Jista' il-Ministru jgħid x'futur għandha l-kumpannija Kalaxlokk u l-ħaddiema tagħha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern ser jitratta s-sitwazzjoni tal-kumpanija Kalaxlokk eżatt bħal ma' tratta s-sitwazzjonijiet fl-entitajiet l-oħra. Il-futur ta' kumpanija li mhux strateġika jiddependi mill-vijabilita' finanzjarja tagħha.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala xi drabi x-xogħol li ngħatat id-ditta Kalaxlokk din ta' l-aħħar tagħtih b'sub contract lil terzi? Kemm għamlet telf il-kumpannija matul is-sena li għaddiet (2003)?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li fl-okkazzjonijiet ta' meta il-kumpanija tirrikorri għall-terżi huwa meta l-kompetenzi u r-rizorzi interni tal-Kumpanija ma jippermettux li x-xogħol isir mill-Kumpanija.
Fis-sena finanzjarja li għalqet fl-2003, il-Kumpanija għamlet telf ta' LM17,470.
Jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' allowances (inkluż tat-trasport) igawdu l-konsulenti, iċ-chairman u l-managers tal-kumpannija Kalaxlokk?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-Kumpanija m'għandha l-ebda konsulent, għajr li tagħmel użu minn servizzi professjonali ta' accountant u żewġ periti. Dawn ma jirċievu l-ebda allowance.
Iċ-Ċhairman u l-Manager m'għandhom l-ebda allowance għajr li jirċievu transport allowance ta' mitt lira maltija fix-xahar.
Jista' il-Ministru jivverifika kif ħaddiema tal-kumpannija Kalaxlokk qegħdin jintbagħtu għall-interviews permezz ta' sempliċi telefonata minflok b'avviż miktub? Jaf il-Ministru li l-jobs li qegħdin jiġu offruti m'għandhom x'jaqsmu xejn max-xogħol li normalment jagħmlu?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Onorevoli Interpellant ghandu jkun infurmat li dawk l-impjegati li jigu identifikati sabiex jattendu ghal xi "interview" dawn jigu ikkuntattjati bit-telephone sabiex jattendu laqgha mal-Management biex jispjega verbalment in-natura tax-xoghol li qed jigi offrut.
Prezentament il-Kumpanija ghaddejja minn perjodu ta nuqqas ta' xoghol u ghaldaqstant il-Management qed jipprova li jsib xoghol alternattiv lill-haddiema minflok ma jittiehdu mizuri ohra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm fadal ħaddiema ma' Kalaxlokk, inkluż dawk on loan? X'inhu l-grad ta' dawn il-ħaddiema? Kif inhuma maqsuma u x-xogħlijiet qegħdin jagħmlu dawn il-ħaddiema? Kemm hemm managers u x'inhu s-salarju tagħhom? Kemm hemm periti, min huma u kif qegħdin jitħallsu? Min hu l-konsulent finanzjarju u kemm qiegħed jitħallas? Min hu l-konsulent legali u kemm qiegħed jitħallas?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-Kumpanija Kalaxlokk ghandha fuq il-kotba taghha 127 haddiem.
Is-snajja tal-haddiema u gradi jinkludu Labourers, Constuction Tradesman u Technical Officers li jammontaw ghal 121 haddiem kif ukoll nukleu ta' 6 haddiema fl-Amministrazzjoni u Middle Management. Il-haddiema huma mqassma fuq diversi lantijiet tax-xoghol, progetti ta' kostruzzjoni, tindif u xoghol iehor f'enitajiet pubblici.
Il-Kumpanija ghandha Manager wiehed u s-salarju tieghu jilhaq Lm6360 fis-sena.
Il-Kumpanija m'ghandhiex Periti mpjegati maghha izda qed taghmel uzu minn zewg periti li ghalihom qed thallas Lm600 kull wiehed fix-xahar. Il-Periti huma s-Sinjuri Joseph Grech u Philip Mifsud.
Il-Financial Controller tal-Kumpanija huwa s-Sur Saviour Agius li jithallas Lm670 fix-xahar.
Il-Kumpanija m'ghandhiex konsulent legali.
Belt Valletta — Proġett tal-lift għal Barrakka ta' Fuq
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'risposta kien hemm għall-proġett tal-lift għal Barrakka ta' Fuq fil-Belt Valletta nkluż l-ismijiet ta' dawk kollha li wrew interess? F'liema stadju wasal il-proċess ta' dan il-proġett?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Informat li d-data tas-sottomissjoni għal proposti għada ma għalqietx u għalhekk mhux f'pożizzjoni li nagħti informazjoni kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid x'rispons kien hemm għall-proġett ta' aquarium fil-Qawra, inkluż l-ismijiet ta' dawk li wrew interess? F'liema stadju wasal il-proċess ta' dan il-proġett?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li konsorzjum wieħed, Oceanaria, irreġistra formalment l-interess tiegħu skond kif indikat fid-dokument "Qawra Coast Development Brief Registration of Interest", maħrug għall-pubbliku mill-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura f'Diċembru 2003. It-talba ta' ditta barranija biex titħalla tissottometti id-dokumenti mitluba ma ġietx milquha għax il-perjodu indikat fil-Processing Schedule kien skada.
Il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura, fuq rakkomandazzjoni tas-Selection Committe mqabbad mill-istess Ministeru, qiegħed issa iħejji d-dokument biex jitlob lill-konsorzjum Oceanaria jissottometti informazzjoni dettaljata. Wara, tittieħed deċiżjoni finali jekk il-Gvern għandux jipproċedi biex jiffirma kuntratt ma' dan il-konsorzjum jew le.
Jista' il-Ministru jinvestiga r-raġuni għal fawran regolari ta' drenaġġ fi Triq Pitkali, f'Ħ'Attard li seħħ matul dawn l-aħħar ġimgħat?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li d-darbtejn li far id-drenaġġ fi Triq il-Pitkali, Ħ-Attard huwa minħabba l-ammont ta' drenaġġ li jintefa' fid-discharge point fis-sistema tad-drenaġġ li tgħaddi minn dan il-post. Din il-problema ġiet solvuta billi nbidlet id-discharge point għal post ieħor.
Jista' il-Ministru jara li ssir sistema effiċjenti u adegwata li tneħħi l-ilma tax-xita minn Triq Imdina, f'Ħaż Żebbuġ (il-parti mit-Triq tar-Rabat sal-Bieb ta' De Rohan) peress li ma kull ħalba xita din it-triq tant tegħreq li l-vetturi ma jkunux jistgħu jgħaddu minnha?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li bħala parti mill-proġett ta' kostruzzjoni ta' Triq l-Imdina hemm ippjanat li ssir culvert għall-ilma tax-xita tul Triq l-Imdina sa Wied is-Sewda. L-istess xogħol mistenni jinkludi wkoll il-bini ta' catchments għal-ġbir tal-ilma fil-bidu ta' kull side street kif ukoll manholes jkunu jistgħu jintużaw biex jitqabbdu culverts ġodda fil-futur.
Jista' il-Ministru jagħti r-raġuni għala Avviż Nru. 70 "Bini ta' triq li tiżbokka fl-isptar Mater Dei" li deher fil-gazzetta tal-gvern issa ġie rtirat?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li Avviż numru 70 kien ġie irtirat, għar raġuni li l-Awtorita' bdiet tikkonsidra pjanijiet oħra għal estensjoni tas-service duct eżistenti. Dawn ix-xogħlijiet ikunu jridu jsiru qabel ma jingħata l-wiċċ, biex it-triq ma jkollhiex terġa tinqala minħabba servizzi ġodda li jista' jkun hemm bżonn isiru.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 6147 u cioe' jista' jgħid kemm kien l-ammont ta' passiġġieri li ġew Malta bit-titjiriet ta' l-Air Malta bi prezz sussidjat sabiex jivvotaw fl-elezzjoni tal-MEP's? Kemm ġie jiswa dan is-sussidju? Dan is-sussidju jagħmel tajjeb għalih il-gvern jew l-Air Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li n-numru ta' passiġġieri li l-Air Malta ġabet għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew kienu ta' 542. L-ammont ta' sussidju inħadem fuq bażi ta' spejjeż diretti li kellha l-Air Malta biex iġġorr dawn il-passiġġieri u fuq bażi ta' dħul li tilfet l-Air Malta biex iġġorr dawn il-passiġġieri minflok oħrajn. L-ammont totali hu ta' Lm31,807. Nikkonferma li l-Air Malta sejra tibgħat il-kont relattiv lill-Gvern.
Jista' il-Prim Minstru jgħid jekk fil-ftehim kollettiv li hemm mal-Unions fir-rigward tal-ħaddiema fis-servizz pubbliku hemmx xi klawsola li tirrigwarda l-irtirar kmieni mix-xogħol? Jekk fl-affermattiv, x'inhu l-kontenut ta' din il-klawsola?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li klawsola 8.6 tal-Ftehim Kollettiv għall-impjegati fis-Servizz Pubbliku 2002-2004, li tirrigwarda l-irtirar kmieni mix-xogħol tgħid hekk:
“8.6. EARLY RETIREMENT SCHEMES
8.6.1.
The Employer and the Unions agree to explore the possibility of introducing early retirement schemes enabling employees to leave Government Service in cases of underutilisation or exceptionally strenuous/stressful duties.
8.6.2.
Discussions between the Government and the Unions will start within one month from receipt of proposals from the Unions and concluded within six months provided this is not earlier than 30th June, 2003.”
(Tweġiba mogħtija: 28/06/2004PM)
(Seduta Numru: 144)
Jista' il-Ministru jgħid jekk hix se tiġi esproprjata art għat twessiegħ ta' Triq l-Imdina Ħaż-Żebbuġ bejn il-mitħna u l-Bieb de Rohan fid-dħul ta' Ħaż-Żebbuġ? Jekk fl-affermattiv is-sidien ġew mgħarrfa bit-teħid ta' din il-propjeta'? X'sejjer isir f'każ ta' bini li jrid jitwaqqa? Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' pjanta li turi t-twessiegħ tat-triq kif propost?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Hu propost illi Triq l-Imdina, mill-mitħna sal-Mina ta’ De Rohan titwessa’ ħalli tkun tista’ tinbena service road man-naħa ta’ Ħaż-Żebbuġ. Dan il-proġett huwa maħsub li jsir f’żewġ fażijiet. L-ewwel fażi se tinbena service road u single carriageway.
It-tieni fażi tinkludi t-twessiegħ tat-triq għal dual carriageway. Din it-tieni fażi tinkorpora l-esproprjazzjoni ta’ l-art u l-bini.
L-ewwel fażi se ssir sa l-2005. It-tieni fażi se ssir fl-2006.
Is-sidien ta’ dawn l-artijiet kienu nfurmati li se ssir applikazzjoni għat-twessiegħ ta’ din it-triq fuq il-gazzetti u permezz tal-proċedura stabbilita mill-MEPA.
Fir-rigward ta’ bini li qed jitwaqqa’ s-sidien jiġu kkuntattjati hekk kif tiġi ppubblikata d-dikjarazzjoni tal-President għall-esproprjazzjoni ta’ din l-art.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi se jieħu l-gvern fil-konfront ta' l-iżviluppaturi ta' Forti Chambrai li kisru l-kondizzjonijiet tal-kuntratt li bih ingħataw il-proprjeta'?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress illi qed isiru diskussjonijiet mal-partijiet konċernati ikun aħjar jekk nirrispondi din il-mistoqsija aktar il-quddiem.
Jista' il-Ministru jinvestiga x'inhi r-raġuni li minkejja l-bdil tal-kanna ta' l-ilma fit-toroq: Luqa Briffa, Mattew Pulis u Nazju Ellul fil-Gżira, l-ilma mill-vit xorta għadu kulur is-sadid?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li mill-investigazzjoni li għamlet il-KSI fis-17 ta' Ġunju, l-ilma f'dawn it-toroq hu ċar mingħajr traċċi ta' sadid . Il-problema tas-sadid f'dawn it-toroq issolviet meta nbidlu l-kanen. Issa, l-ilma jista jkun bis-sadid biss meta jkun hemm xi ċaqlieq fl-operat tad-distirbuzzjoni, bħal per eżempju meta jingħalaq l-ilma fil-lokal. Meta jiġri hekk, jista' jkun li għal żmien qasir ħafna, jiġi ftit ilma bis-sadid.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 6092 u cioe' jista' jgħid jekk issa li Malta saret membru ta' l-Unjoni Ewropea, hemmx il-ħsieb li jiġi liberalizzat is-settur tat-trasport pubbliku b'mod partikolari n-numru ta' karozzi tal-linja, minibuses u taxis?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-leġislazzjoni tal-Komunita' Ewropea kif inhi sal-lum ma timponix li għandhom ikunu liberalizzati s-setturi tal-karozzi tal-linja, tal-minibuses u tat-taxis. Dan ma jfissirx li 'il quddiem ma jistax ikun hemm tibdil li jista' jikkonċerna xi settur partikolari. Dwar in-numru ta' minibuses u taxis, din hi materja ta' politika li jiddeċiduha l-awtoritajiet Maltin.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi se jieħu l-gvern fil-konfront ta' l-iżviluppaturi ta' Forti Chambrai li kisru l-kondizzjonijiet tal-kuntratt li bih ingħataw il-proprjeta'?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.