triq. Il-valur tal-kuntratt kien stmat li ser jiswa LM132,000 iżda b'dan ix-xogħol addizjonali l-proġett ġie jiswa madwar Lm210,000 u fil-fatt tlesta f'Awissu ta' l-istess sena.

Burmarrad — Tal-Qlejja Roundabout

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija numru 182 u cioe' jgħid meta se jitkompla x-xogħol u meta hu maħsub li jitlesta fuq it-triq ta' Burmarrad, il-parti li tagħti minn San Ġużepp tat-Tarġa fejn saret roundabout f'Tal-Qlejja? Kemm tħallsu flus lill-kuntrattur s'issa? Dan il-ħlas ikopri x-xogħol kollu li sar s'issa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 182.

Salina — Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 184 u cioe' jgħid meta hu maħsub li jitlesta x-xogħol kollu fuq it-triq li tagħti mis-Salina sa l-Iklin? Kemm tħallas s'issa l-kuntrattur fuq dan ix-xogħol?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 184.

Mosta — Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 185 u cioe' jgħid meta se jitlesta x-xogħol kollu fuq il-Mosta ringroad? Kemm tħallas il-kuntrattur sal-lum għax-xogħol li għamel?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.185.
Leg 10 PQ #304 Sitting 7 2003-06-09 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Taqsima tax-Xogħlijiet Pubbliċi — Pagi kull erba' ġimgħat

Question

B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija numru 196, jista' il-Prim Ministru jgħid fil-każ tal-gradi ndustrijali tal-ħaddiema fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet Pubbliċi meta hu maħsub li se jiġi fis-seħħ il-ftehim milħuq għall-ħlas tal-pagi kull erba' ġimgħat?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li qed isiru t-tħejjijiet neċessarji, u huwa stmat li sa ftit xhur oħra għandu jiġi fis-seħħ il-ftehim milħuq għal ħlas tal-pagi kull erba’ ġimgħat.

Drenaġġ — Overflow

Question

Jista' il-Ministru jivverifika u jgħid x'inhi r-raġuni li qed ikun hemm overflow kontinwu ta' drenaġġ taħt Għeriexem l/o Rabat li mbgħad jibqa' sejjer sal-Ħemsija Ta' Qali u Ħ'Attard?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdet azzjoni mmedjata wara li nstabet ħsara ħdejn il-gate ta' l-Imdina, faċċata ta' l-Għeriexem, u l-fawran tat-dranaġġ waqaf. Ix-xogħol ser jitkompla fil-ġranet li ġejjin biex il-ħsara tissewwa darba għal dejjem.