Jista' l-Ministru issa jwieġeb mistoqsija parlamentari 9702 u cioejagħti d-dettalji kollha tas-sitt kuntratturi li ngħataw għall-bini ta' toroq permezz tal-protokoll Taljan inkluż l-isem tal-kuntratturi, ix-xogħol li ngħataw u l-valur tiegħu, is-subcontractors u l-periti Maltin li ġew imqabbda minnhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-informazzjoni hekk kif rikjesta fil-Mistoqsija Parlamentari tinsab annessa.
Rigward il-Periti Maltin li ġew referuti bħala l-Periti "mqabbda" minnhom u cioe' mill-kuntratturi, ta' min wieħed jippreċiża illi dawn il-Periti ġew inizzjalment nominati mill-kuntratturi Taljani fit-tender submission tagħhom. Sussegwentament, l-Awtorita' dwar it-Trasport approvat l-ingaġġament tagħhom u dawn il-Periti daħlu fl' agreement mal-Awtorita' għas-superviżżjoni tax-xogħol li jaqgħa taħt il-Protokol Taljan.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm seħħew kolliżjonijiet tat-traffiku matul is-sena 2003 u kemm minn dawn kienu jinvolvu: (i) char-a-bancs; ii) coaches; iii) taxis; iv) minibuses (ħomor); u v) minibuses (bojod)?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2003 ġew irrapurtati lill-Pulizija 13,982 inċident tat-traffiku. Minn dawn kien hemm 487 li kienu jinvolvu buses u 115 kienu jinvolvu taxis. Ninsab infurmat ukoll illi ma tinżammx statistika dwar il-kategoriji ta' buses.
Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu l-konsulenti b'mod individwali, li għamlu l-istima għall-Mimcol għax-shares fil-proġett tal-Forti Chambray?
Response (GATT, AUSTIN)
KPMG, bħala awdituri ta' Fort Chambray Company Limited kienu ġew ikkommisjonati sabiex jagħmlu valutazzjoni tal-ishma tas-sehem li għandha l-Malta Government Investments Limited fil-kumpanija.
Billi in-natura tal-istima kienet tinkludi wkoll stima tal-propjeta nkustjoni l-KPMG b'mod dirett qabdu lil TBA Periti, Perry Ltd u Frank Salt (Real Estate) Ltd biex jagħtu opinjoni ndipendenti u professjonali tal-valuri. Dawn tal-aħħar kienu ngaġġati direttament mill-KPMG liema ditta għamlet tajjeb għall-ħlas tagħhom.
Il-KPMG tħallsu l-ammont totali LM7,700 (excl VAT).
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji kollha tas-sitt kuntratturi li ngħataw għall-bini ta' toroq permezz tal-protokoll Taljan inkluż l-isem tal-kuntratturi, ix-xogħol li ngħataw u l-valur tiegħu, is-subcontractors u l-periti Maltin li ġew imqabbda minnhom?
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji kollha tas-sitt kuntratturi li ngħataw għall-bini ta' toroq permezz tal-protokoll Taljan inkluż l-isem tal-kuntratturi, ix-xogħol li ngħataw u l-valur tiegħu, is-subcontractors u l-periti Maltin li ġew imqabbda minnhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra
Rigward il-Periti Maltin li ġew referuti bħala l-Periti "mqabbda" minnhom u cioe mill-kuntratturi, ta' min wieġed jippreċiża illi dawn il-Periti ġew inizzjalment nominati mill-kuntratturi Taljani fit-tender
submission
tagħhom. Sussigwentament, l-Awtorita` dwar it-Trasport approvat l-ingaġġament tagħhom u dawn il-Periti daħlu fl'
agreement
mal-Awtorita` għas-superviżżjoni tax-xogħol li jaqgħa taħt il-Protokol Taljan.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 9589 u ċioe' jara li issa li ħarġet is-sejħa għall-offerta għal extension tad-drenaġġ fi Triq Ċensa Spiteri, Dingli, fl-istess waqt isir il-main ta' l-ilma minħabba li sal-lum din it-triq hi moqdija b'main temporanju?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-ilma qed tara x'hemm bżonn isir dwar il-provista ta' ilma tax-xorb fit-triq imsemmija.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema stadju waslet it-talba għaċ-ċittadinanza Maltija li saret minn refuġjat ta' nisel Palestinjan - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament.
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-applikazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant għadha qiegħda tiġi pproċessata.
Tista' il-Ministru tgħid x'se jsir bi plot 102 Wied Hesri HOS Siġġiewi, liema plot ingħatat ħafna snin ilu imma sal-lum mhux talli ma nbnitx iżda talli l-persuna li ħadha ngħata plot tal-gvern ukoll?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-plot f'Wied Ħesri, Siġġiewi, li kien iġib in-numru ndikat mill-Onor. Interpellant, hu mibni u abitat.
Jista' il-Ministru jara li issa li ħarġet is-sejħa għall-offerta għal extension tad-drenaġġ fi Triq Ċensa Spiteri, Dingli, fl-istess waqt isir il-main ta' l-ilma minħabba li sal-lum din it-triq hi moqdija b'main temporanju?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-bars f'Ħ'Attard li għandhom il-permess sabiex joperaw wara l-11.00pm?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li skond ir-Regolamenti Dwar il-Liċenzi tal-Kummerċ (LN 102 tal-2002) li jirregolaw il-ħinijiet tal-ftuħ ta' postijiet kummerċjali, kull stabbiliment tal-catering inkluż il-bars, jistgħu jibqgħu miftuħin sas-1 00 am. F' Ħat-Attard hemm 10 postijiet licenżati mill-Awtorita tat-Turiżmu bħalabars. Dawn huma:
Saracino's Cafe Bar
Black Stallion Bar
Highway Snack bar and takeaway
Paki's Snack Bar
Alan Glen Bar
Ta' Qali Marketing Centre Canteen
Mealy Bax
Corinthia Palace Hotel
Horace Bar
Mac's
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-development brief li ġie ppreparat għall-proġett ta' l-areamadwar il-Baċir numru 1, Bormla?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-Brief dwar ir-riġenerazzjoni tal-Baċir Nru 1 ser ikun aċċessibli fuq is-sit tal-MEPA bħala proċess ta' konsultazzjoni pubblika mill-lum 7 ta' Diċembru, 2004.
Jista' il-Ministru jgħid x'kienu r-riżultati ta' tests li l-ADT wettqet f'materjali ġodda, inkluż materjal elastoplastiku, għall-użu fit-triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Dawn il-materjali ġew applikati f'Jannar li għadda u ż-żmien neċessarju biex jiġu evaluati huwa ta' sena. S'issa kull xagħrejn qed jiġu esegwiti testijiet fuq dawn il-materjali biex jiġu evaluati. Wara sena jkun jista' jsir rapport dettaljat fuq il' performance ta' dawn il-materjali.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9219 u cioe' jgħid x'inhu l-valur tal-ħsara li saret fl-impjant tar-reverse osmosis f'Lapsi kaġun tal-maltemp ta' dawn l-aħħar ġranet?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-valur tal-ħsara li saret fl-impjant tar-Reverse Osmosis f'Lapsi kaġun tal-maltemp hi a' madwar Lm6,550.
Jista' il-Ministru jispjega kif qegħdin jinħarġu l-permessi għal coaches double decker barranin sabiex joperaw f'Malta b'turisti barranin meta l-istess permess ma jinħariġx lill-operaturi Maltin?
Jista' il-Ministru jgħid jekk l-ADT xtratx l-ispeed guns? Jekk fl-affermattiv, kemm inxtraw minnhom u x'inhu l-prezz ta' kull waħda?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta xtrat speed gun waħda biss, Laser 500, għall-prezz ta’ Lm1,699. Għaliha nxtara wkoll tripod għall-prezz ta’ Lm176.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 9288, jista' il-Ministru jagħti l-ismijiet tal-membri tal-kumitat li jissorvelja l-proġetti kapitali kif ukoll id-dati li fihom iltaqa' dan il-kumitat matul din is-sena?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Kif diġa għidt fir-risposta għad-domanda 9288 dan il-Monitoring Board li mhuwiex stabbilit fuq bażi uffiċjali huwa magħmul min membri tas-Segretarjat tiegħi u mill-uffiċju tas-Segretarju Permanenti. Ma narax il-ħtieġa li nagħti l-ismijiet ta' dawn l-uffiċjali peress li dawn jinbidlu skond il-proġetti u l-materja li tkun qed tiġi diskussa. Kif diġa għidt fir-risposta ta' qabel dawn jiltaqgħu fuq bażi regolari, diversi drabi kull ġimgħa.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 3867, jista' il-Ministru jgħid jekk itteħditx deċiżjoni dwar x'se jsir fil-pjazza ta' Kastilja fil-Belt Valletta?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li tħejjew proposti preliminari għal parkeġġ taħt l-art u tisbiħ tal-pjazza fil-livell eżistenti ta' fuq. Sa llum għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni dwar dan il-proġett.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm twaħħlu mill-pulizija speed cameras u CCTV's f'toroq u junctions u fejn twaħħlu?
Response (BORG, TONIO)
Kif diġa' kelli l-okkażżjoni nispjega, l-speed cameras użati mill-Pulizija m'humiex statiċi, filwaqt li hemm stallati CCTV cameras ġewwa B'Kara, San Ġiljan u Paċeville.