Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tas-sentenzi li ngħataw sal-lum mill-awditur tal-MEPA, li ismu qiegħed jintbagħat separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-Onor. Membru mitlub jinnota li Art. 17Ċ(4) tal-Liġi dwar l-Ippjanar ta’ l-Iżvilupp jistipula li :
“L-Awtorita’ għandha tibgħat kopja ta’ kull rapport miktub mill-Uffiċjal dwar il-Verifika lill-Ministru u għandha tinfurmah b’kull azzjoni li tkun ħadet fir-rigward tar-rapporti ta’ l-Uffiċjal dwar il-Verifika u fejn ma tieħu l-ebda azzjoni kif ikun irrakkomanda l-Uffiċjal dwar il-Verifika, għandha tinforma lill-Ministru bir-raġunijiet għalfejn m’ għamlitx dan.”
Sadanittant peress li sa llum ma ngħata lili l-ebda rapport mill-Awtorita’ dwar il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet ta’ l-Uffiċjal dwar il-Verifika u l-azzjoni li din tkun ħadet, ma nħossx li għandi ngħaddi l-kopji ta’ dawn is-sentenzi f’dan l-istadju.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8275 u cioe' jgħid jekk hemmx ħsieb li l-parti ta' fuq ta' Triq il-Pitkali, bejn il-ġibjun u l-pitkali fil-limiti ta' Ta' Qali, hijiex se tiġi mogħtija wiċċ ġdid peress li tinsab fi stat ħażin ħafna?
Jista' il-Ministru jgħid meta se jitlestew ix-xogħlijiet fil-Marsa sports ground minħabba li qegħdin joħolqu inkonvenjent kbir lill-għaqdiet li jużaw dawn il-faċilitajiet?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li x-xogħlijiet ta' twessiegħ tal-Korsa ta' l-ilma f'din iż-żona waslu fl-aħħar fażi, jonqos biss it-twaqqiegħ ta' pont u bini mill-ġdid ta' l-istess pont b'wiesa' li jaqbel mal-kanal.
Dan ix-xogħol ġie ppjanat biex jinbeda wara l-logħba nternazzjonali tar-rugby tas-6 ta' Novembru 2004 biex ix-xogħol fuq dan is-sit ma jfixkielx il-parteċipazzjoni tal-pubbliku għal din l-okkażjoni.
Jista' il-Ministru jgħid jekk ir-rappreżentant permanenti Malti għall-Unjoni Ewropea jagħmilx użu minn karozza bullet proof fi Brussels? Jekk fl-affermattiv, kemm inxtrat din il-karozza?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onorevoli Membru għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija numru 7409.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-indirizz tar-residenza uffiċjali tar-rappreżentant permanenti ta' Malta fl-Unjoni Ewropea? Kemm qiegħed jinkera dan il-post kull xahar?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt fil-Mistoqsija numru 6904.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li l-parti ta' fuq ta' Triq il-Pitkali, bejn il-ġibjun u l-pitkali fil-limiti ta' Ta' Qali, hijiex se tiġi mogħtija wiċċ ġdid peress li tinsab fi stat ħażin ħafna?
Jista' il-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża għal pubblikazzjoni ta' "ONSITE"? Kemm hu n-numru li jiġi ipprintjat u lil min titqassam din il-pubblikazzjoni? Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-aħħar ħarġa ta' din il-pubblikazzjoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-ispiża għall-pubblikazzjoni tal-magazine ONSITE hija ta' Lm1325, VAT inkluż, għal kull ħarġa li tkopri 10,000 kopja.
Dan il-magazine ġie ntrodott fl-1997 u kien maħruġ għall-ewwel darba, taħt l-isem APEX, f'Ġunju ta' l-istess sena u ġew stampati 7,000 kopja għall-prezz ta' Lm2068.57c, inkluż il-VAT u d-disinn tal-magazine (Lm667).
Fl-2001 ġie mibdul is-set-up tal-magazine kif ukoll l-isem li beda jissejjaħ ONSITE.
It-tqassim isir bis-servizz tal-Maltapost kif imsemmi hawn taħt:-
madwar 300 abbonat minn madwar Malta u Għawdex permezz tal-kupun stampat f'kull ħarġa;
il-Kunsilli Lokali kollha u madwar 50 kopja addizzjonali oħra f'Kunsilli fejn mitlub;
madwar 200 kopja mqassma fil-Ministeri kollha u diversi Dipartimenti tal-Gvern u NGOs;
100 kopja jinżammu fil-librerija tal-BICC
il-kumplament jiġi mqassam bil-posta,
unaddressed
, f'lokalitajiet differenti.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ftit kopji ta' l-aħħar magazine Onsite, Nru. 14.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża għal pubblikazzjoni ta' "Insite"? Kemm hu n-numru li jiġi ipprintjat u lil min titqassam din il-pubblikazzjoni? Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-aħħar ħarġa ta' din il-pubblikazzjoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-ispiża għall-pubblikazzjoni tal-magazine ONSITE hija ta' Lm1325, VAT inkluż, għal kull ħarġa li tkopri 10,000 kopja.
Dan il-magazine ġie ntrodott fl-1997 u kien maħruġ għall-ewwel darba, taħt l-isem APEX, f'Ġunju ta' l-istess sena u ġew stampati 7,000 kopja għall-prezz ta' Lm2068.57c, inkluż il-VAT u d-disinn tal-magazine (Lm667).
Fl-2001 ġie mibdul is-set-up tal-magazine kif ukoll l-isem li beda jissejjaħ ONSITE.
It-tqassim isir bis-servizz tal-Maltapost kif imsemmi hawn taħt:-
madwar 300 abbonat minn madwar Malta u Għawdex permezz tal-kupun stampat f'kull ħarġa;
il-Kunsilli Lokali kollha u madwar 50 kopja addizzjonali oħra f'Kunsilli fejn mitlub;
madwar 200 kopja mqassma fil-Ministeri kollha u diversi Dipartimenti tal-Gvern u NGOs;
100 kopja jinżammu fil-librerija tal-BICC
il-kumplament jiġi mqassam bil-posta,
unaddressed
, f'lokalitajiet differenti.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ftit kopji ta' l-aħħar magazine Onsite, Nru. 14.
Valletta Tattoo — Scaffolding għas-Seating fil-Pjazza
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk l-iscafolding li ntuża għas-seating għall-attivita' Valletta Tattoo fi Pjazza San Ġorġ, Valletta kienx approvat mill-awtorita' dwar saħħa u sigurta', għax kien jidher perikoluż ħafna għal persuni li poġġew fuqu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li f'każ ta scaffolding ma jinħtieġx il-permess mill-Awtorita` tas-Saħħa u Sigurta`. Madankollu, uffiċjali ta' din l-Awtorita` xorta waħda żaru l-post darbtejn waqt l-għarmar ta' l-iscaffolding u ma għamlu ebda kumment negattiv. Ta' min jgħid li fl-għarmar ta' scaffolding fil-Pjazza San Ġorġ, il-Belt, għal okkażjoni tal-Valletta Tattoo, is-sistema addotata hi waħda ibbażata fuq speċifikazzjonijiet internazzjonali.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'isir f'każ li persuna tieħu plot tal-gvern u wara għaxar snin tibqa' ma tibnihiex bħalma ġara fil-każ tal-plots f'Wied Ħesri l/o Siġġiewi tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-plot li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant kienet ingħatat lill-persuna kkonċernata mill-Awtorita' tad-Djar. Għalhekk l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 7916 u cioe' jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tat-traffic management proposals li saru mill-kuntratturi li qegħdin jaħdmu fuq it-toroq iffinanzjati mill-Protokoll Taljan li permezz tagħhom kellhom jipprovdu rotot alternattivi għat-traffiku waqt li jsir ix-xogħol?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Id-Direttorat għall-Immaniġġjar tat-Traffiku ta' risposta għall-Mistoqsija Numru 8182 fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 7916. Ma' din ir-risposta ntbagħtu ukoll il-pjanti mitlluba.
Tista' il-Ministru tgħid jekk teżistix sistema li permezz tagħha l-kera għal bini residenzjali tal-gvern titnaqqas għax jiġi nieqes ir-raġel u l-mara ssir armla (u ma tkunx taħdem)?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi jekk il-kirja saret qabel l-1987 allura l-kera tibqa l-istess. Jekk il-kirja saret wara, allura s-sussidju fuq il-kera jiġi rivedut kull sentejn skond id-dħul tal-familja matul is-sena preċedenti. Għalhekk meta jiġi nieqes ir-raġel, is-sussidju fuq il-kera jiġi rivedut fir-reviżjoni li jkun jmiss.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-WasteServ Malta Ltd. toffrix xi tip ta' servizz lil dawk l-uffiċċji/fabbriki li jkollhom il-karta għar-riċiklaġġ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minħabba żieda fit-talbiet għal ġbir ta materjal riċiklabbli il-kumpanija WasteServ Malta Ltd ma tistax tagħmel arranġamenti fit-tul ma' entitajiet privati. Għaldaqstant, sabiex tgħin fl-organizzazzjoni tas-separazzjoni tal-karta, il-kumpanija WasteServ Malta Ltd qed toffri dan is-servizz bla ħlas għal xahrejn li wara jista' jkun segwit bil-klijent jorganizza hu t-trasport lejn l-Impjant tar-Riċiklaġġ ta` Sant'Antnin. F' każ li l-klijent jagħżel li tkompli tintervjeni l-kumpanija WasteServ Malta Ltd, għandu jkun hemm ħlas ta' Lm15 sabiex tkopri l-ispejjeż involuti.
Ta' min ifakkar li r-rwol tal-kumpanija WasteServ Malta Ltd huwa dak li tgħin biss fejn l-attivita' privata ma tkinx possibbli topera. B' hekk il-kumpanija WasteServ Malta Ltd tkun tista' tagħti priorita` lil dak il-materjal riċiklabbli li jkun dirett mid-dipartimenti tal-Gvern, Kunsilli Lokali u skejjel.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala Triq Awrora fil-Mosta li ilha li nbdiet minn Jannar 2004 sal-lum għadha ma tlestietx meta toroq oħra li nbdew magħha ilhom li tlestew ix-xhur?
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tat-traffic management proposals li saru mill-kuntratturi li qegħdin jaħdmu fuq it-toroq iffinanzjati mill-Protokoll Taljan li permezz tagħhom kellhom jipprovdu rotot alternattivi għat-traffiku waqt li jsir ix-xogħol?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-Kopji tat-"Traffic Management Proposals" li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-kamra.
Jista' il-Ministru jgħid min rebaħ il-kompetizzjoni għal periti għad-disinn ta' l-iskola ġdida fil-Mosta?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fit-2 ta' Settembru 2004, id-Direttur tal-Kuntratti, ħareġ letter of Acceptance, għat-tender tad-Design Brief għall-iskola sekondarja taż-Żokrija, Mosta, lill-Perit Joseph Bondin & Assoc.
Jista' il-Ministru jgħid x'persentaġġ ta' xogħol tlesta sal-lum meta mqabbel max-xogħol li kellu jsir fil-kuntratt għall-bini tat-toroq: i) ta' Burmarrad; ii) Salina - Iklin; iii) Mosta ring road; iv) Mtarfa bypass?
Meta nbeda x-xogħol fuq kull triq u kemm kien stmat ix-xogħol skond il-kuntratt? Kemm telgħa l-valur tax-xogħol ta' kull triq s'issa? Min kienu l-periti privati nkarigati mix-xogħlijiet f'kull triq?
Jista' il-Ministru jgħid jekk it-tindif propost li se jsir fis-Sokkors tas-Salina għandux bżonn permess mill-MEPA?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Saret applikazzjoni lill-MEPA ghal tindif fl-inhawi msemmija. Sadattant saru xoghlijiet ta’ emergenza biex jigu evitati incidenti serji li sehhew sena ilu fl-gharghar ta’ Settembru. Fil-fatt, dakinhar is-Salina u xi strutturi tal-madwar sofrew danni konsiderevoli minhabba l-gharghar.
Wara diskussjoni bejn il-Protezzjoni Civili u d-Divizjoni tax-Xoghlijiet,
is-Sukkursu li jircievi l-ilma tax-xita li mbaghad jispicca l-bahar instab li kien imblukkat b’materjal li ngemma’ matul is-snin li jinkludu wkoll materjal mormi illegalment.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-livell tat-triq magħrufa Ta' Buqana (taħt l -Imdina sejjer lejn il-Mosta) inbidel u ġie mgħolli 'il fuq bil-konsegwenza li r-residenti f'din it-triq se jsibuha diffiċli jidħlu fil-proprjeta' tagħhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi il-livelli tat-triq imsemmija ġew ikkoreġuti minħabba:
(1) maqgħad quddiem ir-razzett ta' Buqana, li l-iktar parti tat-triq ġiet mgħollija 9 cm.
(2) in-naħa tar-residenzi, il-livelli tat-triq ġew mgħollija biex it-triq ikollha il-pendil għad-drenaġġ ta' l-ilma tax-xita skond l-ispezzifikazzjonijiet tad-disinn u bini ta' toroq.
Għalkemm dawn il-livelli tat-triq ġew mgħollija, dawn huma l'isfel mill-livell tal-qatran ta' dawn id-djar.
Pjanta ta' din il-parti ta' din it-triq se titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.