Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #3298 Sitting 73 2003-12-09 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Office of review — direttur

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba d-direttur ta' l-office of review siefer, kemm dam barra l-pajjiż u kemm kienet l-ispiża globali għal kull żjara barra minn Malta minn meta ħa l-appointment f'April 2001 sa meta nbidillu r-rwol tiegħu f'Ottubru 2003?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mill-appointment tagħha f'April 2001 sa meta nbidel ir-rwol tagħha f' Ottubru 2003 id-Direttriċi ta' l-Office of Review tad-Dipartiment tas-Saħħa siefret kif ġej: 2001- Darbtejn Tul taż -ż jara (jiem) Kemm swiet flus (LM) 4 376.79 5 119.89 2002- 6 Darbiet Tul taż -ż jara (jiem) Kemm swiet flus (LM) 4 508.55 4 289.48 4 513.60 3 560.77 5 423.34 4 573.34 2003- 6 Darbiet Tul taż -ż jara (jiem) Kemm swiet flus (LM) 2 507.00 4 374.43 3 121.00 (l-ajru mħallas mill-U.E.) 3 454.27 4 307.00 2 262.75 Kien hemm drabi oħra apparti minn dawk indikati hawn fuq meta d-Direttriċi siefret fuq xogħol uffiċjali, iżda l-ispejjeż involuti kienu imħallsa kollha mill- organiżżaturi. Dan l-Uffiċċju ma jkollux informażżjoni u dettalji dwar dan is-safar.

Office of review — Direttur

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba d-direttur ta' l-office of review siefer, kemm dam barra l-pajjiż u kemm kienet l-ispiża globali għal kull żjara barra minn Malta minn meta ħa l-appointment f'April 2001 sa meta nbidillu r-rwol tiegħu f'Ottubru 2003?

Response (GATT, AUSTIN)

It-twegiba se tinghata f'seduta ohra

Siġġiewi — Triq ġdida fi Triq il-Fawwara - Asfaltar

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tingħata wiċċ it-triq n/s in Fawwara Str, Siġġiewi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport għamlet spezzjoni fil-lokalita msemmija mill-Onor. Interpellant u rriżulta illi peress li hemm ħafna għelieqi li għadhom ma ġewx żviluppati, it-triq ma tistax tingħata wiċċ għalissa.
Leg 10 PQ #3289 Sitting 72 2003-12-05 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Office of review — Direttur

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il darba d-direttur ta' l-office of review siefer, kemm dam barra l-pajjiż u kemm kienet l-ispiża globali għal kull żjara barra minn Malta minn meta ħa l-appointment f'April 2001 sa meta nbidillu r-rwol tiegħu f'Ottubru 2003?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li minn April 2001 sa Ottubru 2003 id-Direttur (Strateġija u Ippjanar) fir-rwol ta’ Direttur (“Office of Review”) siefer fuq xogħol darbtejn: Żjara Nefqa Mit-30 ta’ Ġunju sas-7 ta’ Lulju 2001 LM 493.96 Mit-23 sas-26 ta’ Marzu 2003 LM 345.47

Office of review — Direttur

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il darba d-direttur ta' l-office of review siefer, kemm dam barra l-pajjiż u kemm kienet l-ispiża globali għal kull żjara barra minn Malta minn meta ħa l-appointment f'April 2001 sa meta nbidillu r-rwol tiegħu f'Ottubru 2003?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
Leg 10 PQ #3291 Sitting 72 2003-12-05 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Office of review — Direttur

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba d-direttur ta' l-office of review siefer, kemm dam barra l-pajjiż u kemm kienet l-ispiża globali għal kull żjara barra minn Malta minn meta ħa l-appointment f'April 2001 sa meta nbidillu r-rwol tiegħu f'Ottubru 2003?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Office of review — Direttur

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba d-direttur ta' l-office of review siefer, kemm dam barra l-pajjiż u kemm kienet l-ispiża globali għal kull żjara barra minn Malta minn meta ħa l-appointment f'April 2001 sa meta nbidillu r-rwol tiegħu f'Ottubru 2003?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fil-perjodi msemmi, id-Direttur (EU Affairs) siefer erba' darbiet kif gej: Pajjiz Dati Ammont LM Brussell 1-8 ta' Lulju 2001 249.19 Ċipru 16-19 ta' Lulju 2001 91.78 Brussell 28 ta' Nov - 1 ta' Diċ 2002 465.73 Brussell 25-28 ta' Frar 2003 567.03
Leg 10 PQ #3293 Sitting 72 2003-12-05 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Office of review — Direttur

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba d-direttur ta' l-office of review siefer, kemm dam barra l-pajjiż u kemm kienet l-ispiża globali għal kull żjara barra minn Malta minn meta ħa l-appointment f'April 2001 sa meta nbidillu r-rwol tiegħu f'Ottubru 2003?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

ninsab infurmat li id-Direttur (Office of Review) fil-Ministeru għat-Turiżmu ma nħatarx f'April 2001 imma f'Jannar 2003. Minn meta ha l-ħatra 'l hawn, id-Direttur siefer darba waħda fuq xogħol meta attenda l-laqgħa tal-Kunsill Eżekuttiv ta' l-Organizzazzjoni Mondjali tat-Turiżmu li tagħha hu d-deputat rappreżentant għal pajjiżna. Id-Direttur kien Madrid mill-31 ta' Mejju 2003 sal-5 ta' Ġunju 2003. In-nefqa għas-safra kienet kif ġej: Vjaġġ Lm 151.15 Akkomodazzjoni u ikel Lm 650.08 Spejjeż oħrajn Lm 25.06 Total Lm 826.29

Char-a-bancs — Magni tal-biljetti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa s-sistema tal-magni tal-biljetti tal-karozzi tal-linja inkluż ix-xiri tal-magni u l-istallazzjoni?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li s-sistema tal-magni tal-biljetti tal-karozzi tal-linja, globalment, ġiet tiswa Lm 1,175,040. Dan l-ammont jinkludi fih il-Materjal, Installazzjoni, Taħriġ u Manutenzjoni.

Miżbla tal-Magħtab — Rimi ta' l-iskart

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kien id-dħul tal-gvern għar-rimi ta' l-iskart fil-Magħtab mill-1998 sal-lum, kull sena separatament? Kemm hu l-ammont ta' flus li l-gvern għad fadallu jiġbor mir-rimi ta' l-iskart fil-Magħtab?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tingħata f'xi seduta oħra.

Miżbla tal-Magħtab — Vetturi li jdaħħlu l-iskart

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm vetturi liċenzjati sabiex idaħħlu l-iskart fil-Magħtab? X'inhi r-rata għar-rimi fil-Magħtab illum u x'se tkun is-sena d-dieħla (2004)?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tingħata f'xi seduta oħra.

Fondi mill-UE għal riabilitazzjoni ta' miżbliet

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' fondi li l-UE hi prevista li se tagħti lil Malta għal: 1) riabilitazzjoni tal-miżbliet eżistenti; 2) tkabbir ta' l-impjant tal-kompostaġġ?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tingħata f'xi seduta oħra.

Qrendi — Temporary engineered landfills

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk tlestiex l-Environmental impact assessment li kellu jsir dwar it-temporary engineered landfills fil-Qrendi? Jekk fin-negattiv, meta se jitlesta dan l-istudju?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tingħata f'xi seduta oħra.

Mosta — Bini ta' skola ġdida

Question

Jista' il-Ministru jgħid għal liema raġuni żewġ proposti li saru lil Foundation for Tomorrow's School għal bini ta' skola ġdida fil-Mosta ġew skartati?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant l-ewwel tender ġiet skartata minħabba li ġiet miksura klawsola 1.11.5 (g) li kienet tgħid hekk:- “No entry (drawings and documentation) shall bear any identity such as name, mark, motto or nome-de-plume etc. Entries deemed to breach this condition shall be excluded from the competition.” Ir-raġuni li ġiet skartata it-tieni tender hija minħabba li minflok “Bank Draft”, kif kien mitlub fi klawsola 1.08.5 tad-dokument, kien hemm anness cheque. Klawsola 1.08.5 qed tiġi kwotata hawn taħt. “Submissions unaccompanied by a valid and original Bank Draft of fifty Malta Liri (Lm50) (Envelope No. 1) on the closing date and time of tender shall not be considered for award of the Competition.” Il-parir legali li ngħata d-Direttur Ġenerali tal-Kuntratti kien li minħabba l-kliem tassattiv ta’ din il-klawsola din l-offerta ma setgħetx tkun ikkunsidrata.

Special area of conservation

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi tfisser special area of conservation - international importance bħalma hu l-irdum ta' Ħad-Dingli (coastal cliffs 5/8) kif ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tas-26 ta' Settembru, 2003? Liema tip ta' attivita' hi eskluża minn dawn l-areas?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-Avviż Legali 257 ta’ l-2003 jiddeskrivi “Żona Speċjali ta’ Konservazzjoni” (jew “SAC”) bħala sit protett ta’ importanza nazzjonali jew ta’ importanza internazzjonali, jiġifieri żona jew inħawi li jikkontribwixxu għall-manteniment jew ir-restawr ta’ l-istat ta’ konservazzjoni favorevoli ta’ tipi ta’ abitat naturali jew speċi ndikati fl-iskedi tar-regolamenti, biex b’ hekk jikkontribwixxu b’ mod sostanzjali għall-manteniment tad-diversità bioloġika f’ Malta, fl-Ewropa u fir-reġjun bioġeografiku tal-Mediterran. Dan l-Avviz Legali jinkorpora fil-liġi Maltija d-Direttiva ta’ l-Unjoni Ewropea Nru. 92/43/EEC, magħrufa aħjar bħala l-Habitats Directive, dwar il-Konservazzjoni ta’ l-Ambjenti Naturali u l-Flora u l-Fawna Slavaġġ. L-attivitajiet f’ dawn is-siti jridu jsiru skond ir-rekwiżiti mitluba mid-Direttiva msemmija aktar ‘l fuq. Dwar attivitajiet aktar speċifiċi, dawn iż-żoni huma diġa kollha mħarsa b’ liġijiet oħra li jikkontrollow l-attivitajiet involuti, kif jidher fuq fil-mapep infushom mehmuża ma’ l-Avviz tal-Gvern Nru 877 ta’ l-2003. Fil-każ msemmi ta’ l-Irdum ta’ Ħad-Dingli, dan kien diġa koperti minn l-Avviż tal-Gvern 400 ta’ l-1996, li jikkontrolla li l-iżvilupp fl-inħawi jsir skond kriterji speċifikati fl-Att dwar l-Ippjanar ta’ l-Iżvilupp ta’ l-1992 u l-Pjan ta’ Struttura ta’ l-1990. Attivitajiet oħra li setgħu jsiru legalment skond il-liġi qabel ma ħargu dawn ir-regolamenti, xorta waħda għad jistgħu jsiru llum.

MEPA — Applikazzjoni għall-iżvilupp

Question

Jista' il-Ministru jgħid fuq liema kriterji applikazzjoni għall-iżvilupp tingħata status ta' priorita' fl-ipproċessar tagħha?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li din is-sistema ma' għadiex tintuza minħabba li ġie stabbilit il-Major Projects Team li jikkonsidra l-proġetti tal-Gvern u proġetti kbar mis-settur privat.
Leg 10 PQ #3160 Sitting 67 2003-12-01 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mosta — Bini ta' skola ġdida

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 3070, jista' il-Ministru jgħid għal liema raġuni ż-żewġ proposti li saru għal bini ta' skola ġdida fil-Mosta ġew skartati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li peress li l-iskwalifika taż-żewġ proposti ma kienetx deċiżjoni ta' l-FTS iżda tad-Dipartiment tal-Kuntratti, il-Mistoqsija għandha issir lill-Ministru konċernat.

Servizz ta' trasport pubbliku — Passiġġieri

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' passiġġieri li wżaw il-karozzi tal-linja kull sena, matul dawn l-aħħar għaxar snin? Kemm kien id-dħul minn dawn il-passiġġieri kull sena separatament?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-patrunaġġ u d-dħul mill-użu tal-karozzi tal-linja għal dawn l-aħħar għaxar snin kien hekk kif ġej: SENA AMMONT TA` PASSIĠĠIERI DĦUL TOTALI Lm 2002 29,557,340 4,801,921 2001 30,379,290 4,982,333 2000 31,207,280 5,137,146 1999 32,087,600 4,374,000 1998 33,175,770 4,075,017 1997 34,006,040 4,146,209 1996 34,380,330 4,160,218 1995 36,786,040 4,180,984 1994 38,264,300 3,938,907 1993 37,873,500 3,721,549 Ta` min jinnota li dawn il-figuri ma jinkludux 7-day tickets.
Leg 10 PQ #3070 Sitting 64 2003-11-25 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mosta — Bini ta' skola ġdida

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il proposta saret għall-kompetizzjoni għal bini ta' skola ġdida fil-Mosta? Min kienu l-periti li għamlu dawn il-proposti? F'liema stadju waslet l-evalwazzjoni ta' dawn il-proposti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li saru erbatax-il proposta għall-kompetizzjoni għal bini ta' skola ġdida fil-Mosta. Minn dawn tnax biss ġew aċċettati mid-Dipartiment tal-Kuntratti sabiex issir evalwazzjoni fuqhom. Il-Periti li għamlu il-proposti kienu: 1. Mangion & Mangion 2. Cassar, Grech, Ebejer Partners 3. Anthony Fenech Vella et 4. Perit Carm Lino Spiteri 5. Amadeo Mifsud A.&C.E. 6. Joseph Bondin A.&C.E. 7. Space Studio Camilleri Gaglione 8. TBA Periti 9. GEOCON - Malta 10. Sapienza and Valentino 11. Dr Edwin Mintoff A.&C.E. 12. Pierre Zammit A.&C.E. 13. Demicoli and Associates 14. Kevin J Farrugia A.&C.E. Informat li ir-rapport dwar l-evalwazzjoni qed jiġi finalizzat.

MEPA — Estensjoni ta' l-uffiċini

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il proposta u minn liema perit saret għal bini ta' l-estensjoni ta' l-uffiċini tal-MEPA? F'liema stadju waslet l-evalwazzjoni ta' dawn il-proposti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) irceviet erba proposti ta’ estensjoni tal-ufficini tagħha mingħand il-perit David Felice għan-nom tal-Architecture Project, il-perit David Xuereb għan-nom ta’ David Xuereb and Associates, il-perit Frank Muscat għan-nom ta’ Doric Studio u l-perit Stephen Mangion għan-nom ta’ Mangion and Mangion Partners. L-evalwazzjoni ta’ dawn il-proposti għadha ma gietx mibdija.