Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3520 fir-rigward tan-nefqa kapitali tat-toroq matul is-sena 2003?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li peress li l-proċess ta' reconciliation għadu għaddej mad-Dipartiment tat-Teżor, l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tkun tista' tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li se jsiru permezz tal-fondi mil-protokoll Taljan matul din is-sena? Liema huma l-kuntratturi li tefgħu l-offerti tagħhom għal dan ix-xogħol?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' kuntratturi li tefgħu offerti għall-proġetti ta' toroq li ser jitwettqu taħt dan il-protokoll li t-tenders għalihom għalqu fil-15 ta' Jannar, kif ukoll lista tat-toroq li huma f'dawn it-tenders, liema lista tiġi estiża skond ir-riżorsi disponibli taħt dan il-protokoll.
Jista' il-Ministru jgħid min kienu l-kumpanniji li offrew servizz ta' trasport bejn Malta u Għawdex u x'tip ta' trasport ġie offrut minn kull kumpannija separatament?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista ta' persuni/kumpaniji li offrew servizz ta' trasport bl-ajru bejn Malta u Għawdex.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-waste separation skips li qegħdin jintużaw fil-bring in sites ġewx mikrija mill-privat? Jekk fl-affermattiv, mingħand min inkrew u x'inhi r-rata tal-kera għal kull skip? L-istess kuntrattur għandu r-responsabbilta' li jiġbor l-iskart mill-iskips u jekk iva, x'inhi l-frekwenza ta' kull ġabra?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li l-waste separation skips li qegħdin jintużaw fil-bring in sites ġew mikrija mill-privat wara sejħa għall-offerti. Il-kuntrattur huwa l-Greenlines Environmental Services Ltd. bir-rata ta' 89 ċenteżmu għal kull bin kulljum. L-istess kuntrattur għandu r-responsabbilta' li jiġbor il-materjal mill-iskips skond skeda approvata mill-WasteServ Malta Ltd.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm periti jaħdmu mad-dipartiment tad-drenaġġ u meta ġew ingaġġati?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li bħalissa hemm tlett periti jaħdmu mas-sezzjoni tad-Drenaġġ:
Il-Perit Anthony Abela li kien ingaġġat mal-Gvern f'Novembru tad-1969 u kien appuntat Direttur tad-Dipartiment f'Jannar ta' 2000.
Il-Perit Mario Balzan li kien ingaġġat fid-Dipartiment tad-Drenaġġ fil-31 ta' Mejju tan-1988.
Il-Perit Godfrey Vella li kien ingaġġat fid-Dipartiment tad-Drenaġġ fi 3 ta' Marzu ta' 2003. Dan il-perit s'issa mhux mistenni jingħaqad mas-sezzjoni tad-Drenaġġ għax ma ġiex detailed għal mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-lista tal-kuntratturi li ġew short listed għax-xogħol li jrid isir fuq it-toroq bil-fondi tal-Protokol Taljan?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-kuntratturi mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa kapitali li saret fuq it-toroq matul din is-sena? Jista' jagħti breakdown ta' din in-nefqa skond it-triq li ntnefqu fuqhom?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi peress li issa wasalna fl-aħħar tas-sena u l-accounts tad-diversi voti tat-toroq ikunu qed jingħalqu bil-konsegwanza li l-pagamenti li jkunu qedgħin jiġu pproċessati ma' jkunux jistaw jirrefletu n-nefqa anwali, l-informazzjoni mitluba tkun tista tingħata wara l-għeluq ta' dawn l-accounts fl-aħħar tas-sena u reconciliation exercise li jsir mad-Dipartiment tat-Teżor.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru main renewals u estensjonijiet ta' mains ta' l-ilma mill-WSC matul dawn l-aħħar 12-il xahar? Jista' jagħti breakdown ta' dawn ix-xogħlijiet skond il-lokalita'?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid liema proġetti saru mill-Environmental landscaping consortium sal-lum? Kemm ġie jiswa kull proġett, il-materjal u x-xogħol separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid min issottometta offerti għal package 2A għad-disponiment ta' l-iskart? Liema xogħlijiet huma nklużi f'package 2A?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-offerti għal Package 2A ġew sottomessi mill-Konsorzju CGEA Onyx / AX Holdings Ltd. u minn Polidano Bros. Ltd.
Package 2A jinkludi:-
Il-bini, l-iżvilupp u tħaddim f'Malta ta'
Controlled Landfill
għal skart mhux perikoluż u mhux inert;
Il-bini, l-iżvilupp u t-tħaddim f'Malta ta'
Secure Landfill
għal ċertu tip ta' skart perikoluż;
Il-bini, l-iżvilupp u t-tħaddim f'Malta ta' impjant għall-ħażna temporanja, trattament u trasferiment ta' skart perikoluż, kif ukoll żvilupp ta' servizz ta' ġbir ta' skart perikoluż li jiġi ġġenerat f'Malta. Arranġamenti għat-trasport, trattament jew rimi ta' skart perikoluż f'Malta jew billi jiġi esportat lejn impjanti liċenzjati barra minn Malta;
Il-bini, l-iżvilupp u t-tħaddim ta' impjant f'Għawdex għal ġbir u trasferiment ta' skart mifrud, kemm perikoluż kif ukoll mhux perikoluż u mhux inert u t-trasport tiegħu lejn Malta;
Tħaddim ta' servizz ta' trasport għall-ġar ta' skart awtoriżżat jew komponenti ta' skart awtoriżżat jew materjal għar-rimi jew partijiet minnu għal trattament jew rimi finali.
Qasam industrijali ta' Ricasoli — Xogħol mill-Maltacom
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'xogħol qiegħda tagħmel il-Maltacom fil-proprjeta' li għandha fl-Industrial Estate ta' Ricasoli?
X'inhu l-iskop ta' dan ix-xogħol? Kemm hu stmat il-valur tax-xogħol li qiegħed isir?
Sejħa għad-disinn ta' Heritage Park — Imnajdra u Ħaġar Qim
Question
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument tas-sejħa internazzjonali għad-disinn ta' Heritage Park fl-Imnajdra u Ħaġar Qim?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lil Onor. Interpellant illi s-sejħa ghadha ma gietx imnedija u tiġi imnedija fit-12 ta' Diċembru 2003, meta l-istess sejħa tkun saret pubblika.
Jista' il-Ministru jopġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-istudju dwar dak li qijed jiġri fis-suq tal-propjeta' f'Malta ippreparat mill-BICC?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Building Industry Consultative Coucil waqqaf kumitat tekniku sabiex iħejji rakkomandazzjonijiet bil-għan li tingħata spinta lis-suq tal-propjeta'. Wara diskussjonijiet ma' diversi entitajiet, fosthom l-Assoċjazzjoni ta' l-Estate Agents, l-Uffiċċju Konġunt, id-Dipartiment ta' l-Artijiet u l-MEPA, l-abbozz reġa' ġie eżaminat mill-Bord tal-Building Industry Consultative Council. Ġie deċiz li dan l-abbozz jerġa' jiġi rivedut mill-kumitat tekniku qabel ma jkun ippubblikat għal konsultazzjoni pubblika sabiex wara l-proposti jkunu komunikati lill-Gvern. Ikun f'dan il-waqt li nkun nista' npoġġi kopja ta' dan l-abbozz fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru fl-upgrading tal-Bus Terminus fil-Belt Valletta u kemm ġew jiswew dawn ix-xogħlijiet?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol li sar kien fin-naħa tal-venda tal-Kottonera tal-Bus Terminus ta' Putirjal. Saret enfasi biex titnaddaf u titjieb id-dehra ta' l-inħawi zdingati hekk kif wieħed jitla' mit-taraġ tal-Car Park quddiem il-lukanda Phoenicia. Saru wkoll servizzi ġodda, irranġar tal-Kiosks tal-Glass Blocks, irrangar tal-parking bays biex jakkomodaw il-karozzi tal-linja l-ġodda, ingħata wiċċ ġdid lill-bankini u ngħata t-tarmak f'din il-parti tat-Terminus.
In-nefqa totali ta' dawn ix-xogħlijiet kienet ta' Lm 105,618. Ix-xogħol kien inbeda fil-bidu ta' Novembru 2002 u tlesta' fil-bidu ta' Marzu 2003.