Jista' il-Ministru jgħid kemm twaħħlu mill-ADT speed cameras u CCTVs f'toroq u junctions u fejn twaħħlu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li skond ir-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur ir-responsabbiltà legali ta’ l-issorveljar tal-veloċità tal-vetturi fit-toroq hi tal-Pulizija u tal-Gwardjani Lokali, u min-naħa ta’ l-Awtorità dwar it-Trasport la nxtraw u l-anqas twaħħlu speed cameras u CCTVs f’toroq u junctions.
Jien infurmat ukoll li l-ADT xtrat speed gun, li għalkemm tirreġistra l-veloċità li biha tkun qed tinsaq vettura, la tirreġistra n-numru tal-vettura u lanqas ma tieħu ritratt tal-vettura. Din l-ispeed gun tintuża fil-proċess ta’ iddisinjar ta’ toroq u fit-tħejjija ta’ miżuri dwar immaniġġjar ta’ traffiku.
Jista' il-Ministru jgħid x'sar mill-proposta li kuntratturi tat-toroq jiġu kklassifikati?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi bħalissa m'hemmx klassifikazzjoni ta' kuntratturi. Għadhom għaddejjin studji dwar sistema ta' klassifikazzjoni u opportunitajiet ta' taħriġ. Meta dawn jiġu konklużi wieħed jista' mbagħad jgħaddi sabiex jintroduċi din il-klassifikazzjoni.
B'riferenza għall-polishing plant li nbniet mill-WSC f'Għawdex, jista' il-Ministru jgħid: i) x'inhi l-kapaċita' ta' dan l-impjant? ii) kemm ġew jiswew ix-xogħlijiet kollha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid għal kemm tammonta l-ispiża kapitali li għamel id-direttorat tat-toroq matul din is-sena sal-lum?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat illi sal-llum intefqu Lm6,446,423, li kienu mqassma kif jidhru hawn taħt:
Project Amount
Roads Capital Vote - Lm4,224.955
Italian Protocol - Lm1,850,668
EU Protocol (Pre-Assesion Funds) - Lm 370,800
Total - Lm6,446,423
Jista' il-Ministru jagħti l-lista tax-xogħol ta' embellishment li sar matul din is-sena (2004) inkluża l-ispiża ta' kull proġett?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li x-xogħol ta' embellishment li sar matul din is-sena (2004) u l-ispiża relatata huma kif murijin hawn taħt:-
Lokalita'
Spiża
Ġnien tal-Barrakka ta' Fuq
LM250,000
Dawret il-Gżejjer, Buġibba
Lm275,000
Bajja ta' San Tumas, M'Scala
Lm 45,000
Paceville
Lm800,000
Proġett tax-Xarolla, Żurrieq
Lm 90,000
Ċentru tar-raħal, Ħal-Safi
Lm 60,000
Misraħ Paolino Vassallo, Bormla
Lm 20,000
Dawn il-figuri jindikaw il-ħlasijiet fuq materjal, kuntratti, xogħol tal-MSD u pagi tal-ħaddiema tal-Gvern li ħadmu fuq dawn l-istess proġetti.
Bħalissa għaddej xogħol fuq dawn il-proġetti ta' embellishment:-
xoghol ta' pavimentar fl-Imdina;
it-tieni fażi tal-proġett tal-Mellieħa;
ġnien pubbliku fi Triq San Pawl, Żurrieq;
ġnien pubbliku fl-Imqabba;
xogħol fix-Xatt tax-Xgħajra
Barra dawn ix-xogħlijiet il-Ministeru wettaq proġetti relatati mar-restawr, riabilitazzjoni tal-widien u tisħiħ tal-watercourses fil-Marsa u f'Ħal-Qormi kif ukoll f'Burmarrad u s-Salini.
Jista' il-Ministru jikkonferma jekk id-dipartiment tad-drenaġġ li bħalissa jinsab fl-ex Swan Laundry, il-Marsa hux se jiġi trasferit għal xi sit ieħor? Jekk fl-affermattiv, għal liema post?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma se jkollha spazju biżżejjed biex is-sezzjoni tad-drenaġġ li hemm bħalissa fl-Ex Swan Laundry tiġi trasferita għal Head Office.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol kollu li sar sabiex dik li qabel kienet is-Swan Laundry fil-Marsa takkomoda d-dipartiment tad-drenaġġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi kif ukoll il-periti privati li bħalissa qegħdin jaħdmu fuq it-toroq iffinanzjati mill-protokoll Taljan?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
RISPOSTA
Seduta 190
Il-Kuntratturi kif ukoll il-periti privati li bhalissa qeghdin jahdmu fuq it-torroq iffinanzjati mill-Protokol Taljan huma :-
LOT 1 – From Targa Gap Through Tal-Qlejja Junction to Mtarfa Junction
Contractor:
· ERGON srl – Contract Signed in June 2004
Supervisor MP & DC led by Perit Carm Lino Spiteri
LOT 2 – From Mtarfa Junction Through Junction at De Rohan Gate, Zebbug to Junction to Siggiewi
Contractor:
· Fratelli Basilotta – Contract signed in June 2004
Supervisor: Dr. Edwin Mintoff
LOT 3 – From Junction to Siggiewi Direction towards Qormi
From Luqa Road, Qormi to Junction at Cargo Air Terminal, Luqa
Contractor:
Fratelli Anastasi – Contract Signed in June 2004
Supervisor: MP & DC led by Perit Carm Lino Spiteri
17/11/2004
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 8669 u cioe' jista' jgħid kemm tħallas il-Perit Richard England minn meta beda l-ħidma tiegħu sal-lum fuq il-proġetti ta' St James Cavalier, is-sit tat-Teatru Rjal u l-masterplan għal Bieb il-Belt, bil-pagamenti separatament u bid-data ta' meta tħallas?
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 8517, jista' il-Ministru jirrispondi l-aħħar parti tad-domanda u cioe' min hu responsabbli għal variation orders u min jiċċertifikahom għal ħlas?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għal l-aħħar parti tat-tweġiba għad-Domanda 8517 tas-Seduta 180.