Miżbla tal-Magħtab/Impjant ta' Sant'Antnin — Ħaddiema
Question
B'riferenza għal ħaddiema tal-wastesew li jaħdmu fil-Magħtab u fl-impjant ta' Sant'Antnin, jista' il-Ministru jgħid għaliex: 1) dawn il-ħaddiema ma tħallsux l-allowance tal-ħmieġ kif kien ġie mwiegħed lilhom fil-budget 2003? 2) ma tħallsux ta' l-overtime dovut lilhom minn Settembru 2003 sal-lum?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiema li qiegħed jirreferi għalihom ser jitħallsu l-allowances dovuti hekk kif dawn l-allowances jiġu riveduti skond il-ftehim milħuq mal-Unions.
Dwar l-overtime li dawn il-ħaddiema tqabbdu jagħmlu mill-WasteServ Malta Ltd., ninforma lill-Onor. Membru li dawn ser jitħallsu.
Jista' il-Ministru jagħti breakdown tad-dħul tad-dipartiment tal-liċenzji u ttestjar għas-sena 2003? X'ammont ta' flus matul is-sena 2003 huma dovuti għal cheques li ma ssarrfux? Kemm hu l-ammont totali ta' flus li għandu jiġbor dan id-dipartiment bħala arretrati?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-Informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jagħti breakdown tad-dħul mit-taxxa tad-dazju u l-VAT fuq vetturi importati matul is-sena 2003, skond il-pajjiżi ta' oriġini tal-vettura?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif gej:
Import Duty
VAT
Ewropa
LM 130,517
LM 3,305,487
Barra mill-Ewropa
LM 1,752,367
LM 2,471,893
Ma’ dan l-ammont wieħed irid iżid il-VAT li tinġabar meta titħallas t-taxxa tar-reġistrazzjoni fuq il-vetturi li għas-sena 2003 kienet ta’ Lm3,454,553.
Jista' il-Ministru jagħti n-numru ta' kull applikazzjoni tal-MEPA u l-lokalita' relattiva ta' dawk l-applikazjonijiet li mill-1 ta' Ġunju 2003 ingħataw il-fakulta' li jinbidel l-użu propost u li ġew republished? F'liema minnhom sar dan il-bdil fil-fażi ta' rikonsiderazzjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li s-sistema ta’ applikazzjonijiet fl-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ma tagħtix din l-informazzjoni b’ mod awtomatiku. Għalhekk qed inpoġġi uq il-mejda tal-Kamra lista ta’ applikazzjonijiet li mill-1 ta’ Ġunju 2003 ġew ppubblikati mill-ġdid kemm waqt il-proċess normali ta’ l-ipproċessar ta’ l-applikazzjoni kif ukoll waqt ‘reconsideration’.
Tribunal għall-investigazzjoni ta' inġustizzji — Rakkomandazzjoni
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk ir-rakkomandazzjoni li saret mit-tribunal għall-investigazzjoni ta' inġustizzji għar-rikors nru. 45/97 datata 9 ta' Diċembru 2002 hijiex se tiġi implimentata? Jekk fl-affermattiv, f'liema stadju waslu l-proċeduri relattivi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi r-rakkomandazzjoni li saret mit-Tribunal għall-Investigazzjoni tal-Inġustizzji għar-rikors imsemmi ma tistax tiġi mplimentata minħabba li l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku ma ħassitx li hija f’pożizzjoni li tirrakkomanda l-ħatra proposta mit-Tribunal.
Jista' il-Ministru jikkonferma jekk hemmx il-ħsieb li l-art fejn illum jinsab l-ex RDC hux se jittieħed għall-bini tal-fabbriki jew għal xi skop ieħor?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala parti mir-ristrutturar fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastuttura, irriżulta li l-art fil-Marsa li fil-preżent tintuża mid-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika ma tibqgħax tiġi utiliżżata iżjed għal dan l-iskop. Æaldaqstant din l-art ser tingħata lill-Malta Enterprise sabiex tkun tista' tintuża għal skopijiet oħra.
Miżbla tal-Magħtab/Miżbla ta' Sant'Antnin — Vetturi li jbattlu l-iskart
Question
Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-vetturi li jidħlu fil-miżbla tal-Magħtab u fil-miżbla ta' Sant'Antnin ma ġewx reġistrati matul is-sena 2003 skond kif titlob il-liġi? Din is-sena se jsir l-istess?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-white paper dwar land transport li ġiet imnedija mill-ADT?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-white paper dwar land transport għadha qed tiġi diskussa nternament. Naturalment din tkun tista' titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra meta tkun ippubblikata.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-istandards and guidelines (including specifications) for road construction works, design details for road construction, guidelines for the standard presentation of design documents and road geometry standards?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita` dwar it-Trasport qegħda fil-proċess li tagħmel dawn l-istandards fuq CD li kopja tagħha titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra aktar 'l quddiem.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-lista ta' dawk il-persuni/kumpanniji, inkluż l-isem u n-nazzjonalita' tagħhom, li wrew interess fl-iżvilupp tal-Heritage park?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lil Onor. Interpellant li skond ir-regolamenti tal-U.I.A. għall-kompetizzjoni ta' din in-natura l-applikanti għandhom jibqgħu anonimi, u għalhekk l-ismijiet ta' persuni / kumpaniji li rreġistraw interess fl-iżvilupp tal-Heritage Park ma jistgħux jiġu magħrufa qabel il-fażi ta' l-aġidukazzjoni.
Biss nista' nżid li rreġistraw 100 persuna / kumpanija li ġejjin :-
84 mill-Ewropa (10 minnhom Maltin);
13 mill-Asja;
3 mill-Amerika.
Guidelines for the implementation of traffic management
Question
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-guidelines for the implementation of traffic management and safety measures and temporary diversion of traffic?
Response (GALEA, ĊENSU)
Kopja tad-Dokument mitlub jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra meta jkun finalizzat u jkun approvat formalment, mill-Gvern.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti tal-ħaddiema tal-wasteserv Malta Ltd., liema impjegati kienu qabel impjegati tal-gvern?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma narax x'inhu li skop li l-kuntratti tal-ħaddiema tal-WasteServ Malta Ltd., li qabel kienu impjegati tal-Gvern, jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jikkonferma jekk hux se jsiru xi xogħlijiet ta' upgrading fil-pjazza ta' Kastlja, fil-Belt? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm huma stmati dawn ix-xogħlijiet? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra pjanta tax-xogħlijiet proposti?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-pjazza ta' Kastilja qed issir proposta ta' proġett. Din il-proposta qed tiġi studjata u evalwata fid-dettalji kollha. Wara dan l-eżerċizzju jiġi determinat x'ser isir.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-lista ta' car parking sites approvati u liċenzjati mill-ADT? Hemm xi ħsieb li ssir xi tip ta' regolamentazzjoni tal-car parks privati?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-car parking sites approvati sal-lum.
Id-Direttorat għall-Immaniġjar tat-Traffiku m'għandu l-ebda ħsieb għal regolamentazzjoni ta' car parks privati għax dawn ma jaqgħux taħt id-dikasteru ta' l-Awtorita` dwar it-Trasport ta' Malta.
Jista' il-Ministru jikkonferma jekk hemmx il-ħsieb li l-art fejn illum jinstab il-cleansing service department (ex RDC) tittieħed biex issir fabbriki jew għal xi skop ieħor?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern ma rċeviet l-ebda talba biex l-art li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant tittieħed biex issir fabbriki jew għal xi skop ieħor.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-vetturi li jidħlu fil-miżbla tal-Magħtab u fil-miżbla ta' Sant'Antnin ma ġewx irreġistrati matul is-sena li għaddiet (2003) skond kif titlob il-liġi? Din is-sena se jsir l-istess?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġa mistqarr fl-aħħar parti tar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 3355, ir-reġistrazzjoni tal-vetturi biex jidħlu sew fil-miżbla tal-Magħtab u kemm f'dik ta' Sant'Antnin, sa llum hija responsabbilta' tal-MEPA. Għalhekk nitlob lill-Onor. Membru jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar-rapport ta' ħidma tal-BICC matul dawn l-aħħar 12-il xahar?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li rapport dettaljat għall-aħħar tnax-il xahar ikun ippubblikat aktar tard din is-sena iżda, kif stipulat fl-istatut tal-BICC, żgur mhux aktar tard mill-aħħar ta' Marzu.