Jista' il-Ministru jagħti dettalji tal-ftehim li sar sabiex id-dipartiment tad-drenaġġ jiġi ntegrat mal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma sar l-ebda ftehġm bħal ma qal l-Onorevolġ ġnterpellant.
ġl-Gvern ħa deċġżjonġ lġ jdaħħal fġs-seħħ dawk l-artġklġ ta' l-Att dwar ġl-Korporazzjonġ għas-Servġzzġ ta' l-ġlma lġ jġrrġgwardjaw ġs-Sġstema tad-Drenaġġ
Jista' il-Ministru jgħid kemm twaħħlu tabelli ġodda, kemm dawk overhead kif ukoll mal-ġenb tat-triq, li juru d-distanzi ta' l-irħula u l-ibliet? Kemm swew flus dawn it-tabelli? Minn meta twaħħlu, kemm minn dawn it-tabelli ġarrbu ħsarat? Kemm minn dawn ġew irranġati?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi s'issa twaħħlu 185 tabelli ġodda matul ir-rotta numru 1, li tieħu mill-Freeport sa ċ-Ċirkewwa. Dawn it-tabelli ġew jiswew LM200,161, li jinkludi wkoll l-overhead structures ta' l-aluminium, il-bini tal-pedamenti tal-concrete u l-installazzjoni. Fadal ukoll 111 il-tabelli li jridu jitwaħħlu.
Minn dawn it-tabelli 37 ġarrbu ħsarat, u minnhom 11 qegħdin fil-proċess li jerġgħu jitwaħħlu filwaqt li l-kuntrattur qed jistenna li jkollu s-26 tabella oħra li kien imqabbad jordna.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Kumitat tal-Garanzija, is-Supretendent tal-Wirt Kulturali u Heritage Malta esprimewx l-opinjoni tagħhom dwar l-użu taż-żewġ barrieri fl-inħawi ta' l-Imnajdra bħala engineered landfill?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lil Onor. Interpellant li iva, l-entitajiet msemmija kollha esprimew l-opinjoni teknika u professjonali fir-rigward ta' l-użu taż-żewġ barrieri bħala Engineered Landfills fl-inħawi ta' l-Imnajdra. Is-Sovrintendent u Heritage Malta fasslu rapport konġunt li ntuża ukoll sabiex jitfasslu it-Terms of Reference ta' l-Environment Impact Assessment fuq l-Engineered Landfills.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi għal-laundry fir-raħal ta' Ħal Qormi mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar mit-twaqqif tagħha sal-lum? F'liema toroq inħarġu dawn il-permessi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-permessi li nħarġu għall-laundry fir-raħal ta’ Ħal Qormi mit-twaqqif tal-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar sal-lum kienu tnejn, waħda fi Triq il-Kbira u l-oħra fi Triq il-Ġdida fi Triq San Ġwakkin.
Jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' ristrutturar hu propost li jsir mill Gvern fid-diviżjoni tax-xogħlijiet pubbliċi matul ix-xhur li ġejjin?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta saret l-aħħar riforma fl-1992, li permezz tagħha twaqqfet it-taqsima tax-Xogħlijiet, kien hemm diversi tibdil fl-istruttura tat-Taqsima. Per eżempju, id-Dipartiment tat-Toroq li kien jagħmel parti minn dak li kien magħruf qabel bħala d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, illum jifforma parti mill-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku u għalhekk jaqa' taħt il-Ministeru tat-Trasport u Telekomunikazzjoni. Id-Dipartiment tal-Bini u Manutenzjoni tad-Djar, li wkoll kien jaqa' taħt id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, illum huwa r-responsabbilta' tal-Ministeru tal-Politika Soċjali. Il-Waste Management Strategy Implementation Department inbidlitlu kemm il-funzjoni kif ukoll l-isem tiegħu bħala riżultat tat-twaqqif tal-kumpanija WasteServ. Dan illum sar Dipartiment tas-Servizzi tat-Tindif.
Mill-1 ta' Settembru, il-Parks and Landscape Conservation Section saret tifforma parti mill-Ministeru għal Affarijiet Rurali u Ambjent filwaqt li mill-1 ta'Ottubru id-Dipartiment tad-Dranaġġ ser jiġi amalgamat mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
Minn dak iż-żmien ukoll, twaqqfu numru ta' Koperattivi fid-Dipartiment tal-Manifattura u s-Servizzi. Barra minn dan, twaqqfu l-Kunsilli Lokali li għandhom relazzonijiet mill-qrib mat-Taqsima tax-Xogħlijiet dwar proġetti u xogħlijiet fil-kostitwenzi tagħhom.
Minħabba dawn iċ-ċirkustanzi, inħasset il-ħtieġa li wieħed jerġa jħares lejn l-istruttura biex jaġġornaha għaċ-ċirkostanzi ta' llum bil-ħsieb ukoll li jsir razzjonaliżżar fl-użu tar-riżorsi kemm umani kif ukoll finanzjarji. Naturlament dan iġib miegħu l-ħtieġa li wieħed iħares lejn id-diversi karigi maniġerjali li jeżistu bil-għan li jiġu riorganiżżati biex jilqgħu għall-isfidi tal-ġejjieni.
L-għan prinċipali wara dan l-eżerċizzjoni huwa li t-Taqsima tax-Xogħlijiet tkun f'pożizzjoni li tagħmel użu aħjar minn madwar 3000 ħaddiem li huma kapaċi u li huma mħarrġa f'diversi snajja fl-industrija tal-bini u kostruzzjoni, billi diversi xogħlijiet li llum qegħdin isiru mill-kuntrattur jerġgħu jibdew isiru mill-ħaddiema tal-Gvern. Dan diġa' qiegħed jitwettaq fuq diversi proġetti fosthom f'xogħlijiet ta' restawr u ta' manutenzjoni kif ukoll proġetti bħalma huwa dak ta' l-Imdina. Fix-xhur li ġejjin, dawn l-impjegati ser jaħdmu wkoll fuq il-proġett ta' Paceville, fl-irranġar tal-pjazzez prinċipali fl-irħula, ġonna pubbliċi u xogħlijiet oħra.
Dan l-istrutturar ser isir kemm fl-interess tat-Taqsima tax-Xogħlijiet kif ukoll tal-ħaddiema nfushom, u għalhekk m'għandix dubju li f'dan l-eżerċizzju ser insibu l-koperazzjoni ta' kulħadd.
Jista' il-Ministru jgħid x'għamlet il-pulizija dwar ir-rapport numru 9/V/990/2003 dwar każ fil-Marfa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li wara r-rapport li kien sar minn diversi bdiewa rigward ippumpjar ta` l-ilma fl-inħawi magħrufa bħala ta` Msid fil-Marfa, il-Pulizija kienet talbet il-parir ta` diversi dipartimenti u awtoritajiet oħra sabiex tara x`passi tista` tieħu fil-konfront tas-sidien ta` lukanda li hemm fil-qrib.
Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-bini ta' l-impjant għat-trattament tad-drenaġġ f'Għawdex?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjant għat-tisfija tad-dranaġġ f'Għawdex, li ser jiswa 'l fuq minn Lm3 miljun, ser jiġi finanzjat mill-fondi tal-Gvern Malti u tal-Unjoni Ewropea.
Fil-bidu ta' Ottubru li ġej, id-dokumenti tat-tender ser jintbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea għall-kummenti tagħhom.
Wara ssir is-sejħa pubblika għall-offerti. Din is-sejħa tiġi pubblikata wkoll fil-ġurnal uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea.
Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li d-dipartiment tad-drenaġġ se jibda jifforma parti mill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma? Jekk fl-affermattiv, meta se jsir dan l-eżerċizzju? Il-unions li jirrappreżentaw lill-ħaddiema ġew informati b'din il-bidla?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta' Ottubru, 2003 id-Dipartiment tad-Dranaġġ ser jibda jagħmel parti mill-Water Services Corporation. Nikkonferma li l-Unions li jirrapreżentaw il-ħaddiema ġew infurmati b'din il-bidla.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi talba minn xi dipartiment governattiv sabiex isir żvilupp li jinkludi proprjeta' 32, Eagle Str, Bormla?
Response (BORG, TONIO)
Skond informazzjoni miġbura mid-Dipartiment għat-Tmexxija tal-Proprjeta` l-proprjeta` f`32 Eagle Street, Bormla flimkien ma` proprjeta` oħra adjaċenti, kienet ġiet iddikjarata meħtieġa għal skop pubbliku taħt l-Ordinanza dwar Akkwist ta` Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi permezz tad-Dikjarazzjoni tal-President tar-Repubblika Numru 519 tal-4 ta` Awissu 1992 fuq talba tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta` Djar. Il-proċess ta` akkwist, li għadu ma tlestiex, qed isir taħt il-proċedura ta` Pussess u Użu għal skopijiet ta` slum clearance.
Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol ta' ranġar tal-pumping station tad-drenaġġ fil-Marsa li għerqet bl-ilma tax-xita wara l-maltempata li saret?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Pumping Station tal-Marsa, li hija l-qalba tas-sistema tad-dranaġġ fin-naħa t'isfel ta' Malta, sarulha diversi ħsarat kemm strutturali kif ukoll fl-impjant propju.
Grazzi għall-ħidma f'waqtha ta' l-uffiċjali u l-ħaddiema tad-Dipartiment tad-Dranaġġ, id-Dipartiment kien f'pożizzjoni li jerġa jħaddem il-pompi. Dan pero' ma setax isir mill-ewwel minħabba nuqqas fil-provvista ta' l-elettriku. Immedjatament il-provvista tad-dawl ġiet għan-normal il-pompi reġgħu bdew jaħdmu.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-bdiewa li għandhom raba' fl-inħawi ta' Imtarfa ingħatawx risposta għall-ilment li għamlu ma' l-Awtorita' tar-Riżorsi permezz ta' ittra bid-data 10 ta' Settembru 2003? L-isem ta' l-uffiċjal ma' min għamlu l-ilment qed jintbagħat separatament.
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma waslu l-ebda lmenti minn bdiewa fl-inħawi ta' l-Imtarfa permezz ta' ittra bid-data ta' l-10 ta' Settembru 2003.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitkompla l-pavimentar fi pjazza San Gorg propja quddiem il-palazz tal-President peress li issa wara li nqala' l-paviment il-qadim, qiegħed jinġema ħafna trab u ħmieġ?
Jista' il-Ministru jagħti breakdown tan-nefqa li l-MEPA għamlet għas-somma ta' Lm500,000 fuq proġetti ambjentali f'dawn l-aħħar sentejn? Liema kienu l-proġetti li saru u liema għaqdiet ingħataw l-għajnuna?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-Awtorita’ ta’ Malta Dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) allokat fondi li huma ddedikati għal proġetti ambjentali. Bħalissa l-Awtorita’ għandha f’ idejha is-somma ta’ Lm 406,232. Is-somma totali li hemm ddedikata għal dawn il-proġetti hi ta’ Lm 612,232, iżda parti minn dawn il-fondi għadhom ma nġabritx minħabba l-fatt li diversi ħlasijiet għal dan il-fond għandhom jiġu mħallsa fuq diversi snin skond kunidizzjonijiet f’ diversi permessi għall-iżvilupp. Il-fondi għall-proġetti huma ppjanati li jintefqu kif hawn fit-tabella hawn taħt. Ta’ min jinnota li diversi proġetti li jidhru hawn taħt diġa inbdew b’ kollaborazzjoni ma’ gruppi mhux governattivi u Kunsilli Lokali, iżda għad ma sarux ħlasijiet fuqhom. L-Aworita’ għamlet kundizzjoni li ħlasijiet fuq proġetti jsiru meta l-proġetti jitlestew b’ mod soddisfacenti.
Fund Designation
Total Fund Value
(Lm)
Amount currently paid
(Lm)
Fund for new projects
76,756
56,756
Contingency fund
64,500
44,500
Dwejra (Gozo) Fund
24,365
14,365
Gebel Ciantar Interpretation Strategy Fund
5,000
5,000
Fort Madliena Rehabilitation Fund
5,000
5,000
Wied il-Ghasel Restoration Fund
10,000
10,000
Wied Ghollieqa Fund
15,000
15,000
Qala Interpretation Strategy Fund
5,000
5,000
Artificial Reef Project
50,000
50,000
Dwejra Lines Fund
5,000
*
Victoria Lines Fund
5,000
*
Cirkewwa Project Fund
20,000
0
Ghar il-Kbir Fund
5,000
0
L-Ahrax Environmental Fund
215,000
115,000
Delimara Marine Conservation Area Fund
27,000
17,000
Tal-Bakkari Restoration Fund
3,000
*
Balconies Fund
78,611
58,611
Sealand (Xemxija) Fund
7,000
7,000
Mellieha Afforestation Fund
5,000
5,000
Qala Benches Fund
1,000
1,000
Comino MCA Fund
10,000
10,000
Kiln Restoration Fund
25,000
17,000
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-winery fil-Buskett ġietx mogħtija b'xi tip ta' titlu lill-privat? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim relattiv? Jekk fin-negattiv, b'liema mod ġiet użatha l-winery bħala restaurant waqt l-Imnarja?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-winery tal-Buskett ma ġiet mogħtija bl-ebda titlu lill-privat.
Il-winery u l-għelieqi tagħha qegħda tieħu ħsiebhom is-sezzjoni tal-Vitikultura u l-Enoloġija fi ħdan id-Diviżjoni għas-Servizzi Agrikoli u Żvilupp Rurali.
Waqt l-Imnarja il-bitħa tal-winery ġiet użata għal attivita’ tal-Korp tal-Pulizija, liema attivita’ ilha ssir għal bosta snin.
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 920, jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li x-xogħol ta' upgrading li kien imwiegħed li se jsir fix-Xgħajra issa jidher li mhux se jsir?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol ta' disinn fuq il-proġett ta' tisbiħ fix-Xatt tax-Xgħajra għadu għaddej.
Bħalissa għaddejjin taħdidiet mal-MEPA biex jinbidlu xi affarijiet mid-disinn. Fil-fatt dan il-proġett għadu nkluż fil-Business Plans tat-Taqsima tax-Xogħlijiet 2004/2006. Ix-xogħol indikat fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 920 jirreferi għax-xogħol li fuqu t-taqsima tax-Xogħlijiet ser tkun qiegħda taħdem bejn Ottubru u Ġunju 2004.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, u li ħadmet mas-servizzi Ingliżi fil-perjodu 1951-1966 u allura tħallsu l-kontribuzzjonijiet soċjali tagħha matul dan il-perjodu hijiex intitolata għal pensjoni tas-sigurta' soċjali?
Jista' il-Ministru jgħid xi ħlasijiet saru sal-lum mill-vot Embellishment of public areas? Għal liema mogħdijiet saru dawn il-ħlasijiet?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħlasijiet li saru sa llum mill-vot Embellishment of Public Areas ta' din is-sena huma kif ġej:-
DESCRIPTION
King George, Floriana
Safety Material
Bus Terminus, Valletta
Refurbishment of Bus Terminus
Supply of precast concrete slabs
Services from Enemalta Corporation
Demolition of two public conveniences ceilings
Mechanical sanding down (Invjar)
Prestressed slabs
Slabs
Overtime to Enemalta employees
Overtime to Works Division employees
Hire of Mobile Toilet
Mounted Hammer
Various materials
Hire of Jigger
AMOUNT (Lm. c.)
321.31
20,000.00
3,565.00
25,637.00
1,897.50
115.00
623.00
1,244.18
1,024.00
1,800.13
53.48
975.00
13,685.08
16.00
Jista' il-Ministru jgħid kif inhuma maqsumin fuq ir-rotot diversi il-254 xarabank li jaħdmu kuljum skond ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 842?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ir-rotot kif inhuma mqassma.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsijiet parlamentari 843 u 671 u cioe` jista' il-Ministru jgħid minn min intrebaħ it-tender ta' package 1? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li ingħata? Jista' jgħid minn meta beda jitħaddem dan il-kuntratt u x'perjodu ta' żmien ikopri? Kemm qiegħed isir ħlas kull sena mill-gvern għas-servizzi mogħtija skond dan il-kuntratt?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt ta' Package 1 intrebaħ mill-konsorzju ffurmat minn Polidano Bros. Ltd. u l-kumpanija Ġermaniża S.R.W. Minħabba li l-kuntratt huwa ta' natura kummerċjali ma nħossx li għandi npoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-kuntratt beda jitħaddem mid-19 ta' Mejju 2003 u jkopri sal-31 ta' Marzu 2008. Il-ħlas huwa ta' Lm1.18ċ, mingħajr VAT, għal kull tunnellata ta' skart li jkun aċċettabbli li tidħol fis-siti awtoriżżati. Il-ħlas isir fis-sena u għalhekk għadu kmieni biex wieħed jgħid x'ser iħallas il-Gvern kull sena.