Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il siegħa training għamlu l-bdoti tal-helicopters u ta' l-ajruplani ta' l-AFM matul Lulju, Awissu u Settembru ta' din is-sena, separatament għal kull xahar?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hi:
Taħrig fuq Ajruplani
Taħriġ fuq Helicopters
Lulju
10 siegħat
30 siegħa
Awissu
16-il siegħa
20 siegħa
Settembru
10 siegħat u 45 minuta
20 siegħa
Jista' il-Ministru jgħid min hu responsabbli mill-manutenzjoni tas-sinjali u tabelli fit-toroq kif ukoll minn street furniture ieħor bħal bollards, cats eyes u dwal fuq zebra crossings?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li r-responsabilta għas-sinjali, tabelli u street furniture oħra msemmija mill-Onor. Interpellant hija ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport f'każ ta' toroq arterjali u distributorji, l-MSD f'każ ta' toroq f'żoni ndustrijali li jappartjenu lill-Gvern, fil-waqt illi l-Kunsill Lokali huwa responsabli għall-istess affarijiet imsemmija fit-toroq l-oħra tal-pajjiż.
Jista' il-Ministru jagħti l-lista tal-postijiet fejn hemm traffic lights u pelican lights imwaħħlin f'Malta u Għawdex? Kemm-il talba hemm pendenti għat-twaħħil ta' traffic lights u pelican lights u f'liema lokalita'? Min hu responsabbli għall-manutenzjoni ta' dawn is-sistemi biex jiġi aċċertat li jaħdmu tajjeb peress li ħsara fihom tfisser periklu kbir?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-informazzjoni kollha mitluba mill-Onor. Interpellant.
L-Awtorita' dwar it-Trasport hija responsabbli mill-manutenzjoni ta' dawn is-sistemi u x-xogħol ta' manutenzjoni isir mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet fuq ordni ta' l-ADT.
Jista' il-Ministru jgħid x'sar minn package 2 tat-tender Integrated solid waste management project?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Package 2A ta' l-offerta Integrated Solid Waste Management Project ġie maqsum fi tnejn biex issir distinzjoni bejn dawk il-proġetti li ser jiġu finanzjati mill-Unjoni Ewropea u l-oħrajn li ser isiru minn fondi pubbliċi.
Il-proġetti li mhux ser jiġu finanzjati mill-Unjoni Ewropea jinkludu l-operat ta' l-Engineered Landfills u t-Transfer Station, kif ukoll il-ħażna u l-immaniġġjar ta' l-iskart perikoluż. Offerti mill-konsorzju li ġew short-listed għal dawn il-proġetti qegħdin jiġu evalwati.
Sadanittant, inbena l-proċess biex jiġu preparati d-dokumenti meħtieġa għall-iżvilupp tal-proġetti li huma eliġibli għall-fondi mill-Unjoni Ewropea.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jivverifika jekk l-ammont ta' pensjoni li qiegħda tingħata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, huwiex korrett ġaladarba din il-persuna lanqas baqgħet tagħmel xogħol part-time mis-16 ta' Ottubru, 2003?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-persuna ndikata fl-uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha.
Jista' il-Ministru jara li t-tabelli li juru d-direzzjoni tat-traffiku u l-one ways fil-ġonna tal-Buskett jerġgħu jitwaħħlu peress li dawn tneħħew u qiegħed ikun hemm konfużjoni sħiħa tat-traffiku?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena tlabt lill-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta tinvestiga l-ilment ta' l-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-proposti inkluż pjanta għat-twessigħ ta' Imdina Road, Ħaż-Żebbuġ mill-mina ta' De Rohan sat-triq ta' Ħ'Attard?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-Informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jien infurmat illi dan il-proġett hemm il-ħsieb li jitwettaq bħala parti mix-xogħol ta' titjieb ta' toroq li jistghu jsiru taħt il-ħames protocol finanzjarju ma' l-Italja. Bħalissa ntefghu l-applikazzjonijiet għand il-MEPA sabiex isiru l-konsultazzjonijiet rikjesti skond il-liġi u l-ħruġ tad-development permit. Il-MEPA tinstab għaddejja bil-valutazzjonijiet neċessarji.
Jista' il-Ministru jgħid x'sar mit-talba sabiex jitwessa Sqaq il-Mużew, f'Ħad Dingli, ħafna snin ilu ( WD1792/84)?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li wara li d-Dipartiment tat-Toroq iċċekja l-file li rrefera għalih l-Onor. Interpellant irriżulta li kien hemm korrispondenza biex ħajt li kien hemm fl-imsemmi sqaq jitneħħa minħabba li seta jaqa. Jidher li dan il-ħajt fil-fatt kien issewwa u għalhekk ma kienx hemm għalfejn jitwaqqa. Ma jidhirx iżda li kien hemm talbiet għat-twessiegħ ta' din it-triq.
Dipartiment ta' l-artijiet — Trasferimenti ta' artijiet
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1965, jista' il-Ministru jgħid kemm daħħal flus il-gvern sal-lum mill-proprjeta' trasferita (a) Manoel Island u Tigne' Point; (b) Cottonera; u (c) Ta' Pinto?
Response (BORG, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra statement li juri kemm daħħal flus il-Gvern sal-lum mill-proprjeta` li ġiet trasferita għal proġetti ta` Manoel Island, Tigne` Point, Cottonera, u Pinto Wharf.
Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-vapuri l-ġodda tal-Gozo Channel żviluppaw ħsarat fis-sistema tal-kanen tagħhom minħabba t-tip ta' materjal li ntuża? Jekk fl-affermattiv, kemm ġie jiswa x-xogħol ta' irranġar tas-sistemi konċernati?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li s-sistemi tal-kanen tal-vapuri l-ġodda tal-Gozo Channel ma żviluppawx ħsarat imma l-ammont ta' 'corrosion' tal-kanen kien ser iwassal biex dawn jiġrilhom ħsarat fi żmien qasir. Għaldaqstant sar xogħol fuqhom biex din il-problema tkun tista' tiġi evitata. Ix-xogħol kien jikonsisti fil-bdil tal-kanen għal materjal aktar reżistenti kontra l-ilma baħar. Il-materjal użat oriġinarjament kien dak li jissejjaħ 'black pipes' li ma jkunux galvanizzati imma li jkunu ta' ħxuna akbar li jifilħu għal-'corrosion'.
Sfortunatament tirriżulta li dawn il-kanen xorta waħda ma kienux tajbin biżżejjed għall-ammont ta' 'corrosion' li joħloq l-ilma baħar tagħna. Ix-xogħol fuq il-kanen il-ġodda sewa madwar LM170,000.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' impjegati mal-kumpannija Gozo Channel mill-1992 sa l-2002, kull sena separatament (fl-aħħar ta' kull sena)?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew jiswew flus il-vapuri l-ġodda tal-Gozo Channel? Jista' jagħti l-informazzjoni ta' kull vapur separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-vapuri l-ġodda tal-Gozo Channel ġew jiswew madwar Lm44 miljun lira maltin. Huwa diffiċli li tgħid eżatt kemm ġie jiswa kull wieħed għaliex ċerti spejjeż saru għat-tliet vapuri f'daqqa, pero minħabba l-arranġament tal-loans ma barra xi wħud minn dawn l-ispejjeż ġew allokati fuq vapur partikolari u ma ġewx maqsuma ugwali fuq it-tliet vapuri.
Għal din ir-raġuni, l-ewwel vapur assorba aktar spejjeż mill-oħrajn u ġie jiswa madwar Lm16 miljun. Il-vapuri l-oħra ġew jiswew madwar Lm14 miljun kull wieħed. Din l-ispiża tinkludi wkoll parti mill-imgħax li ġie kapitaliżżat waqt il-bini ta' dawn il-vapuri.
Inżid wkoll illi s'issa ebda parti min din l-ispiża ma qed titħallas mill-Gozo Channel għalkemm il-quddiem hemm il-ħsieb li jkun hemm Charter Fee bejn il-Gozo Channel u il-Gozo Ferries ibbażata fuq valur stmat għal tliet vapuri ta' Lm20 miljun u mhux Lm44 miljun.
Jista' il-Ministru jgħid x'se jsir mill-ħaddiema li ġew issensjati mill-Medigrain?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s'issa għadu ma ġie ssensjat l-ebda ħaddiem mill-Medigrain. Fl-istess waqt nirreferi wkoll lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Nru. 1692.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi qiegħda tieħu l-MEPA fil-kwestjoni li tqajmet mill-Kunsill Lokali ta' Ħad-Dingli rigward qtugħ ta' blat proprju fuq l-irdum ta' Ħad-Dingli taħt it-turretta ta' l-AFM?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li dan il-każ qiegħed jiġi nvestigat minn-naħa tas-Sezzjoni ta' l-Infurzar tal-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA). Fil-fatt saru diversi spezzjonijiet fejn ġie nnutat li tqatta' xi blat tal-wiċċ, tneħħa materjal minn fuq is-sit kif ukoll inbena ħajt b' ġebel antik bejn żewġ binjiet eżistenti. Il-persuna responsabbli mix-xogħolijiet ġiet imwissija biex tieqaf minn kull xogħol kif ukoll inħareġ Avviż Biex Tieqaf u ta' Twettieq li jġib referenza ECF 568/03.
Jista' il-Ministru jgħid kemm sal-lum inħarġu permessi mill-MEPA għar-radam tal-barrieri? Liema huma dawn il-barrieri bil-permess meħtieġ? Kemm hawn applikazzjonijiet quddiem il-MEPA għal dan it-tip ta' żvilupp li għad iridu jiġu deċiżi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ħarġet tmien (8) permessi għar-radam tal-barrieri. Dawn huma
Lands K/A, Ta’ Birrix, l/o Naxxar
Site at Tal-Mejda, l/o Triq il-Belt, Mqabba
Franka Quarry, Triq ta’ Wied Ħanżir, Siggiewi
Site at Ta’ Kandja, Limiti ta’s-Siggiewi
Existing Restored Quarry in Tal-Froxx Area, Triq Valletta, Kirkop
South West Portion of SM 72 Existing Disused quarry ‘Tal-Mejda’, Triq Valletta, Mqabba
Existing Restored Quarry between Tal-Mejda & Tal-Froxx, Triq Valletta, Mqabba
Quarry No. 43 Tal-Warda, l/o Qrendi
Site at Tal-Ksajjem, l/o Għarb, Gozo
Hemm tmien (8) applikazzjonijiet oħra pendenti
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 1804 u 1901, jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-valur totali tal-ħlasijiet li saru fuq ix-xogħol tal-Kumpless Sportiv f'Bormla? Jista' jagħti breakdown skond it-tip ta' xogħol li sar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-valur totali ta' ħlasijiet li saru fuq ix-xogħol tal-Kumpless Sportiv f'Bormla huwa kif jidher hawn taħt :-
Excavation Works Lm 123,429.87
Construction Works Lm 1,270,324.04
Mech. & Elect. Works Lm 199, 277.29
Finishes Lm 142,762.77
Planning, Project Manag., Misc. Lm 47,009.34
Total Lm1,782,803.31
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija numru 1804, jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-valur totali tal-ħlasijiet li saru fuq ix-xogħol tal-Kumpless Sportiv f'Bormla? Jista' il-Ministru jagħti breakdown skond it-tip ta' xogħol li sar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar u għalhekk tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għar-risposta ta'mistoqsija numru 1799, jista' il-Ministru jgħid kemm huma stmati li jqumu l-111 it-tabella li jridu jitwaħħlu? Jista' il-Ministru jgħid sa meta hu ppjanat li jitwaħħlu dawn it-tabelli? Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-ispiża għall-irranġar tal-37 tabella li ġarbu ħsara?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi t-tabelli li baqa x'jitwaħħlu hu stmat li ser jiswew Lm137,000. Din is-somma tinkludi l-pedamenti, strutturi, tabelli u xogħol ieħor neċessarju biex dawn jiġu mwaħħla.
Fil-preżemt madwar 70 signboards waslu biex jitwaħħlu u jibqa' 41 li jkunu jistgħu jitqiegħdu wara li l-gantries tagħhom jinħadmu fi Franza. Peress li dan jimplika element ta' 'shipment' mhux possibli għalissa li tingħata d-data ta' meta dawn it-tabelli kollha jitwaħħlu.
It-tibdil ta' tabelli li ġarrbu l-ħsara se jinxtraw bir-rati tal-kuntratt skond il-ftehim li kien hemm fil-kuntratt oriġinali. It-tabelli li tkissru jiswew madwar Lm12,000 biex jerġgħu jiġu ordnati.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tad-dipartiment tad-drenaġġ li ġew integrati fil-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma humiex se jibqgħu l-istess? Il-ħaddiema se jingħataw l-għażla jekk iridux jibqgħu mal-KSI jew imorru lura fis-servizz pubbliku?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-haddiema tad-dipartiment tad-drenaġġ li ġew
detailed
mall-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma huma rregolati skond artikoli 38 u 39 ta' l-Att dwar il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.
Għalissa m'hemmx pjanijiet biex il-KSI tapplika Artikolu 40 ta' l-Att dwar il-KSI li jirregola offerta ta' mpjieg permanenti mal-Korporazzjoni lil uffiċjali pubbliċi allokati fuq dmirijiet mal-Korporazzjoni.