Legislature:
Category:
Reset
Active:

Nefqa kapitali fuq toroq

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 12010, 12170 u 12244 u jagħti rendikont sena b'sena tan-nefqa kapitali fit-toroq mill-1988 sal-lum? Kemm minn din in-nefqa saret fuq proġetti ta' toroq partikolari u liema huma dawn il-proġetti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

European Spatial Development Perspective

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12178, jista' il-Ministru jgħid liema huma l-erba' programmi ta' l-Unjoni Ewropea li l-ministeru hu impenjat fihom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba tingħata f'seduta oħra.

Tarzna — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12159 u cioe':B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 12008, jirrispondi b'riferenza għall-impjegati li qegħdin b'kuntratt kif ukoll għall-impjegati li huma tal-kuntrattur, kemm jekk dawn huma Maltin kif ukoll jekk huma barranin?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li bħalissa fit-Tarzna hemm jaħdmu tlieta w sittin impjegat tal-Kunstrattur li tmienja w għoxrin minnhom huma barranin. Rigward impjegati tat-Tarzna li qegħdin fuq kuntratt definittiv, jien infurmat li bħalissa hemm tlieta u tmenin. Minn dawn wieħed u sebgħin huma apprendisti Maltin, disgħa Maltin u tlieta barranin.

Nefqa Kapitali fuq toroq

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 12010 u 12170 u jagħti rendikont sena b'sena tan-nefqa kapitali fit-toroq mill-1988 sal-lum? Kemm minn din in-nefqa saret fuq proġetti ta' toroq partikolari u liema huma dawn il-proġetti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

MEPA

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 12009, jista' il-Ministru jgħid jekk ir-realignment li qiegħed isir tat-triq li minħabba fiha qiegħda tinbena triq ġdida fuq raba' tajjeb hux parti mill-permess tal-MEPA għax fil-pjanta li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra dawn ma jidhrux?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li t-triq fejn qed isir re-alignment huwa kopert bil-permess.

Tarzna — Impjegati

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 12008, jista' il-Ministru jirrispondi b'riferenza għall-impjegati li qegħdin b'kuntratt kif ukoll għall-impjegati li huma tal-kuntrattur, kemm jekk dawn huma Maltin kif ukoll jekk huma barranin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħaż-Żebbuġ — Junction fi Triq l-Imdina

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 11793 u 12004 u jgħid jekk il-junction proposta ħdejn ix-showroom ta' Cortis f'Imdina Road, Żebbuġ tinvolvix twaqqigħ ta' bini eżistenti? Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta ta' din il-junction?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 11793 li tajt f'seduta numru 257.

Nefqa kapitali fuq toroq

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12010 u jagħti rendikont sena b'sena tan-nefqa kapitali fit-toroq mill-1988 sal-lum? Kemm minn din in-nefqa saret fuq proġetti ta' toroq partikolari u liema huma dawn il-proġetti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

MEPA

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk it-triq ġdida li qiegħda ssir fir-raba' fertili li hemm bejn ir-roundabout f'Rabat Road/Triq ta' Srina u r-roundabout ta' fejn iċ-ċimiterju taħt l-Imtarfa hijiex koperta bil-permessi tal-MEPA? Jekk fl-affermattiv, jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-permessi u l-pjanti approvati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Wara spezzjoni li saret mis-sezzjoni ta’ l-infurzar ta’ l-Awtoritá ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) jirriżulta li x-xogħol li qiegħed jagħmel referenza għalih l-Onor. Interpellant huwa kopert bil-permess PA5822/03 u x-xogħol qiegħed isir skond il-pjanta approvata PA5822/03/44E.

Nefqa kapitali fuq toroq

Question

Jista' il-Ministru jagħti rendikont sena b'sena tan-nefqa kapitali fit-toroq mill-1988 sal-lum? Kemm minn din in-nefqa saret fuq proġetti ta' toroq partikolari u liema huma dawn il-proġetti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Mtarfa — Xogħol fil-bypass

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11804 u jgħid jekk ix-xogħol li qiegħed isir mill-ADT fil-bypass ta' l-Imtarfa hux kopert bil-permessi ta' l-iżvilupp meħtieġa? Jaf il-Ministru li fost ix-xogħol li sar inqalgħu l-bushes tar-rosemary mis-centre strip biex din tingħata wiċċ solidu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) li x-xogħlijiet li qed isiru preżentament fil-bypass, inkluż it-tneħħija ta’ ‘bushes’ tar-rosmarin, huma koperti bill-permess.

Marsa — Xogħlijiet fil-Menqa

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11806 u jgħid jekk ix-xogħlijiet li qegħdin isiru mid-diviżjoni tax-xogħlijiet fit-twessigħ ta' kanal li jagħti għal Menqa fil-Marsa hux kopert bil-permessi meħtieġa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet li saru mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet twaqqfu mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) minħabba li dawn ma kellhomx permess. In-Numru ta' l-Avviż huwa ECF 285/05, liema xogħlijiet għadhom weqfin. Id-Diviżjoni tax-Xogħlijiet għandu applikazzjoni 6965/04, liema applikazzjoni hija rrakkomandata biex tiġi approvata.

Ħaż-Żebbuġ — Junction fi Triq l-Imdina

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11793 u jgħid jekk il-junction proposta ħdejn ix-showroom ta' Cortis f'Imdina Road, Żebbuġ tinvolvix twaqqigħ ta' bini eżistenti? Jista' il-Ministru ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta ta' din il-junction?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Xgħajra — Xogħol fuq il-promenade

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11799 u jikkonferma jekk ix-xogħol li qiegħed isir mid-diviżjoni tax-xogħlijiet fuq il-promenade tax-Xgħajra hux kopert bil-permess ta' l-iżvilupp meħtieġ? Jekk fl-affermattiv, ix-xogħol qiegħed isir skond il-pjanti approvati? Jista' il-Ministru ipoġġi kopja tal-permess fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet imsemmija mill-Onor. Interpellant huma milquta minn l-Avviż biex Tieqaf u ta' Twettieq Nru. ECF 287/05. Sadanittant, ninsab infurmat ukoll li d-Diviżjoni tax-Xogħlijiet kienet f’kuntatt kontinwu mad-Direttorat ta’ l-Ippjanar u fil-fatt l-istess Direttorat ser jagħti rakkomandazzjoni pożittiva għall-applikazzjoni.

Kordin — Diviżjoni tax-xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11796 u jgħid jekk ix-xogħol li qiegħed isir mid-diviżjoni tax-xogħlijiet f'bini ta' uffiċċji ġodda f'Kordin hux kopert bil-permess ta' l-iżvilupp meħtieġ? Jekk fl-affermattiv, ix-xogħol qiegħed isir skond il-pjanti approvati? Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-permess?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li x-xogħol imsemmi mill-Onor. Interpellant huwa milqut minn Avviż ta’ Twettiq ECF 223/05.

Tarzna ta' Malta — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11798 u jgħid kemm hemm nies li mhumiex impjegati regolari tat-tarzna jaħdmu fit-tarzna bħalissa? Kemm minn dawn huma Maltin u kemm hemm barranin? Ta' liema nazzjonalita' huma l-barranin?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispjega aħjar x'ifisser bil-kliem "nies li mhumiex impjegati regolari".

Żebbuġ — Imdina Road - Junction

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-junction proposta ħdejn ix-showroom ta' Cortis f'Imdina Road, Żebbuġ tinvolvix twaqqigħ ta' bini eżistenti? Jista' il-Ministru ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta ta' din il-junction?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illli l-bini mill-ġdid ta' din ir-roundabout ma jaffetwax bini eżistenit. Pjanta tar-roundabout proposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Mtarfa — Xogħol fil-bypass

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li qiegħed isir mill-ADT fil-bypass ta' l-Imtarfa hux kopert bil-permessi ta' l-iżvilupp meħtieġa? Jaf il-Ministru li fost ix-xogħol li sar inqalgħu l-bushes tar-rosemary mis-centre strip biex din tingħata wiċċ solidu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni mitluba tingħata f’Seduta oħra.

Menqa tal-Marsa — Diviżjoni tax-xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet li qegħdin isiru mid-diviżjoni tax-xogħlijiet fit-twessigħ ta' kanal li jagħti għal Menqa fil-Marsa hux kopert bil-permessi meħtieġa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni mitluba tingħata f’Seduta oħra.

Żebbuġ — Imdina Road - Junction

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-junction proposta ħdejn ix-showroom ta' Cortis f'Imdina Road, Żebbuġ tinvolvix twaqqigħ ta' bini eżistenti? Jista' il-Ministru ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta ta' din il-junction?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.