Laboratorju għall-ittestjat tax-xogħlijiet ta' toroq
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-laboratorju għall-ittestjar tax-xogħlijiet ta' toroq li kien hawn fi ħdan id-diviżjoni tax-xogħlijiet pubbliċi sal-lum għadu ma ġiex integrat man-national standards laboratory?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-laboratorju għall-ittestjar tax-xogħlijiet fit-toroq fi ħdan id-direttorat tat-toroq li twaqqaf xi snin ilu bi spiża konsiderevoli, sal-lum għadu mhux jitħaddem b'mod regolari?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab informat illi l-awtorita' dwar it-trasport, li llum hi responsabbli għad-direttorat tat-toroq, ħadet il-passi neċessarji għall-impjieg ta' nies kwalifikati biex jaħdmu bħala laboratory technicians f'dan il-laboratorju. Dawn il-laboratory technicians se jkunu mpjegati fil-futur qarib.
Ħaż-Żabbuġ, Malta — Triq il-Kbira - Talba għal twaħħil ta' bozza
Question
Jista' il-Ministru jgħid meta se tintlaqa' it-talba li saret mill-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ (Malta) għat-twaħħil ta' bozza ġdida fi Sqaq Nru. 10, Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ, liema talba saret f'Settembru 2001? Kopja tat-talba msemmija qed tintbagħat separatament.
Response (GATT, AUSTIN)
Peress illi x-xogħol ta' dawl tat-toroq ġie devolut lill-Kunsilli, it-twaħħil ta' bozoz ġodda issa għandu jsir, skond proċedura stabilita, mill-istess Kunsilli.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 4926 u cioe' jista' jgħid jekk hemmx postijiet vakanti għal periti ma' l-awtorita' dwar it-trasport? Jekk fl-affermattiv, kemm hu n -numru ta' postijiet vakanti u kif se jiġu mpjegati?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita dwar it-Trasport għandha tlett postijiet vakanti għal periti. Il-proċess tal-għażla huwa li l-ewwel toħroġ sejħa interna, u jekk ma jintażilx xi ħadd mill-Awtorita, issir talba lill-MIMCOL. Jekk jibqa' ma jkunx hemm xi kandidat li jikkwalifika, allura issir talba lil ETC.
Dan il-proċess għadu kif ġie finalizzat u l-ewwel perit diġa beda jaħdem ma l-Awtorita. Iż-żewġ periti l-ohrajn li ġew magħżula mill-bord tal-Awtorita, ser jiġu impjegati fil-ġranet li ġejjien.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 4927 u cioe' jista' jgħid f'liema stadju waslu l-pjanijiet tal-gvern għall-kiri ta' l-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ f'Għawdex u fil-Mellieħa?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li is-sejħiet għall-offerti ser isiru f'April ta' din is-sena. Ix-xogħolijiet attwali mistennija jibdew fil-bidu tas-sena 2005.
Fil-każ ta' l-impjant tal-Mellieħa, billi dan ser ikun imħallas mill-protokoll Taljan, il-kuntratturi mistiedna biex jagħmlu offerta, se jkunu magħżula wara li l-awtoritajiet Taljani ħarġu talba għal 'expression of interest'.
Jista' il-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta' riabilitazzjoni tal-miżbliet inkluż it-tneħħija tal-gassijiet perikolużi permezz ta' sistema ta' pipes, teħtieġx permess tal-MEPA?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-proíett æar-riabilitazzjoni tal-miúbliet jinvolvi xoæol ta' níinerija li jaqæa taót id-definizzjoni ta' úvilupp kif definit fl-Att dwar il-Kontroll ta' l-Iúvilupp 1992, kif emendat. Æaldaqstant, dan il-proíett jirrikjedi permess ta' l-iúvilupp mill-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA).
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-iskop tal-ħofra kbira li qegħda ssir fil-miżbla tal-Magħtab? Liema kuntrattur qiegħed iġorr il-materjal minn naħa għall-oħra? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' dan il-kuntrattur li qiegħed iġorr il-materjal?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif il-Gvern għalaq il-miżbla tal-Magħtab għad-depositu tal-materjal li jirriżulta mill-industrija tal-bini, beda jittieħed il-materjal minn dan is-sit biex jipprovdi il-cover meħtieġ fit-tip face. Skop ieħor għal dan iċ-ċaqlieq ta' dan il-materjal huwa li l-iskart li hemm f'dan is-sit u dak li jinsab fid-dħul ta' l-istess miżbla, jiġi mpoġġi mal-massa ta' skart li tifforma l-muntanja prinċipali biex l-area li għandha tiġi ttrattata tiġi mnaqqsa.
Il-kuntrattur li qiegħed iġorr il-materjal minn naħa għall-oħra huwa Polidano Brothers Limited, li ngħata x-xogħol wara sejħa għall-offerti u estenzjoni ta' l-istess kuntratt biex jibdew isiru dawn ix-xogħlijiet.
Kuntrattur ieħor li għandu kuntratt biex iġorr il-materjal minn naħa għall-oħra ġol-Magħtab huwa Tal-Magħtab Construction Limited. Peress li dan il-kuntratt mhux imħallas bil-piż li jġorr iżda bil-vjaġġi li jagħmel, dan il-kuntrattur iġorr dak il-materjal li mhux radam.
Il-Kuntratt huwa ta' natura kummerċjali u ma naħsibx li dan għandu jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid min jipprovdi servizz ta' sigurta' mal-landfill tal-Magħtab?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm żewġ tipi ta' sigurta' fil-Magħtab, dik tal-ħarsien tal-post li tkopri wkoll il-protezzjoni tal-ħaddiema u dik ta' sigurta' ta' l-informazzjoni. Il-Pulizija tipprovdi s-servizz matul il-ġurnata u s-Security Guards tat-Taqsima tax-Xogħlijiet jipprovdu s-sigurta' matul il-lejl, fil-Ħdud u l-Festi Pubbliċi.
L-informazzjoni f'dan is-sit hija miġbura u protetta minn ħaddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet. Għal perjodu temporanju ta' erba' ġimgħat ġew ingaġġati wkoll żewġ ħaddiema ta' Sterling Security.
Jista' il-Ministru jikkonferma jekk bint wieħed mid-diretturi tal-kumpannija ta' l-awdituri tal-WasteServ Malta Ltd. ngħatatx impjieg ta' accountant ma' l-istess WasteServ? Jekk fl-affermattiv, ma jaħsibx il-Ministru li jista' ikun hemm konflitt ta' interess?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija WasteServ Malta Ltd. m'għandha l-ebda post ta' Accountant li huwa okkupat minn bint wieħed mid-Diretturi tal-kumpanija ta' l-Awdituri tal-WasteServ Malta Ltd.
Bint wieħed mid-Diretturi tal-kumpanija ta' l-Awdituri tal-WasteServ Malta Ltd. li kienu responsabbli għall-awditjar tas-sena 2003, ġiet impjegata mill-ETC matul is-sena 2004 sabiex jimtela l-post vakant tal-Head Corporate Services tal-WasteServ Malta Ltd.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx postijiet vakanti għal periti ma' l-awtorita' dwar it-trasport? Jekk fl-affermattiv, kemm hu n -numru ta' postijiet vakanti u kif se jiġu mpjegati?
Jista' il-Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni u l-karigi li jokkupaw li ġew impjegati ma' l-awtorita' dwar it-trasport matul dawn l-aħħar 12-il xahar?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-persuni li ġew impjegati ma' l-Awtorita' dwar it-Trasport matul dawn l-aħħar 12-il xahar huma dawn:
Major M.Sammut Tagliaferro - Director Licensing & Testing
Mr K. Pule' - Accountant, Corporate Services Directorate
Ms. G. Fenech - Customer Care Executive.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jivverifika jekk l-ammont ta' pensjoni li qiegħda tirċievi l-persuna li numru ta' l-identita' tagħha qed jintbagħat separatament, huwiex korrett peress li jidher li l-ammont hu żgħir ħafna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-persuna ndikata fl-uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 4237 cioe' jista' jagħti breakdown tad-dħul tad-dipartiment tal-liċenzji u ttestjar għas-sena 2003? X'ammont ta' flus matul is-sena 2003 huma dovuti għal cheques li ma ssarrfux? Kemm hu l-ammont totali ta' flus li għandu jiġbor dan id-dipartiment bħala arretrati?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-dħul matul is-sena 2003 kien:
Motor Vehicle Licensing Lm 11,278,593
Driving Licenses Lm 733,861
Motor Vehicles Registration Tax Lm 23,116,065
VRT Licenses Lm 111,631
Registration Number Plates Lm 474,313
Miscellaneous Reimbursements Lm 23,542
TOTAL Lm 35,738,005
L-ammont ta' flus dovut għal cheques li ma ssarfux huwa ta Lm1,598.
L-ammont totali ta' flus li għandu jiġbor bħala arretrati huwa ta' Lm2,581,555.
Jista' il-Ministru jivverifika minn fejn ġejja r-riħa qawwija tad-drenaġġ fl-inħawi ta' l-isptar Monte Carmeli, f'Ħ'attard u jara li tittieħed azzjoni sabiex dan l-inkonvenjent jiġi eliminat?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li r-riħa tad-drenaġġ fl-inħawi li semma l-Onor. Interpellant kien minħabba sadd fil-mejn tad-drenaġġ li ħiereġ mill-isptar Monte Carmeli li issa infetaħ.
Jista' il-Ministru jgħid min applika għall-post ta' direttur għall-ambjent fi ħdan il-MEPA? Min ġie shortlisted minn dawn l-applikanti u f'liema stadju wasal il-proċess ta' l-għażla?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-ismijiet ta' dawk li applikaw u anki ta dawk li eventwalment ġew shortlisted huma kunfidenzjali u ma jistgħux jingħataw.
Rigward l-istadju li fih wasal il-proċess, dan issa huwa ffinalizzat u l-applikanti kollha ġew infurmati bl-eżitu finali.