Jista' il-Ministru jikkonferma li x-xogħol li qiegħed isir bħalissa f'Mdina Road, Ħaż-Żebbuġ - bejn ir-roundabout ta' Cortis u dik tas-Siġġiewi - huwa biss l-ewwel fażi tal-proġett? Jekk fl-affermattiv, fiex tikkonsisti t-tieni fażi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li x-xogħol li qed isir fi Mdina Road, Ħaż Żebbuġ, bejn ir-roundabout ta' Cortis u dak tas-Siġġiewi huwa l-ewwel fażi tal-proġett. L-iżvilupp fuq l-art li tmiss mat-triq inkwistjoni għal wisgħa ta' madwar sitt metri ser ikun friżat sabiex jekk fil-futur jirriżulta li l-passaġġ tat-traffiku jirrikjedi żieda ta' kareġġjati jkun jista' jsir dan it-twessigħ.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta ta' Triq l-Imdina, f'Ħaż-Żebbuġ u fuqha juri fejn se jittieħed l-ilma tax-xita li jinġabar fil-culverts?
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra pjanta ta' Mdina Road, Ħaż-Żebbuġ il-parti bejn ir-roundabout ta' Cortis u t-triq tas-Siġġiewi u juri fejn se jsiru l-pedestrian crossings? X'tip ta' crossing hu propost li jsir?
ADT — Tiġdid ta' permessi ta' chauffeur driven cars
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-awtorita' dwar it-trasport qegħda titlob lis-sidien taċ-chauffeur driven cars kopja ta' l-irċevuti tal-VAT għax-xogħol li jkunu għamlu qabel ma jiġi mġedded il-permess tagħhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport għandha l-obbligu li tiżgura illi vetturi chauffeur driven ikunu qegħdin jintużaw skond kif titlob il-liġi. Għalhekk qabel it-tiġdid tal-liċenzji hija titlob lis-sidien ta' chauffeur driven cars l-irċevuti tax-xogħol li jkunu wettqu.
Jista' il-Ministru jara li jittieħdu azzjonijiet neċessarji ħalli ma jitwaddabx żibel u skart fuq sit f'Mdina Road, Ħ'Attard mal-ġenb ta' l-istabiliment Art at Home peress li dan il-ħmieġ qiegħed iġib il-ġrieden u joħloq inkonvenjent kbir lir-residenti?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tas-Servizzi ta' l-Indafa Pubblika fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura huwa responsabbli biss mit-tindif ta' kull tip ta' skart f'toroq arterjali u żoni pubbliċi bħalma hija t-triq imsemmija. Rigward l-infurzar, dan jaqa' taħt ir-responsabbilta' ta' entitajiet oħra fosthom il-MEPA u l-Pulizija.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12771 billi jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-permess ta' l-iżvilupp għal bini li qiegħed isir bħalissa għall-klandestini f'Ħal Safi?
Jista' il-Minsitru jara li jittieħdu l-miżuri neċessarji ħalli ma jitwaddabx żibel u skart fejn is-sit f'Imdina Road, Attard mal-ġenb ta' l-istabbiliment Art at Home peress li dan il-ħmieġ qiegħed iġib il-ġrieden u joħloq inkonvenjent kbir lir-residenti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tad-development brief għas-sit tal-ħażna ta' fuel fil-Qajjenza, l/o Birżebbuġa li ġie approvat mis-sotto-kumitat tal-kabinett dwar proġetti ta' żvilupp urban?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Minħabba konsiderazzjonijiet ambjentali din l-informazzjoni qed tingħata taħt forma ta’ compact disc.
Tista' il-Ministru tikkonferma jekk persuna li tieħu pilloli b'mod regolari minħabba mard kroniku, għandhiex dritt għall-għajnuna tal-gvern għal dawn il-pilloli, irrispettivament mid-dħul tagħha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li persuna tkun intitolata għall-Għajnuna Medika bla Ħlas, inluż mediċini, irrispettivament mid-dħul tagħha, kemm il-darba din tkun tbati minn tuberkolożi, lebbra, diabetes mellitus jew poliomylitis jew minn effetti ta' wara ta' xi waħda minn dawn il-mardiet jew tkun tbati minn xi waħda mill-mardiet kroniċi msemmija fit-Tieni Parti tal-Ħames Skeda ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jittieħdu l-miżuri neċessarji ħalli ma jitwaddabx aktar żibel u skart, is-sit fejn Imdina Road, Attard ħdejn Art at Home u li kopja tal-pjanta tas-sit qed tintbagħat separatament, peress li dan il-ħmieġ qiegħed iġib il-ġrieden u joħloq inkonvenjent kbir lir-residenti?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Membru biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 12330 u 12464 u jgħid liema huma l-erba' programmi ta' l-Unjoni Ewropea li l-ministeru hu impenjat fihom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru ghall-Izvilupp Urban u Toroq qed jippartecipa f'dawn li gejjin;
PAGUS /Interreg IIIc
Interreg
FP6
Transitional facilities
Barra minn hekk, fuq skala ohra Malta qed tircivi finanzjar ghal progetti kapitali ghat-toroq mill-ERDF u 'Cohesion Funds'.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tad-development brief għas-sit tal-ħażna tal-fuel fil-Qajjenza, l/o Birżebbuġa, li ġie approvat mis-sotto-kumitat tal-kabinett dwar proġetti ta' żvilupp urban?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-medja tal-Kamra kopja (hardcopy) tas-south draft local plan li ppubblikat għall-konsultazzjoni l-MEPA?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba taħt forma ta’ compact disc minħabba konsiderazzjonijiet ambjentali. Niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni tinsab ukoll fuq il-website ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA).
Jista' il-Ministru jgħid jekk b'riferenza għall-impjant tat-trattament tad-drenaġġ fil-Mellieħa: i) inħariġx il-full development permit mill-MEPA? 2) min hu l-kuntrattur li ngħata x-xogħol? 3) kemm hu stmat dan il-proġett? 4) meta se jinbeda x-xogħol fuq is-sit u kemm se jdum biex jitlesta?
Response (GATT, AUSTIN)
1. Il-Full Development Permit tal-MEPA għall-impjant tat-trattament tad-drenaġġ fil-Mellieħa mistenni li jinħareġ għal ħabta ta' Awwissu din is-sena.
2. Ix-xogħol ingħata lil joint venture bejn iż-żewġ kumpaniji, I.B.I Idrobioimpianti Spa u Polidano Group.
3. Il-proġett huwa stmat li ser jiswa madwar 8.55 miljun EURO.
4. Ix-xogħol mistenni jinbeda għas-sajf li ġej u jitlesta sa l-aħħar tas-sena 2006.
Jista' il-Ministru jgħid jekk , b'riferenza għall-impjant tat-trattament tad-drenaġġ f'Għawdex: 1) inħariġx il-full development permit mill-MEPA? 2) min hu l-kuntrattur li ngħata x-xogħol? 3) kemm hu stmat dan il-proġett? 4) meta se jinbeda x-xogħol fuq is-sit u kemm se jdum biex jitlesta?
Response (GATT, AUSTIN)
1. Il-Full Development Permit tal-MEPA għall-impjant tat-trattament tad-drenaġġ f'Għawdex mistenni li jinħareġ għal ħabta ta' Lulju din is-sena.
2. Ix-xogħol ingħata lil joint venture bejn żewġ kumpaniji, Degremont Spa u C & F Building Contractors Ltd.
3. Il-proġett huwa stmat li ser jiswa madwar 6.52 miljun EURO.
4. Ix-xogħol mistenni jinbeda appena jinħareġ il-permess mill-MEPA u jitlesta għall-aħħar tas-sena 2006.
Jista' il-Ministru jgħid jekk is-sur Semar li ġie maħtur direttur tad-direttorat tan-network infrastructure għadux impjegat tal-kumpannija Ġermaniża tal-konsulenza GTZ?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Għalkemm Dr. Semar ġie maħtur bħala Direttur tad-Direttorat tan-network infrastucture, Dr. Semar għadu imjegat tal-GTZ u għaldaqstant Dr.Semar huwa mħallas mill-istess kumpanija. L-ADT ma tħallasx lil Dr. Semar. L-arranġament huwa nkluż bħala parti mill-kuntratt revedut mall-GTZ hekk kif ġie emendat.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12330 u jgħid liema huma l-erba' programmi ta' l-Unjoni Ewropea li l-ministeru hu impenjat fihom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12328 u jagħti rendikont sena b'sena tan-nefqa kapitali fit-toroq mill-1988 sal-lum? Kemm minn din in-nefqa saret fuq proġetti ta' toroq partikolari u liema huma dawn il-proġetti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jara li jżid ir-riżorsi umani fis-superintendence for cultural heritage minħabba li għandhom backlog kbir f'każi li jikkonċernaw permessi tal-MEPA u moniteraġġ tax-xogħlijiet?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li fil-prezent is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għandha ‘staff complement’ ta’ hdax-il persuna.
Dawn ir-riżorsi huma ftit wisq sabiex is-Sovrintendenza taqdi id-dmirijiet kollha fis-settur tal-Wirt Kulturali, hekk kif huma definiti fil-Ligi għall-Wirt Kulturali tal-2002. Il-Ministeru tal-Turismu u l-Kultura ikkummissjona studju sabiex jistabilixxi il-bzonnijiet tas-Sovrintendenza f’dak li għandhu x’jaqsam mar-risorsi umani.
A bażi ta’ dan ir-rapport se jittieħdu miżuri sabiex is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali tingħatalha ir-risorsi umani necessari sabiex tkun tista’ topera hekk kif definit fil-Ligi Għall-Wirt Kulturali.