Persuni impjegati fis-Segretarjat — Ministeru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika
Question
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-persuni fis-segretarjat privat tiegħu, liema huma b'kuntratt jew sekondati minn xi dipartiment jew aġenzija tal-Gvern u x'inhu r-rwol ta' kull wieħed minnhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.1282.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inġabru flus mill-MEPA għall-applikazzjonijiet għal żvilupp f'dawn l-aħħar ħames snin, kull sena separatament (l-ISC għaliha)?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jara li malajr kemm jista' ikun jinbidlu ż-żewġ arbli li hemm fil-Mellieħa shooting range li magħhom hemm marbutin diversi cables ta' l-elettriku u li jinsabu fi stat perikoluż ħafna tant li jistgħu jikkollossaw minn ħin għall-ieħor?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li minn investigazzjoni li saret jirriżulta li l-arbli ndikati veru kellhom bżonn jinbidlu. Ix-xogħol meħtieġ diġa sar.
Jista' il-Ministru jgħid fiex jikkonsisti x-xogħol li qiegħed isir fit-toroq arterjali bil-fondi tal-Protokol Taljan?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ix-xogħolijiet li qed isiru f'toroq arterjali mill-fondi tal-Protokoll Taljan jikkonsistu :
1. L-iddiżinjar tad-dettalji tat-toroq, junctions etc.
2. Qlugħ tal-wiċċ eżistenti u l-bini mill-ġdid tat-triq.
3. Qlugħ ta'
junctions
u
roundabouts
u l-bini mill-ġdid tagħhom.
4. Bini ta'
culverts
komuni għas-servizzi.
5. Tqegħid ta' katusi għad-dranaġġ u għall-ilma tax-xita.
6. Ċaqliq ta'
cables
eżistenti.
7. Infrastruttura għall-
landscaping
mat-toroq.
8. Bini tal-ħitan u bini tal-bankini.
9. Stallazjoni tas-sinjali tat-traffiku u dawl tat-toroq.
Jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' materjal u min għażlu , qiegħed jintuża għall-pavimentar ta' l-Imdina? Min qiegħed jissuplixxi dan il-materjal u kemm hi stmata l-ispiża tiegħu sabiex jitlesta x-xogħol kollu? Kien hemm il-ħtieġa li dan il-materjal jinqata' f'biċċiet tant ħoxnin sabiex jintuża għal dan il-paviment meta fl-Imdina ftit li xejn suppost jgħaddu vetturi?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-materjal li qed jintuża għall-proġett ta' pavimentar ta' l-Imdina huwa Altopiano Ragusano li hija ġebla tal-qawwi minn Sqallija. Il-materjal intgħażel minn uffiċjali tal-Works Division u l-Imdina Rehabilitation Project Committee wara konsultazzjoni ma' esperti Taljani. Il-kuntrattur li rebaħ it-tender, General Co. Ltd., qed jissuplixxi dan il-materjal.
L-istima biex isir il-pavimentar ta' l-Imdina kollha hija ta' madwar nofs miljun lira. Waqt li huwa veru li l-ammont ta' vetturi li jidħlu huwa limitat, jibqa' l-fatt li vannijiet u trakkijiet jidħlu b'mod regolari għall-proġett u għas-servizzi. Għalhekk ġie deċiż li l-ħxuna tkun waħda li tippermetti t-traffiku. L-ispecification u t-tender documents inhargu fid-9 ta' Mejju 2003 u t-tender giet awardedfis-16 t'April 2004.
Jista' il-Ministru jara li malajr kemm jista' jkun jinbidlu żewġ arbli li hemm fil-Mellieħa Shooting Range li magħhom hemm marbutin diversi cables ta' l-elettriku u li jinsabu fi stat perikoluż ħafna tant li jistgħu jikkollossaw min ħin għal ieħor?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' full complement ta' periti mad-direttorat tat-toroq? F'każ li hemm vakanzi hemm xi ħsieb li dawn jimtlew u jekk fl-affermattiv meta?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien informat illi numru ta' periti preżenti mad-direttorat tat-toroq huwa 10. Id-direttorat qiegħed ikompli jiżvilupp l-konċett ta' supervisor engineer skond il-kondizzjonijiet u r-regolamenti tal-FIDIC. Għalhekk f'dan l-istadju mhux il-ħsieb ta' l-awtorita' dwar it-trasport li żżid il-complement ta' periti li għandha bħalissa.
B'referenza għal proġett tax-Chalet tas-Sliema, jista' il-Ministru jgħid jekk ġietx sottomessa applikazzjoni lill-MEPA mill-iżviluppatur magħżul għal dan il-proġett? Jekk fl-affermattiv f'liema stadju wasal l-iproċessar ta' din l-applikazzjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-applikazzjoni relattiva hija PA 486/02, u ġiet sottomessa f' Jannar 2002. Kif jista' japprezza l-Onor. Interpellant, l-iżvilupp propost hu f’ sit sensittiv, u n-negozjati ma' l-applikant għadhom għaddejjin.
Enemalta — Użu ta' barge għal fuel fl-impjant tal-Qajjenza
Question
Jista' il-Ministru jikkonferma jekk għal xi perijodu matul ix-xhur li għaddew il-korporazzjoni Enemalta kenitx qiegħda tuża xi barge sabiex twassal il-fuel fl-impjant li għandha l-Qajjenza? Jekk fl-affermattiv, ta' min kienet din il-barge u x'kienu l-kondizzjonijiet tal-kuntratt ta' l-użu tagħha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Persuni impjegati fis-Segretarjat — Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura
Question
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-persuni fis-segretarjat privat tiegħu, liema huma b'kuntratt jew sekondati minn xi dipartiment jew aġenzija tal-Gvern u x'inhu r-rwol ta' kull wieħed minnhom?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tingħata f'xi seduta oħra.
Persuni impjegati fis-Segretarjat — Ministeru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika
Question
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-persuni fis-segretarjat privat tiegħu, liema huma b'kuntratt jew sekondati minn xi dipartiment jew aġenzija tal-Gvern u x'inhu r-rwol ta' kull wieħed minnhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Persuni impjegati fis-Segretarjat — Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq
Question
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-persuni fis-segretarjat privat tiegħu, liema huma b'kuntratt jew sekondati minn xi dipartiment jew aġenzija tal-Gvern u x'inhu r-rwol ta' kull wieħed minnhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Hector Chetcuti
Malta Transport Authority
Private Secretary
Rose Curmi
Department of Education
Private Secretary
Malcolm Borg
MEPA
Policy Co-Ordinating Officer
John Camilleri
Department of Education
Secretariat Officer
Kevin Farrugia
Water Services Corporation
Secretariat Officer
Joan Gabriele
Health Division
Secretariat Pool
Monica Mizzi
MIMCOL
Secretariat Officer
Mary Muscat
Department of Education
Secretariat Pool
Raphael Orsini
Private Sector
Secretariat Officer
Darrell Pace
Consumer and Competition Division
Communications Co-ordinating Officer
Vince Micallef Pule
VAT Department
Asst Private Secretary
Joseph Borda
Minister for Tourism and Culture.
Secretariat Officer
Godric Marston
Youth Department
Secretriat Pool
Amanda Jones
Department of Education
Secretariat Messenger
Alex Formosa
Private Sector
Security/Driver
Sandra Caruana
Private Sector
Security/Driver
Michael Farrugia
MCAST
Secretariat Messanger
Carmelo Bellia
Maltacom
Secretariat Messanger
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk inbdewx taħdidiet ma l-iżviluppaturi li ġew awarded il-proġett tax-Chalet tas-Sliema? Jekk fl-afferemattiv f'liema stadju waslu n-negozjati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-iżviluppaturi li ġew awarded il-proġett inħarġilhom il-letter of acceptance fis-17 ta' Diċembru 2001, fejn fost kundizzjonijiet oħra, kellhom japplikaw mal-MEPA għal full development permit. Wara, kien hemm taħdidiet mill-iżviluppaturi mal-MEPA. Id-Dipartiment ta' l-Artijiet qiegħed jistenna li jinħarġu l-permessi neċessarji mill-MEPA biex ikun jista' jikkonkludi l-kuntratt ta' l-għoti tat-tender.
Tista' il-Ministru tara x'inhi r-raġuni għala l-benefiċċju dovut lil persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u li weġġa' fuq il-post tax-xogħol fit-13 ta' Mejju, 2004 sal-lum għadu ma nħariġlux b'konsegwenza li din il-familja għaddejja minn tbatija kbira?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.
Dipartiment ta' l-artijiet — Kiri ta' uffiċini lit-taqsima proprjeta' tal-gvern
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien ir-response għall-avviż għall-kiri ta' uffiċini għat-taqsima tal-proprjeta' tal-gvern?
F'liema lokalitajiet ġew offruti l-uffiċini u x'inhi l-kera mitluba għal kull wieħed?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern irċeviet ħames proposti bħala response għall-avviż għall-kiri ta' uffiċini. Minħabba n-natura kummerċjali ta' din l-informazzjoni ma nħossx li dettalji dwar kull proposta għandhom jingħataw f'dan l-istadju.
Il-lokalitajiet fejn ġew offruti l-uffiċini huma l-Birgu, Qormi, Sta. Venera u Marsa.
Ta' Qali — Asfaltar ta' triq li tagħti għal hamlet tal-Ħemsija
Question
Jista' il-Ministru jara li t-triq li tagħti mill-villaġġ tas-snajja' f'Ta' Qali għal hamlet tal-Ħemsija u li tibqa' sejra sat-triq arterjali ta' taħt ir-Rabat tiġi rranġata peress li tinstab fi stat ħażin ħafna u ta' inkonvenjent kbir għar-residenti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
M'għandi xejn xi nżid mar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5973.
Tista' il-Ministru tivverifika x'ġara minn applikazzjoni lill-awtorita' tad-djar skema 9 - 384/92 sabiex jinxtara appartament fil-Mosta mill-inwkilin, fejn minkejja li tħallas id-depożitu sal-lum ma sarx il-kuntratt finali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li wara li rċeviet l-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant, l-Awtorita' tad-Djar talbet il-permess lid-Dipartiment ta' l-Artijiet biex isir il-bejgħ. Id-Dipartiment informa lill-Awtorita' li ma kienx jista' jagħti tali permess qabel ma jitwaqqa l-bini illegali li hemm ma' l-istess fond.
Ninsab infurmata wkoll li fil-fatt ma' sar ebda konvenju u l-applikant ma għamel ebda ħlas għax-xiri tal-post.
Environmental Landscaping Consortium — Public private partnership
Question
Jista' il-Prim Ministru jikkonferma jekk kienx hawn xi tibdil fil-membri tal-consortium u fil-kondizzjonijiet tal-kuntratt bejn il-consortium u l-gvern fil-każ tal-public private partnership ma' l-Environmental Landscaping Consortium?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi t-tweġiba għaż-żewġ mistoqsijiet magħmula mill-Onorevoli Interpellant hija fin-negattiv.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-persuni indikati separatament, m'għadhomx involuti fit-tmexxija ta' l-MOBC?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi waqt li persuna minnhom għadha fl-istess pozizzjoni, il-persuna l-oħra spiċċat mill-pozizzjoni tagħha minħabba l-integrazzjoni tal-MOBC mal-Enemalta.