Freeport — Art li qed tintuża għal ħażna ta' pajpijiet
Question
Jista' il-Ministru jgħid lil min u kemm hu l-valur tal-kirja ta' l-art li saret mill-Freeport għall-ħażna ta' pajpijiet li qegħdin jintużaw għal pipeline tal-gass lejn l-Italja?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kirja ta' l-art imsemmija fil-mistoqsija parlamentari ingħatat lill-"Carmelo Caruana Freeport Operations Ltd" b'rata kummercjali.
Peress illi l-informazzjoni l-oħra mitluba hija ta' natura kummercjali ma' tistax tingħata.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-policydwar xogħol ta' kostruzzjoni li jsir f'areas turistiċi matul ix-xhur tas-sajf?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-press release maħruġa s-sena l-oħra dwar xogħlijiet ta' kostruzzjoni f'areas turistiċi, liema policy għada tgħodd.
Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhu kkalkulat li se tkun il-kontribuzzjoni finanzjarja ta' Malta lill-Unjoni Ewropea matul is-snin 2004, 2005 u 2006?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħall-pajjiżi l-oħra membri ta’ l-Unjoni Ewropea, Malta se tikkontribwixxi sehemha lejn il-budget ta’ l-Unjoni u se tieħu lura wkoll fondi mill-istess budget għal diversi inizjattivi. Ir-riżultat se jkun li Malta se ddaħħal mill-Unjoni aktar milli se toħroġ kif se ngħid:
Sena
Kontribuzzjoni minn Malta
(Lm)
Kontribuzzjoni għal Malta
(Lm)
Bilanċ favur Malta
(miljuni)
(Lm)
2004
18.33
61.38
43.05
2005
27.50
45.84
18.34
2006
27.91
47.50
19.59
Total
73.74
154.72
80.98
Transitional Facility
-
7.625
7.625
Solidarity Fund
-
0.400
0.400
73.74
162.745
89.005
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 5402 u cioe' jista' jgħid x'inhu kkalkulat li se tkun il-kontribuzzjoni finanzjarja ta' Malta lill-Unjoni Ewropea matul is-snin 2004, 2005 u 2006?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li tajt f’mistoqsija parlamentari numru 5402.
Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex qiegħed jitħaddem l-inċineratur tal-biċċerija fil-Marsa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-inċineratur tal biċċerija qiegħed jaħdem temporanjament biex jieħu il-Category 1 animal waste, jiġifieri dawk l-annimali li jmutu fuq ir-razzett. Fi ftit tal-ġimgħat oħra se jiġi nstallat inċineratur modern li qed jiġi ffinanzjat mill-Protokol Finanzjarju Taljan.
Fondazzjoni tal-Konkatidral ta' San Ġwann — Direct orders
Question
No question text.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Amministrazzjoni tal-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann intalbet tgħaddi l-informazzjoni lil dan l-Ministeru u tweġiba tingħata malli din l-informazzjoni tkun inġabret.
Fondazzjoni tal-Konkatidral ta' San Ġwann — Direct orders
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm huma d-direct orders u x'kien il-valur tagħhom li ngħataw mill-fondazzjoni tal-Konkatidral ta' San Ġwann? Min jawtorizza l-ħlasijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Amministrazzjoni tal-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann intalbet tgħaddi l-informazzjoni lil dan l-Ministeru u tweġiba tingħata malli din l-informazzjoni tkun inġabret.
Fondazzjoni tal-Konkatidral ta' San Ġwann — Ħaddiema
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid kif intgħażlu l-ħaddiema mill-fondazzjoni tal-Konkatidral ta' San Ġwann li jdawru t-turisti? Kif intgħażlu l-periti u l-konsulenti l-oħra? Qatt saret sejħa pubblika qabel ma saret l-għażla?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Amministrazzjoni tal-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann intalbet tgħaddi l-informazzjoni lil dan il-Ministeru u tweġiba tingħata malli din l-informazzjoni tkun inġabret.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kellha dħul il-fondazzjoni tal-Konkatidral ta' San Ġwann minn meta twaqqfet sal-lum? Kemm hu d-dħul tal-fondazzjoni mill-kirjiet tal-ħwienet li hemm fil-blokk? Kif intużat l-għotja ta' Lm300,000 li saret mill-gvern lill-korporazzjoni? Min jivverifika l-kotba ta' l-accounts tal-fondazzjoni? Dawn isiru indipendentement minn dawk tal-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Amministrazzjoni tal-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann intalbet tgħaddi l-informazzjoni lil dan il-Ministeru u tweġiba tingħata malli din l-informazzjoni tkun inġabret.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 5470, jista' il-Ministru jispjega għala mhux l-orħos offerta rebħet it-tender?
X'inhi r-raġuni għad-differenza bejn it-tendered price u l-value of award li f'xi każi tammonta għall-miljuni ta' liri?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-kuntratti li ġew mogħtija biex isir ix-xogħol iffinanzjat mill-ħames protokol Taljan ingħataw wara li l-board appuntat apposta għamel ir-rakomandazzjonijiet tiegħu għal din l-aġġudikazzjoni. Ma nħossx li jkun idonju li d-deliberazzjonijiet ta' dan il-board ikunu ppubblikati.
Fir-rigward tad-differenza ta' bejn il-valur ta' l-offerta u l-valur ta' l-aċċettazzjoni, din qed tirriżulta peress illi l-finanzjament taħt dan il-protokol jillimita n-nefqa fuq dawn il-proġetti għal 30 miljun Euro u għalhekk liema ammont ma jistax jinqabeż.
Jista' il-Ministru jagħti l-lista ta' 15-il kuntrattur Taljani li wrew interess fil-bini ta' l-impjant għat-trattament tad-drenaġġ bil-fondi tal-protokoll Taljan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħa.
B'riferenza għall-iffinanzjar tax-xogħlijiet tat-toroq mill-protokol Taljan, x'inhu l-persentaġġ ta' ħlas li se jsir mit-Taljani?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab informat illi l-ammont disponibbli għall-iffinanzjar ta' xogħlijiet fit-toroq mill-protokol Taljan hwua ta' 30 miljun Euro (30,000,000), u ma dawn mhux maħsub li se jiżdiedu fondi oħra għal xogħlijiet li se jitwettqu taħt dan il-programm.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus li d-dipartiment għall-immaniġjar ta' l-iskart kellu jdaħħal mit-tariffi għar-radam ta' l-iskart fil-landfills tal-Magħtab, tal-Qortin kif ukoll fl-impjant tal-kompostaġġ (separatament) minn meta ġew intordotti dawn it-tariffi, għal kull sena separatament?
Kemm fil-fatt ġabar flus kull sena d-dipartiment?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 5402 u cioe' jista' jgħid x'inhu kkalkulat li se tkun il-kontribuzzjoni finanzjarja ta' Malta lill-Unjoni Ewropea matul is-snin 2004, 2005 u 2006?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u għaldaqstant it-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Fondazzjoni Konkatidral ta' San Ġwann — Direct orders
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu d-direct orders u x'kien il-valur tagħhom li ngħataw mill-fondazzjoni tal-Konkatidral ta' San Ġwann? Min jawtorizza dawn il-ħlasijiet?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onor interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Fondazzjoni Konkatidral ta' San Ġwann — Ħaddiema li jdawru t-turisti
Question
Jista' il-Ministru jgħid kif intagħżlu l-ħaddiema mill-fondazzjoni tal-Konkatidral ta' San Ġwann li jdawru t-turisti? Kif intagħżlu l-periti u l-konsulenti l-oħra? Qatt saret sejħa pubblika qabel ma saret l-għażla?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onor interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Ministri u segretarji parlamentari — Dikjarazzjoni tad-dħul annwali
Question
Jista' il-Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra d-dikjarazzjoni tad-dħul annwali tal-ministri u s-segretarji parlamentari?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bi ħsiebni npoġġi d-dikjarazzjonijiet tad-dħul annwali tal-Ministri u tas-Segretarji Parlamentari fuq il-Mejda tal-Kamra fil-ġimgħat li ġejjin.
Niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onorevoli Interpellant li, skond paragrafu 48 tal-Kodiċi ta’ Etika għall-Ministri u Segretarji Parlamentari, fil-każ ta’ Ministri jew Segretarji Parlamentari li jkunu għadhom kif inħatru, dawn għandhom xahrejn żmien sabiex jiddepożitaw id-dikjarazzjoni tagħhom mas-Segretarju tal-Kabinett. Jagħmel sens li dawn id-dikjarazzjonijiet jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra kollha f’daqqa.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kellha dħul il-fondazzjoni tal-Konkatidral ta' San Ġwann minn meta twaqqfet sal-lum? Kemm hu d-dħul tal-fondazzjoni mill-kirjiet tal-ħwienet li hemm fil-blokk? Kif intużat l-għotja ta' Lm300,000 li saret mill-gvern lill-korporazzjoni? Min jivverifika l-kotba ta' l-accounts tal-fondazzjoni? Dawn isiru indipendentement minn dawk tal-gvern?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onor interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Għawdex — Bini ta' impjant tat-trattament tad-drenaġġ
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'persentaġġ ta' ħlas se toħroġ l-Unjoni Ewropea għax-xogħol tal-bini ta' l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ f'Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-persentaġġ ta' ħlas li l-Unjoni Ewropeja ser toħroġ għall-impjant tat-trattament tad-drenaġġ f'Għawdex jammonta għal madwar ħamsin fil-mija (50%) ta' l-investiment kapitali tal-proġett.
B'riferenza għax-xogħlijiet ta' toroq li se jiġu ffinanzjati mill-protokoll ma' l-Italja, jista' il-Ministru jgħid: i) min huma l-kuntratturi li tefgħu l-offerti u kemm kienet l-offerta għal kull tender? ii) Min huma s-subcontractors u l-periti Maltin li ġew nominati mill-kuntratturi Taljani? iii) Meta hu previst li se jinbeda x-xogħol fuq kull kuntratt? iv) Liema kuntratturi ġew awarded ix-xogħlijiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li tagħti l-informazzjoni m itluba.
Il-kuntratturi diġa' ingħataw l-ordni biex jibdew ix-xogħlijiet u dawn qegħdin jagħmlu l-preparamenti neċessarji biex jissottomettu pjanti għat-traffic management, u xogħlijiet, il-programm tax-xogħlijiet u l-istrutturi maniġerjali li se jkollhom fuq is-sit tax-xogħol biex ix-xogħlijiet ikunu implimentati sew.