Legislature:
Category:
Reset
Active:

Periti Architucture Project

Question

Jista' il-Ministru jgħid fuq liema proġetti ġew imqabbda bħala konsulenti l-periti Architucture Project mill-1998 sal-lum? Kemm tħallsu fees fuq dawn il-proġetti? AP ġew imqabbda wara sejħa għall-offerti? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li ngħataw AP? Il-fatt li senior partner ta' AP hu ċ-chairman tal-Valletta Rehabilitation Committee huwa każ ta' konflitt ta' interess?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li mill-1998 sa llum, kien iffirmat kuntratt wieħed mal-konsulenti Architecture Project. Il-kuntratt sar fit-18 ta’ Marzu 1998. Dan kien għal upgrading tal-pavimentar, installazzjoni ta’ sistema ta’ dawl u street furniture għal Triq ir-Repubblika, Valletta. Fuq dan il-proġett, dawn il-konsulenti tħallsu bir-rata ta’ 5% fuq il-valur tax-xogħol, liema fees jammontaw għal Lm24,609.34. Dan il-ħlas sar fuq disa’ pagamenti li saru bejn Mejju 1998 u Frar 2004. Dawn il-konsulenti ġew magħżula minn board ta’ l-għażla wara li kienet saret kompetizzjoni pubblika ta’ disinn urban għal din it-triq. Il-Valletta Rehabilitation Committee ma tagħax xogħol lil Architecture Project. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li sar fit-18 ta' Marzu 1998.

Kastilja — Xogħlijiet mid-ditta tal-periti Architecture Project

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid liema xogħlijiet f'Kastilja wettqu d-ditta tal-periti Architecture Project? Kemm tħallsu fees sal-lum dawn il-periti? AP tqabbdu wara sejħa għall-offerti? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li għandhom il-periti AP?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Vetturi għall-użu tat-trasport pubbliku — Premium ta' l-insurance

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk ġietx approvata ż-żieda esaġerata fil-premium ta' l-insurance għall-vetturi li jintużaw fit-trasport pubbliku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-liġi ta’ l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ma tagħtix is-setgħa lill-Awtorità li tintervieni jew tirregola l-insurance premia.

Siġġiewi — Triq Patri Ġuże Delia

Question

Jista' il-Ministru jara l-kwalita' ta' xogħol li sar fil-bini ta' Triq Patri Ġuże Delia, fis-Siġġiewi peress li issa l-persuna li toqgħod fit-tarf ta' ġewwa tat-triq ma tistax toħroġ mill-garaxx?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10204.

Wied Ħesri — Plots

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li għad fadal plots mhux mibnija fl-iskema tal-home ownership ta' Wied Ħesri (fejn il-ground) minkejja li dawn l-istess plots ilhom li ngħataw aktar minn għaxar snin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħtini aktar dettalji dwar il-plots li qed jirreferi għalihom biex inkun nista' ninvestiga.

Bdiewa — Final witholding tax

Question

Jista' il-Prim Minsitru jgħid jekk il-final witholding tax ta' 3% fuq il-bdiewa mħabbra fil-budget 2003 ġietx fis-seħħ? Jekk fl-affermattiv, kif qegħda titħaddem din it-taxxa? Din it-taxxa tapplika għal bdiewa full timeu part-time? F'każ tal-part-time, din it-taxxa teżenta lil dawn il-persuni li jiddikjaraw id-dħul tagħhom fil-formola tar-returns f'Ġunju jew inkella it-TA22 tal-15 ta' Frar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Vetturi għall-użu Trasport Pubbliku — Premium ta' l-insurance

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10015 u cioe' jgħid jekk ġietx approvata ż-żieda esaġerata fil-premium ta' l-insurance għall-vetturi li jintużaw fit-trasport pubbliku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

VAT — Solar Water heaters

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 9914 u 10016 u cioe' jgħid jekk l-eżenzjoni tal-VAT fuq solar water heaters imħabbra fil-budget tapplikax ukoll għal xogħol ta' manutenzjoni fuq l-istess sistemi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Siġġiewi — Triq Patri Ġuże Delia

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10018 u cioe' jara l-kwalita' ta' xogħol li sar fil-bini ta' Triq Patri Ġuże Delia, fis-Siġġiewi peress li issa l-persuna li toqgħod fit-tarf ta' ġewwa tat-triq ma tistax toħroġ mill-garaxx?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li x-xogħol fit-triq imsemmija sar bħala parti mill-ftehim fejn il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi gie allokat il-fondi mill-Awtorita dwar it-Trasport biex isir xoghol ta’ kostruzzjoni ta’ toroq. L-uffiċjali tal-ADT xorta jispezzjonaw dawn ix-xogholijiet b’mod regolari. Il-bini ta’ din it-triq sar skond il-livelli li nghataw mill-MEPA

Dingli — Main tad-Drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid ma' liema main tad-drenaġġ se titqabbad l-extension li se ssir fi sqaq fi Triq ir-Rabat, Dingli, skond tender WSC/T/110/2004?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-estensjoni tad-Drenaġġ imsemmija għandha titqabbad ma' sistema li għadha qed issir, jigifieri ma' sistema fonda ta' mini taħt Rabat Road, Dingli li twassal għall-Pumping Station ta' Ħad-Dingli.

Vetturi għall-użu tat-trasport pubbliku — Premium ta' l-insurance

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk ġietx approvata ż-żieda esaġerata fil-premium ta' l-insurance għall-vetturi li jintużaw fit-trasport pubbliku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

VAT — Solar water heaters

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9914 u cioe' jgħid jekk l-eżenzjoni tal-VAT fuq solar water heaters imħabbra fil-budget tapplikax ukoll għal xogħol ta' manutenzjoni fuq l-istess sistemi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Malta Drydocks — Tank cleaning farm

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9919 u cioe' jista' jgħid kemm-il darba t-Tarzna għamlet użu mit-Tank Cleaning Farm fir-Rinella matul is-sena 2004?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' vapuri li għamlu użu mill-"Malta Shipyards Tank Cleaning Facilities" tar-Rinella matul is-sena 2004 kienu tlieta u sittin.

Ċentru Malti tar-restawr — Studenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti fiċ-ċentru Malti tar-restawr u x'inhuma l-korsijiet li qegħdin isegwu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul l-2004-2005, fiċ-Ċentru tar-Restawr l-istudenti kienu mqassmin kif ġej :- Korsijiet Vokazzjonali fir-Restawr tal-Ġebel (Heritage Skills Certificate Course) 42 Kors Preparatorju IKONOS 179 B.Cons. (4 minnhom iggradwaw f'Novembru) 33 M.Cons. 5 Ph.D. 1 Kors fil-Kura tal-Patrimonju (Certificate Course in Caring for Your Treasures & Historic Buildings) 21 Total 281

VAT — Solar Water Heaters

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk l-eżenzjoni tal-VAT fuq solar water heaters imħabbra fil-budget tapplikax ukoll għal xogħol ta' manutenzjoni fuq l-istess sistemi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u għalhekk t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra. (Tweġiba mogħtija: 17/01/2005PM) (Seduta Numru: 220)

Każ ta' Pensjoni tal-Gvern Ingliż

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk f'każ ta' persuna li għandha pensjoni tal-Gvern Ingliż jitnaqqasx l-ammont ta' din il-pensjoni meta l-mara ta' din il-persuna tkun rikoverata fl-isptar San Vincenz de Paule?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-pensjoni mill-Gvern Ingliż ma titnaqqasx meta l-mara tal-persuna li tkun tirċeviha tkun rikoverata f'residenza għall-anzjani inkluż San Vinċenz de Paule. Iżda rrid niċċara li fil-kalkolu tal-kontribuzzjoni dovuta minn tali mara bħala residenta f'xi dar residenzjali għall-anzjani finanzjata mill-Istat, nofs il-pensjoni mħallsa lir-raġel mill-Gvern Ingliż tiġi magħduda mad-dħul ta' dik il-mara.