Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kordin — Diviżjoni tax-xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li qiegħed isir mid-diviżjoni tax-xogħlijiet f'bini ta' uffiċċji ġodda f'Kordin hux kopert bil-permess ta' l-iżvilupp meħtieġa? Jekk fl-affermattiv, ix-xogħol qiegħed isir skond il-pjanti approvati? Jista' il-Ministru ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-permess?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni mitluba tingħata f’Seduta oħra.

Sigurta' Soċjali — Relief

Question

Tista' persuna taħdem part-time mingħajr ma titlef id-dritt għar-relief?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Skond l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, meta kap ta' familja tkun persuna li m'hiex miżżewġa u li ma tistax taħdem bi qliegħ full-time għax tkun trid tieħu ħsieb it-tarbija tagħha, jista jkollha dritt għall-Għajnuna Soċjali skond il-provedimenti u l-kundizzjonijiet elenkati f'Artikolu 30 (7) ta' l-imsemmi Att, jekk taħdem part time. F'kull każ ieħor, persuna ma tistax taħdem, l-anqas part-time, u tirċievi l-Għajnuna Soċjali.

Xgħajra — Xogħol fuq il-promenade

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk ix-xogħol li qiegħed isir mid-diviżjoni tax-xogħlijiet fuq il-promenade tax-Xgħajra hux kopert bil-permess ta' l-iżvilupp meħtieġ? Jekk fl-affermattiv, ix-xogħol qiegħed isir skond il-pjanti approvati? Jista' il-Ministru ipoġġi kopja tal-permess fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni mitluba tingħata f’Seduta oħra.

Bormla — Baċir Nru. 1

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tad-development brief imħabbar mill-gvern għall-iżvilupp ta' l-inħawi ta' baċir numru 1 f'Bormla?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 9537.

Kastilja — Xogħlijiet mid-ditta tal-periti Architecture Project

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid liema xogħlijiet f'Kastilja wettqu d-ditta tal-periti Architecture Project? Kemm tħallsu fees sal-lum dawn il-periti? AP tqabbdu wara sejħa għall-offerti? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li għandhom il-periti AP?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-kuntratt mal-konsulenti Architecture Project Ltd sar fis-6 ta’ Settembru 1996 u kopja tiegħu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Huma tqabbdu bħala periti fuq ix-xogħolijiet ta’ restawr f’Kastilja fuq rakkomandazzjoni tal-Valletta Rehabilitation Project bil-kundizzjoni li l-istess isir bl-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi u bil-kundizzjoni li dan jiġi ċċertifikat mid-Dipartiment tax-Xogħolijiet. Apparti x-xogħol li sar qabel, ma sar ebda xogħol matul din il-leġislatura (i.e. minn April 2003 sal-llum).

Kastilja — Ditta tal-periti Architecture Project

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10450 u cioe' jgħid liema xogħlijiet wettqu f'Kastilja d-ditta tal-periti Architecture Project? Kemm tħallsu feessal-lum dawn il-periti? AP tqabbdu wara sejħa għall-offerti? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li għandhom il-periti AP?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 10450.

Sigurta' soċjali — Għajnuna għall-mard

Question

Tista' il-Ministru tispjega r-raġuni għaliex il-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - ma tikkwalifikax għall-għajnuna għall-mard? X'konessjoni hemm bejn il-valur kapitali tal-membri tal-familja tagħha ma' din it-talba?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Kastilja — Ditta tal-periti Architecture Project

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10450 u cioe' jgħid liema xogħlijiet wettqu f'Kastilja d-ditta tal-periti Architecture Project? Kemm tħallsu feessal-lum dawn il-periti? AP tqabbdu wara sejħa għall-offerti? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li għandhom il-periti AP?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

VAT — Solar Water Heaters

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk l-eżenzjoni tal-VAT fuq solar water heaters imħabbra fil-budget tapplikax ukoll għal xogħol ta' manutenzjoni fuq l-istess sistemi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-eżenzjoni mill-Value Added Tax, sa limitu ta’ Lm50, fuq solar heating energy savers, li tħabbret fid-Diskors tal-Budget, tirrappreżenta għotja ta’ darba fuq il-valur tax-xiri ta’ l-apparat. Ma hemm ebda eżenzjoni mill-Value Added Tax fuq xogħol ta’ manutenzjoni fuq apparat simili.

VAT — Solar water heaters

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9914 u cioe' jgħid jekk l-eżenzjoni tal-VAT fuq solar water heaters imħabbra fil-budget tapplikax ukoll għal xogħol ta' manutenzjoni fuq l-istess sistemi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 9914.

VAT — Solar Water heaters

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 9914 u 10016 u cioe' jgħid jekk l-eżenzjoni tal-VAT fuq solar water heaters imħabbra fil-budget tapplikax ukoll għal xogħol ta' manutenzjoni fuq l-istess sistemi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 9914.
Leg 10 PQ #10457 Sitting 233 2005-02-08 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Ċentru Malti għar-Restawr

Question

B'referenza għas-safar li sar mill-impjegati tal-MCR matul is-sena 2004, jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba siefer il-persuna - isimha qed jintbagħat separatament - fejn mar u kemm kienet l-ispiża ta' kull safra? Kemm-il darba siefru membri oħra tal-MCR, fejn marru u kemm kienet l-ispiża ta' kull safra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.

Vetturi għall-użu Trasport Pubbliku — Premium ta' l-insurance

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10015 u cioe' jgħid jekk ġietx approvata ż-żieda esaġerata fil-premium ta' l-insurance għall-vetturi li jintużaw fit-trasport pubbliku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 10015.

Skejjel — Karwija - Architecture Project

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk il-periti architecture project ġewx imqabbda bħala konsulenti għall-iskola tal-Karwija? Jekk fl-affermattiv, dan sar wara sejħa għall-offerti? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li ngħataw AP?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-periti 'Architecture Project' m'għandhom x'jaqsmu xejn mal bini ta' l-iskola l-ġdida ġewwa l-Karwija.

Enemalta — Tneħħija ta' wires ta' l-elettriku

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet il-policy ta' l-Enemalta fir-rigward tat-tneħħija tal-cables ta' l-elettriku minn mal-faċċata tad-djar meta jsiru x-xogħlijiet? Dawn il-cables jinteħħew b'mod temporanju jew permanenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li t-tneħħija ta' cables minn mal-faċċati tad-djar tiddependi fuq it-tip ta' żvilupp li jkun qiegħed isir u għalhekk tista tkun kemm temporanja kif ukoll permanenti.
Leg 10 PQ #10421 Sitting 232 2005-02-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Ċentru Malti għar-Restawr — Kors

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li l-kors full-time li beda din is-sena fl-MCR beda bi student Malti wieħed biss?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li li l-kors full time li beda din is-sena fiċ-Ċentru Malti għar-Restawr beda b’żewg studenti Maltin u wieħed barrani mill-Algerija.
Leg 10 PQ #10447 Sitting 232 2005-02-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Ċentru Malti għar-Restawr

Question

B'referenza għaċ-Ċentru Malti għar-Restawr, jista' il-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni barranin li ħadmu mal-MCR minn meta twaqqaf? Meta bdew jaħdmu u meta spiċċaw? Kemm-il kawża legali għandu kontrih l-MCR fuq impjiegi minn Maltin u barranin?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor interpellant. Fir-rigward ta' l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat li hemm kawża legali waħda fuq impjiegi kontra iċ-Ċentru Malti għar-Restawr.