Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħaż-Żebbuġ — Bini ta' skema għall-ilma tax-xita

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'xogħol hu previst li jsir skond tender CT186/2003 "Bini ta' skema għall-ilma tax-xita f'Ħaż-Żebbuġ Malta"? Jista' ipoġġi kopja tal-pjanta tal-culvert (inkluż site plan) fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol skond it-tender CT 186/2003 jifforma parti minn proġett għas-sistema ta' l-ilma tas-xita fil-lokalita' ta' Ħaż Żebbuġ. Il-proġett jikkonsisti fit-tqegħid ta' madwar 165 metru ta' mejn u l-kostruzzjoni ta' madwar 90 metru ta' culvert ġdid. Kopji tal-pjanti qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Birgu — Sant'Anġlu - xogħol fuq il-mollijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk it-tender għax-xogħlijiet ta' tisħiħ tal-mollijiet ta' Sant'Anġlu, fil-Birgu ġiex aġġudikat? Jekk fl-affermattiv, min rebaħ dan it-tender, x'inhu l-valur tax-xogħol, meta se jibda u meta se jispiċċa x-xogħol?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-kuntratt għadu fi stadju ta' aġġudikazzjoni.

Trasferiment ta' proprjeta' — Reġistrazzjoni ta' kuntratti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati kuntratti għat-trasferiment ta' proprjeta' immobbli matul dawn l-aħħar ħames snin, kull sena separatament?

Response (BORG, TONIO)

Nassumi li l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għar-reġistrazzjoni ta` noti ta` Insinwazzjoni stante li fir-Reġistru Pubbliku ma jiġux reġistrati kuntratti. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta` noti ta` Insinwazzjoni li ġew reġistrati fir-Reġistru Pubbliku ta` Malta u ta` Għawdex matul dawn l-aħħar ħames snin.

Xiri ta' proprjeta' minn persuni ta' nazzjonalita' barranija — Permessi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' permessi li nħarġu lil barranin sabiex jixtru l-proprjeta' f'Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar ħames snin, kull sena separatament? Kemm kien id-dħul mit-taxxa tal-boll minn dawn il-kuntratti? Kemm kien id-dħul tal-gvern mit-taxxa tal-boll minn trasferiment ta' proprjeta' matul dawn l-aħħar ħames snin, kull sena separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ permessi li ngħata lill-persuni barranin biex jixtru proprjeta’ immobbli sena b’sena matul l-aħħar ħames snin kien kif sejjer jingħad. Ma kinitx tinżamm statistika separata għall-proprjeta’ f’Għawdex u f’Malta fis-snin 1998 u 1999. NUMRU TA' PERMESSI Sena Malta Għawdex Total 1998 n/a n/a 155 1999 n/a n/a 202 2000 241 55 296 2001 274 71 345 2002 379 85 464 2003 (sa l-aħħar ta' Mejju) 227 46 273 Bir-rispett, tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li meta jingħata permess taħt l-Att dwar l-Akkwist ta’ Proprjeta’ Immobbli minn Persuni mhux Residenti (Kap 246) ma jfissirx konklussivament li jkun sar it-trasferiment u għalhekk ma jistax jingħata l-ammont mit-taxxa fuq dokumenti u trasferimenti fuq dawn il-permessi. Għar-rigward id-dħul mit-taxxa fuq dokumenti u trasferimenti ta’ proprjeta’ matul dawn l-aħħar ħames snin, kull sena separatament, ġentilment nitlob lil-Onorevoli Interpellant jara r-risposta għall-mistoqsija parlamentari Numru 766.

Vetturi liċenzjati biex jidħlu l-Belt Valletta

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' vetturi li huma liċenzjati sabiex jidħlu l-Belt Valletta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta' vetturi li huma liċenzjati biex jidħlu l-Belt Valletta huwa 51,165.

Rotot tax-xarabanks

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il xarabank jaħdmu fuq ir-rotot diversi kuljum? Liema huma dawk ir-rotot speċjali li jitħaddmu biss fi tmiem il-ġimgħa fis-sajf jew f'okkażjonijiet oħra? Kemm-il xarabank hemm fuq kull rotta partikolari?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li jkun hemm 254 xarabank jaħdmu kuljum is-sena kollha. Ma' dawn l-ammonti ta' vetturi jinħarġu vetturi addizzjonali li jvarjaw skond il-ħtieġa staġjonali. Dan isir speċjalment biex tintlaħaq id-domanda li tiżdied fis-sajf. Ir-rotot speċjali li joperaw speċjalment fi tmiem il-ġimgħa u li joffru servizz fis-sajf huma dawk li jaħdmu minn Paceville għal diversi bliet u rħula u li rotot huma dawn li ġejjien: Rotta Numru ta' Xarabanks Operat tar-rotta Buġibba 11 1 Bil-lejl (Ġimgħa u Sibt) Żabbar 18 1 Bil-lejl (Ġimgħa u Sibt) Żurrieq / Safi 34 1 Bil-lejl (Ġimgħa u Sibt) Qormi / Żebbuġ / Siġġiewi 88 1 Bil-lejl (Ġimgħa u Sibt) Rabat / Dingli 81 1 Bil-lejl (Ġimgħa u Sibt) Buġibba / Mosta 49 2 Bil-lejl (Mit-Tnejn sas-Sibt) Valletta 62 2 Bil-lejl (Mit-Tnejn sas-Sibt) San Ġwann / Naxxar 65 1 Bil-lejl (Mit-Tnejn sas-Sibt) Barra minn dawn t'hawn fuq imsemmi, jiddaħlu rottot oħra speċjali bħal per eżempju għal Futbol ta' Qali, Trade Fair, Air Show etc.

Mizbla tal-Magħtab — Waste managment

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 671, jista' il-Ministru jgħid minn min intrebaħ it-tender ta' package 1? Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li ingħata?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li it-tender intrebaħ mill-konsorzju magħmul minn Polidano Bros. Ltd. u l-kumpanija Germaniża Staedtereinigung West Nolting GmbH & Co. Ltd. Minħabba li l-kuntratt huwa ta' natura kummerċjali ma nħossx li l-kuntratt għandu jiġi ppubblikat. Biss jiena lest li nagħmlu aċċessibbli għas-sodisfazzjon ta' l-Onorevoli Membru.

Awtorita' Maltija għar-riżorsi — Permessi għal tħaffir ta' boreholes

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi għat-tħaffir ta' boreholes f'dawn l-aħħar 12-il xahar mill-awtorita' Maltija għar-riżorsi? F'liema lokalitajiet inħarġu dawn il-permessi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita' ta' Malta għar-Riżorsi ma ħarġet l-ebda permess għat-tħaffir ta' boreholes f'dawn l-aħħar tnax-il xahar.

Liċenzji tal-vetturi/tas-sewqan

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kien id-dħul mil-liċenzji tal-vetturi u mil-liċenzji tas-sewqan matul is-sena 2002? Jista' jgħid kemm mid-dħul mil-liċenzji tal-vetturi huwa dovut għal-liċenzja għad-dħul fil-Belt?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-dħul mill-liċenzji matul is-sena 2002 kien kif ġej: Liċenzja tat-triq tal-vetturi: Lm 10,672,956 Liċenzji tas-sewqan: Lm560,468 Liċenzji għad-dħul fil-Belt: Lm603,658

Heritage Malta — Kuntratti ta' konsulenza

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kuntratti ngħataw miċ-chairman ta' Heritage Malta lil Elizabeth Aylin; Patrick Abela u Architecture Project? Dawn il-kuntratti ta' konsulenza ngħataw wara sejħa għall-offerti? Kemm hu l-valur ta' dawn il-kuntratti? X'kuntratti ta' konsulenza oħrajn ingħataw minn Heritage Malta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-kuntratti mogħtija lill-persuni li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant, ċioe, dawk lil Elizabeth Aylin, Patrick Abela u l-Architecture Project, ingħataw mingħajr sejħa għall-offerti. Il-kuntratt ta' Elizabeth Ayling bħala Communications Consultant jiswa' Lm 250 fix-xahar minn 1 ta' April sa l-31 ta' Diċembru, 2003. Il-kuntratt, iżda spiċċa fil-31 ta' Mejju wara r-riżenja ta' Elizabeth Ayling. Dak ta' Patrick Abela bħala I.T. Technical Consultant kien bejn l-1 ta' Diċembru 2002 sal-31 ta' Marzu 2003 u sewa Lm 150 fix-xahar. Il-kuntratt ma' Architectural Project se jkun jiswa Lm 2,950 għal xogħol relatat ma' l-uffiċċju ewlieni, Triq il-Merkanti, il-Belt. L-uniku kuntratt ieħor mogħti kien dak ma' l-Avukat Antonio Tufigno għall-perjodu ta' bejn l-1 ta' April 2003 u l-31 ta' Marzu 2004 għal servizzi legali u biex jagħmilha ta' Segretarju tal-Bord, u li għalih qed jitħallas Lm 250 fix-xahar. Ma kienx hemm sejħa għall-offerti.
Leg 10 PQ #670 Sitting 14 2003-06-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Promozzjonijiet fir-rank ta' Logutenent Kurunell

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid meta se jinħarġu l-promozzjonijiet fir-rank ta' Logutenent Kurunell fl-armata sabiex jimtlew il-postijiet vakanti li hemm fir-reġimenti peress li dan in-nuqqas qiegħed iħalli effett negattiv fuq is-sigurta' ta' pajjiżna u l-ibħra tagħna minħabba li taffettwa l-effiċjenza u l-amministrazzjoni ta' l-armata?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-proċess ta’ l-għażla beda u li ma jirriżultax li hemm xi diffikultajiet kif qed jallega l-Onorevoli Membru.

Miżbla tal-Magħtab — Skart ta' l-industrija tal-kostruzzjoni

Question

Peress li l-Ministru ġie kkwotat li qal li l-iskart ta' l-industrija tal-kostruzzjoni mhux se jitħalla jidħol il-Magħtab minn Lulju li ġej, jista' jgħid jekk dan ifissirx li se jingħata package 1 tat-tender tal-waste management? Jekk fl-affermattiv, meta se tingħata din it-tender?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender ta' Package 1 ingħatat fit-8 ta' April 2003.
Leg 10 PQ #642 Sitting 13 2003-06-23 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — Reklutaġġ ta' suldati

Question

B'riferenza għas-sejħa għar-reklutaġġ tas-suldati, jista' il-Prim Ministru jara li dawk li qegħdin iservu fil-forzi armati fuq bażi part-time jingħataw ukoll id-dritt li japplikaw anke jekk ikunu qabżu l-eta' speċifikata?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li ma jidher li hemm l-ebda raġuni valida biex tiġi estiża l-eta` massima ta’ ħamsa u għoxrin sena għal applikanti għall-suldati fil-Forza Regolari.

Valletta — Triq Santa Lucia/Triq ir-Repubblika - taraġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li t-taraġ li sar fi Triq Santa Lucia kantuniera ma' Triq ir-Repubblika (fejn Pjazza l-Assedju l-Kbir) fil-Belt Valletta inqala' u ġie mibdul f'rampa meta l-iskop tat-taraġ kien li ma jippermettix vetturi jaqsmu Triq ir-Repubblika għax issir ħsara lil paviment u issa permess tar-rampa l-immanuvrar tal-vetturi ġie faċilitat?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-taraġ inqala' fuq insistenza tal-Kunsill lokali u tal-Pulizija sabiex il-bejjiegħa tal-Monti jkollhom minn fejn jidħlu u joħorġu. Ninforma lill-Interpellant ukoll li t-triq fil-fatt tingħalaq wara t-tluq tal-Monti, għalkemm ma hemmx sinjal tat-traffiku li jindika dan.

Karozzini liċenzjati

Question

Kemm hu n-numru ta' karozzini liċenzjati? Il-liċenzja ta' karozzini hi marbuta ma' xi rotta partikolari?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta' karozzini liċenzjati sal-lum huwa 107. Il-liċenzja tal-karozzini mhijiex marbuta ma' l-ebda rotta.

Vetturi liċenzjati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' mini buses liċenzjati? Kemm hu n-numru ta' taxis u ta' chauffeur driven cars liċenzjati? Kemm hu n-numru ta' self-drive cars liċenzjati? Kemm hu n-numru ta' coaches liċenzjati?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien ninsab infurmat illi n-numru ta' vetturi liċenzjati sa l-aħħar ta' mejju 2003 hu kif ġej: Mini Buses 407 Taxis 247 Chauffeur Driven Cars 1170 Karozzi Self Drive 5742 Coaches 156

Karozzi tal-linja liċenzjati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' karozzi tal-linja liċenzjati? Kif inhu dan in-numru maqsum fuq ir-rotot differenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li hemm 508 karozzi tal-linja li huma liċenzjati biex jaħdmu fuq ir-rotot kollha.

Vetturi liċenzjati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' vetturi liċenzjati fit-toroq tagħna, maqsuma skond il-klassifikazzjoni tal-vettura? X'inhu n-numru ta' vetturi liċenzjati fuq il-lokalita' tal-Belt Valletta; l-Imdina; u Għawdex?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' vetturi liċenzjati sa' Mejju 2003 maqsuma skond il-klassifikazzjoni tal-vettura.

CEO — Heritage Malta

Question

Kemm-il persuna applikat għal CEO ta' Heritage Malta? X'kienu l-kwalifiki tal-persuna li ntgħażlet? X'esperjenza għandha fil-qasam tal-wirt storiku u tat-tmexxija tad-dipartiment? X'kienet ir-raġuni li l-interviews saru minn ditta ta' awdituri? Min kienu l-persuni tal-bord ta' l-għażla? Jista il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li ingħatat iċ-CEO?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ħamsa u erbgħin persuna applikaw għall-kariga ta' CEO ta' Heritage Malta. Is-Sinjura Antoinette Caruana kienet il-persuna magħżula. Għal tlettax il-sena is-Sinjura Caruana okkupat il-kariga ta' General Manager of Human Resources ta' kumpanija ewlenija f'Malta. Barra minnhekk, hi wkoll chairperson tal-Malta Professional and Vocational Qualification Awards Council, Direttur fuq il-Bord ta' l-E.T.C., membru tal-Malta EU Steering Action Committee u kienet ukoll membru tal-Kunsill tal-MEA u tal-Foundation for Human Resources Department. Hi wkoll lecturer fuq bażi part-time fl-Universita' ta' Malta fejn tispeċjalizza fil-Human Resource Management u Change Strategy. Hi wkoll fellow tal-Chartered Institute of Personnel and Development fir-Renju Unit u għandha degree Masters fil-Human Resources mill-Universita' ta' Leicester. Aktar milli esperta fil-qasam tal-wirt storiku, Heritage Malta fittex persuna esperta fir-Resource Management. Heritage Malta wiret mid-Dipartiment tal-Mużewijiet numru ta' nies speċjalizzati fil-qasam tal-wirt storiku. Dwar ir-raba' parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għal tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 444. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li ingħatat lis-CEO.