Legislature:
Category:
Reset
Active:

Riżorsi u Infrastruttura — Membri tal-bord

Question

Jista' il-Ministru jagħti l-lista tal-membri li jiffurmaw bordijiet fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista mitluba. Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. Interpellant li għar-rigward tal-BICC, l-Engineering Board u l-Architects Board, dawn qed jiġu rikonstitwiti.

Awtorita' Maltija dwar ir-Riżorsi — Rapport ta' ħidma

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-aħħar rapport ta' ħidma maħruġ mill-awtorita' Maltija dwar ir-riżorsi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' rapport ta' ħidma maħruġ mill-Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi għas-sena 2002 - 2003. Ir-rapport għas-sena 2003 - 2004 ser ikun lest dalwaqt.

Proġetti Kapitali — Monitoring Board

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Monitoring Board li qegħdin jissorveljaw il-progress tal-proġetti kapitali? Kemm-il darba ltaqa' dan il-bord matul din is-sena (2004)?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Minn meta ir-responsabbilta tal-proġetti kapitali għaddiet għand il-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq, is-sorveljanza tal-proġetti kapitali qed issir minn kumitat magħmul minn membri tas-Segretarjat u mill-Ufficju tas-Segretarju Permanenti. Dan il-kumitat jiltaqa' mal-konsorzju regolarment. Membri differenti tal-bord għandhom inkarigi speċifiċi bħal per eżempju jiltaqgħu mal-MEPA sabiex ikunu segwiti applikazzjonijiet pendenti. Meta tinħass il-ħtieġa mill-kumitat jingħaqdu uffiċjali mill-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali u Dipartimenti tal-Artijiet.

Suq tal-proprjeta' f'Malta

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 3439, jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-istudju dwar is-suq tal-proprjeta' f'Malta ippreparat mill-BICC?

Response (ZAMMIT, NINU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-istudju dwar is-suq tal-proprjeta' f'Malta ppreparat mill-BICC.

Mdina — Studju dwar is-swar

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-istudju li kien qiegħed isir mill-Universita' ta' Bologna dwar is-swar fl-Imdina tlestiex? Jekk fl-affermattiv, kemm ġie jiswa dan l-istudju u jpoġġi kopja tiegħu fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-istudju dwar is-swar fl-Imdina li kien ikkomissjonat f'April 2001, sar mill-Universita' ta' Bologna u tlesta' fl-2003. In-nefqa totali ta' l-istudju kienet ta' madwar Lm230,000 (550,026.76 Euros) Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja diġitali (CD) tar-rapport, li hu magħmul minn 10 partijiet.

WSC — Polishing Plant

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9123 u cioe jgħid b'riferenza għall-polishing plant li nbniet mill-WSC f'Għawdex x'inhi l-kapaċita' ta' dan l-impjant u kemm ġew jiswew ix-xogħlijiet kollha?

Response (GATT, AUSTIN)

Bħalissa l-polishing plantqed taħdem b'kapaċita ta' 800 metru kubu kuljum. Meta l-proġett jitlesta, din għandha tilħaq 4,000 metru kubu kuljum. Il-proġett "Water Quality Project - Gozo" jiswa: Lm Sistema ġdida tal-pajpijiet 800,000 Polishing Plant 415,000 St Lucia u Bordin Boosting Station 50,000 Distribution enhancenment centre 150,000 ___________ 1,415,000

Vetturi — Testijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru testijiet għall-għarrieda fuq vetturi minn meta ġiet introdotta din is-sistema ta' testijiet sal-lum?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-inforażmazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Qawra — Proġett ta' l-Aquarium

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 6364, jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett ta' l-Aquarium fil-Qawra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-konsorzjum Oceanaria ġie mitlub biex jissottometti informazzjoni dettaljata rigward il-proġett, liema informazzjoni għandha tiġi sottomessa lill-Ministeru sal-bidu ta' Diċembru.

Belt Valletta — Barrakka ta' Fuq - proġett tal-lift

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi progress sar fuq il-proġett tal-lift għall-Barrakka ta' Fuq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Is-sejħa għall-offerti sabiex ikun stallat u operat lift fil-Barrakka għalqet fis-6 ta’ Lulju 2004. Ma kien hemm l-ebda sottomissjoni għal din is-sejħa. Minkejja dan, minn indikazzjonijiet li kellu l-Ministeru, għad hawn interess mill-privat għal dan l-iżvilupp. Il-Ministeru qiegħed bħalissa jerġa jabbozza design brief ġdida li tkun tħares b’mod aktar wiesgħa lejn it-trasport fil-Belt Valletta b’tali mod li dan jibda jkun aktar integrat.

Proġett tal-White Rocks

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 388, jista' il-Ministru jgħid xi progress sar fuq il-proġett tal-White Rocks?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninforma lill-Onor interpellant illi d-diskussjonijet fuq dan il-proġett għadhom mhux magħluqa.

Regolamenti ġodda tal-bini

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju waslu r-regolamenti ġodda tal-bini u meta hu ppjanat li jidħlu fis-seħħ?

Response (ZAMMIT, NINU)

Sar l-ewwel qari tal-Ligi. L-abbozz kompla jiġi mifli u diskuss ma' entitajiet oħra li għandhom x'jaqsmu ma' l-industrija tal-bini. Hu ppjanat li l-abbozz ser jiġi diskuss fl-istadji l-oħra fil-bidu tas-sena 2005.

Marsa — Dipartiment tad-Drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9077 u cioe' jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol kollu li sar sabiex dik li qabel kienet is-Swan Laundry fil-Marsa takkomoda d-dipartiment tad-drenaġġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li x-xogħol imsemmi sar qabel ma r-responsabilta' tad-Dipartiment tad-Drenaġġ għaddiet lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma. Għaldaqstant il-KSI m'għandhiex l-informazzjoni mitluba, u nissuġġerixxi li l-mistoqsija ssir lill-Ministru li qabel kien responsabbli għad-drenaġġ.

Toroq — Tabelli ġodda

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1799, jista' il-Ministru jgħid kemm għad fadal tabelli x'jitwaħħlu fit-toroq arterjali skond kuntratt li kien ingħata?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li skond il-kuntratt oriġinali, baqa jitwaħlu 29 tabella fuq sittax-il struttura.

ADT

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopa tad-dokument ta' l-ADT guidelines for the implementation of traffic management and safety measures and temporary diversion of traffic?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Kopja tal-guidelines for the implementation of traffic management and safety measure and temporary diversion of traffic li qed jirreferi ghalih l-Onorevoli Interpellant qiegħed jitpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

ADT — White Paper

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-white paper dwar land transport li tħejjiet mill-ADT?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Id-dokument mitlub mill-Onor. Buhagiar għadu ma ġiex ippublikat, għaldaqstant ma jistax jiġi ppreżentat. Dan ħi jiġi ippreżentat lill-Kamra fil-futur.

ADT — Dokumenti

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tad-dokumenti ppreparati mill-ADT: Consumer use of bus system u Time to Act li jirrigwardaw ir-ristrutturar tat-trasport pubbliku?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tad-dokument ippreparat mill-ADT: Commuter Use of Public Transport in Malta. Id-dokument Time to Act huwa ikkunsidrat bħala dokument intern, għaldaqstant mhux qed jiġi mqiegħed fuq il-mejda.

Marsa — Diviżjoni tax-Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm nefqet flus id-diviżjoni tax-xogħlijiet fix-xogħol li sar fl-ex Swan laundry l-Marsa sabiex tiġi konvertita fl-uffiċċju tad-dipartiment tad-drenaġġ?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-flus li nefqet id-Divizjoni tax-Xogħolijiet fuq xogħol li sar fl- ex Swan Laundry l-Marsa sabiex tiġi konvertita fl-uffiċċju tad-Dipartiment tad-Drenaġġ hu kif huwa muri hawn taħt:- Sena Ammont (Lm) 2001 15,609 2002 38,183 2003 25,824 Total 79,616