Jista' il-Prim Minsitru jgħid jekk il-final witholding tax ta' 3% fuq il-bdiewa mħabbra fil-budget 2003 ġietx fis-seħħ? Jekk fl-affermattiv, kif qegħda titħaddem din it-taxxa?
Din it-taxxa tapplika għal bdiewa full timeu part-time?
F'każ tal-part-time, din it-taxxa teżenta lil dawn il-persuni li jiddikjaraw id-dħul tagħhom fil-formola tar-returns f'Ġunju jew inkella it-TA22 tal-15 ta' Frar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Avviż Legali Nru 49 ta’ l-2005.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13445 u jgħid kemm ġew maqtugħa nies kull sena mill-ewwel parti tar-reġistru tax-xogħol matul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' nies maqtugħa mill-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru matul dawn l-aħħar ħames snin huwa hekk :-
Sena Numru ta' nies
Jannar-Diċembru
2000 1,494
2001 1,478
2002 1,203
2003 858
2004 1,492
2005(sa Ġunju) 1,052
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-applikazzjoni għaċ-ċittadinanza Maltija NAT 801/04 minn persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha tgħix Malta għal aktar minn disa' snin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni msemmija mill-Onorevoli Interpellant qed tkun ipproċessata. Infurmat ukoll illi l-applikant naqas milli jmur l-Uffiċċju ta' l-Immigrazzjoni, kif kien mitlub jagħmel f'Mejju li għadda.
Jista' il-Ministru jagħti l-isem, ix-xogħol li qiegħed jagħmel u l-ħlas li qiegħed isir lil kull konsulent li ġie mqabbad ma' l-ADT matul dawn l-aħħar 12-il xahar jew li għadu jaħdem ma' l-ADT sal-lum?
Jista' il-Ministru jagħti l-isem, ix-xogħol li qiegħed jagħmel u l-ħlas li qiegħed isir lil kull konsulent li ġie mqabbad ma' l-ADT matul dawn l-aħħar 12-il xahar jew li għadu jaħdem ma' l-ADT sal-lum?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-Informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jikkonferma jekk hemmx il-ħsieb li l-ħaddiema industrijali tal-WSC titwaħlilhom is-sistema tad-datatrack tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bħalissa qed isiru l-provi neċessarji ta' l-apparat tat-'tracking' għall-użu minn ħaddiema industrijali li jagħmlu xogħol ta' leak detectors.
Dan l-apparat sejjer jipprovdi sistema awtomatika biex il-ħsarat jiġu rekordjati fis-sistema tal-Geographical Information System GIS mingħajr intervent uman.
Fl-istess ħin dan l-apparat ser jipprovdi sistema ta' alarm, peress li l-leak detectors ikunu qed jaħdmu fit-toroq fis-siegħat bikrin tal-lejl, ikunu jistgħu isejħu għall-għajnuna f'każ ta' bżonn jew emerġenza.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13402 u jgħid jekk it-triq li tagħti min-naħa tat-Toqba tal-Birgu - Kalkara creek - għal taħt Sant'Anġlu - Dockyard creek - minn taħt il-fortifikazzjonijiet u li ġiet magħluqa mill-consortium Kottonera Waterfront issa hijiex se terġa' tinfetaħ, peress li din il-mina kienet triq li tgħaqqad ix-xatt tal-Birgu ma' dak tal-Kalkara?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-mina hija miftuħa bħala passaġġ bir-riġel.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 13038 u 13241 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra pjanta ta' Imdina Road, Ħaż-Żebbuġ - il-parti bejn ir-roundabout ta' Cortis u t-triq tas-Siġġiewi - u juri fejn se jsiru l-pedestrian crossings? X'tip ta' crossing hu propost li jsir?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li fil-pjanijiet oriġinali tal-parti tat-triq msemmija mill-Onorevoli Interpellant, kienet ser tiġi implimentata pedestrian crossing waħda u cioe' bejn De Rohan Gate u r-Roundabout tas-Siġġiewi, kif jidher fil-pjanta li qed titqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.. Dan il-crossing ser ikun regolat permezz ta' Pelican Lights. Bħalissa l-Awtorita' qed tikkunsidra l-possibilita biex ikun hemm pedestrian crossings oħrajn f'din il-parti tat-triq, speċjalment f’lokazzjonijiet biswit żewġ skejjel li hemm iħarsu għall-fuq l-istess parti tat-triq in kwistjoni.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 13037 u 13240 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta ta' Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ u fuqha juri fejn se jittieħed l-ilma tax-xita li jinġabar fil-culverts?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba qed titqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar-riżultati tal-promotions li ngħataw fit-taqsima tax-xogħlijiet fid-diversi gradi u li ġew ippubblikati fil-gazzetta tal-gvern tas-17 ta' Ġunju, 2005?
Response (ZAMMIT, NINU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-promotionsli ngħataw fit-Taqsima tax-Xogħlijiet fid-diversi gradi u li ġew ippublikati fil-Gazzetta tal-Gvern tas-17 ta’ Ġunju, 2005.
Jista' il-Ministru jgħid jekk it-triq li tagħti min-naħa tat-Toqba tal-Birgu - Kalkara creek - għal taħt Sant'Anġlu - Dockyard creek - minn taħt il-fortifikazzjonijiet u li ġiet magħluqa mill-consortium Kottonera Waterfront issa hijiex se terġa' tinfetaħ peress li din il-mina kienet triq li tgħaqqad ix-xatt tal-Birgu ma' dak tal-Kalkara?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 13279, tista' il-Ministru tgħid min huma l-periti konsulenti mqabbda mill-awtorita' tad-djar? Kif ġew magħżula u x'inhu l-ħlas li se jingħatalhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-periti konsulenti li qed ifasslu d-disinn tal-proġett ġdid fi Triq San David Mtarfa, huma Paul Camilleri & Associates. Ta’ min isemmi li dawn il-periti kienu tqabbdu biex ilestu l-pjanti għall-iżvilupp ta’ dan is-sit fl-1990, wara li rebħu kompetizzjoni għall-aħjar disinn għall-iżvilupp ta’ l-Imtarfa. Minħabba li d-disinn oriġinali fuq dan is-sit partikolari ma ġiex approvat mill-MEPA, ġie decis mill-MEPA stess li jsir disinn ġdid tas-sit kollu li jinkorpora fih ir-riabilitazzjoni tal-bini vakanti li jinsab bejn is-sit imsemmi u d-dar tal-anzjani. Il-Periti jitħallsu d-dritt professjonali tagħhom skond it-tariffa stabbilita applikabbli.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13037 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta ta' Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ u fuqha juri fejn se jittieħed l-ilma tax-xita li jinġabar fil-culverts?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13038 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra pjanta ta' Imdina Road, Ħaż-Żebbuġ - il-parti bejn ir-roundabout ta' Cortis u t-triq tas-Siġġiewi - u juri fejn se jsiru l-pedestrian crossings? X'tip ta' crossing hu propost li jsir?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jara li l-katusi tal-culverts ta' l-ilma tax-xita li saru fil-bypass ta' l-Imtarfa jitwasslu sal-wied peress li dawn tħallew ħafna aktar 'il fuq, bil-konsegwenza li l-ilma minn fihom jgħaddi minn fuq l-għelieqi u mhux talli ħarbat l-għelieqi imma ġarr il-ħamrija kollha għall-wied li issa spiċċa kważi imblukkat?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-sistema tal-ilma tax-xita li kienet implimentata fl-Imtarfa Bypass ser tiġi konnessa mall-culverts illi għadhom kif ġew kostruwiti fir-rotta bejn il-junction li tagħti għall-Imtarfa u l-junction magħrufa bħala tal-Qlejgħa, Mosta.
Ix-xogħlijiet infrastrutturali fuq din il-konnessjoni ġew ippjanati biex jitlestew sal-aħħar t'Awissu, 2005.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12913 billi jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-permess ta' l-iżvilupp għal bini li qiegħed isir bħalissa għall-klandestini f'Ħal Safi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-permess għall-applikazzjoni PA 04528/01 li ħareġ għall-bini ta’ warehouses fit-22 ta’ Mejju 2002.
Sadanittant l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) irċeviet applikazzjoni PA 1774/05 sabiex dan l-istess bini approvat jiġi kkonvertit f’faċilità residenzjali għall-emigranti llegali, liema applikazzjoni qed tiġi pproċessata. L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) irċeviet ukoll PA 791/05 għal binja oħra. Din l-applikazzjoni ukoll qed tiġi pproċessata.
Jista' il-Ministru jispjega b'liema mod il-MEPA ħarġet permess għal bini ta' villa fully-detached fi Triq il-Gradilja, Ħ'Attard quddiem il-biċċerija l-qadima?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li d-Development Control Commission (DCC) fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) approvat l-applikazzjoni wara li analizzat il-każ fejn jirriżulta li parti sewwa mis-sit in kwestjoni hija fl-iskema ta' l-iżvilupp. L-applikazzjoni ġiet approvata bil-kondizzjoni li l-bini jkun limitat għal fond ta' 25 metru mit-triq, u li l-'boundary walls' lil hinn minn 25 metru mit-triq għandhom isiru bħala ħitan tas-sejjieħ.
Il-permess inħareġ fl-4 ta' Diċembru, 2003.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala f'Mdina Road, Ħaż-Żebbuġ - mit-triq tar-Rabat sar-roundabout ta' Cortis - mhux qegħdin jitħallew jgħaddu vetturi tqal?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li s-sinjali tat-traffiku li kienu mwaħħla fi Mdina Road, liema sinjali qed jindikaw biex ma jgħaddux vetturi tqal, kienu ntenzjonati biex ma jgħaddux tali vetturi minn ġot-toroq residenzjali ta' Ħaż Żebbuġ biex jaslu fin-nofs in-nhar ta' Malta.