Jista' il-Ministru jgħid jekk l-ADT approvatx il-ħruġ ta' bankini 'l barra fil-kantunieri tat-toroq kif qiegħed isir f'Buġibba, peress li dawn il-bankini qegħdin jagħmluha diffiċli li coaches iduri f'toroq relattivament dojoq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li mhux fil-kompetenza ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport li toħroġ tali approvazzjonijiet.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14430 u jgħid jekk l-ADT approvatx il-ħruġ ta' bankini 'l barra fil-kantunieri tat-toroq kif qiegħed isir f'Buġibba, peress li dawn il-bankini qegħdin jagħmluha diffiċli li coaches iduri f'toroq relattivament dojoq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li qed nagħti f'din l-istess seduta għal mistoqsija parlamentari numru 14430.
Jista' il-Ministru jara li l-għatu ta' l-inspection chamber li kien f'nofs it-triq (ġdida) tas-Siġġiewi, quddiem id-dar 14 Dar is-Sliema, Triq il-Poeta Nazzjonali, Żebbuġ, jiġi rranġat peress li kull meta jgħaddu l-vetturi minn fuqu jħabbat u jikkawża inkonvenjent kbir lir-residenti, b'mod partikolari mal-lejl?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-Awtorita' tat-Trasport ivverifikat illi x-xogħlijiet fuq l-għatu tal-inspection chamber msemmi mill-Onorevoli Interpellant ġew eżegwiti.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jingħataw il-konkos it-trejqat fl-għelieqi fl-area magħrufa bħala Ta' l-Isqof, l/o Rabat, peress li l-applikazzjonijiet li saru mill-bdiewa ilhom aktar minn sentejn u x-xogħiol baqa' ma sarx?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorita' dwar it-Trasport qatt ma ħadet ħsieb dan it-tip ta’ applikazzjonijiet.
Jista' il-Ministru jagħti l-indirizz il-ġdid tan-Network infrastructure directorate? Dan il-bini nkera jew inxtara? X'inhuma l-kundizzjonijiet tal-ftehim għal dan il-bini, inkluż il-prezz?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-indirizz il-ġdid tan-Network Infrastructure Directorate huwa:
Malta Transport Authority
Network Infrastructure Directorate
Triq Agius De Slodanis
B’Kara
(fuq ix- showroom tal-Hyundai)
Dan il-bini ġie mikri mingħand U.C.I.M. Holdings Co Ltd għas–somma ta’ LM15,550 (ħmistax–il elf ħames mija u ħamsin lira) fis–sena. Il-kuntratt ta’ kiri huwa dak ta’ sena imma jiġi mġedded awtomatikament f’każ li l-Awtorita' dwar it-Trasport ma tinformax lill-UCIM (mill-anqas tlett xhur qabel) bl-intenzjoni li ma ġġeddidx il-kuntratt.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li f'dawn l-aħħar ġimgħat ir-rittmu tal-vetting ta' l-applikazzjonijiet tal-MEPA naqas b'mod drastiku?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-ammont t’applikazzjonijiet li jiġu validati jkun ftit inqas kull sajf. Din is-sena partikulari, peress li fl-aħħar xhur kien hemm qabża konsiderevoli fl-ammont t’applikazzjonijiet li daħlu, jirriżulta li hemm ammont akbar t’applikazzjonijiet jistennew għal validazzjoni.
B'riferenza għall-ittra mibgħuta lis-sinjura li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament fejn il-WSC qiegħda tistma li l-konsum ta' l-elettriku jammonta għal 13.5 units kuljum, jista' il-Ministru jgħid fuq liema kriterji hi bbażata din l-istima peress li mill-verifiki li saru jirriżulta li din il-persuna ma tużax aktar minn 9 units elettriku kuljum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qed tinvestiga l-każ ma' l-Enemalta u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jispjega l-anomalija li teżisti fil-ħlas tal-liċenzji tas-sewqan għall-anzjani meta persuna sa 70 sena tħallas Lm12.00 għal għaxar snin u Lm2.50 administration charge (Lm1.45 fis-sena) filwaqt li persuna 'il fuq minn 70 sena tħallas Lm4.00 għal sentejn u Lm2.50 administration charge (Lm3.25 fis-sena)?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li m’hemm l-ebda anomalija fir-rigward ta’ l-imsemmija administration charge.
Din iċ-charge titħallas sabiex tkun tista’ tiġi proċessata il-ħruġ ta’ liċenzja ġdida. Dan il-proċess huwa simili għall-ħruġ tal-liċenzja valida għall-sena jew għaxar snin għalhekk l-administration charge hi l-istess.
Jista' il-Ministru jgħid hemmx bżonn xi permess ta' żvilupp sabiex bankini joħorġu 'l barra fit-triq, kif qiegħed isr f'Buġibba?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li sakemm ix-xogħol ikun qiegħed isir minn Aġenzija tal-Gvern jew Kunsill Lokali dan l-iżvilupp huwa permess taħt Klassi 3 fl-Ordni ta' l-2001 dwar in-Notifikazzjoni għall-Iżvilupp.
Jista' il-Ministru jagħti l-lista ta' toroq residenzjali ġodda li nbnew matul din is-sena? Liema huma dawk it-toroq li qiegħed isir xogħol fuqhom bħalissa mill-ADT?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm tammonta l-ispiża għall-bini mill-ġdid ta' proprjeta' privata li ġiet affettwata mill-bini u twaqqigħ ta' Imdina Road, Ħaż-Żebbuġ, il-parti minn fejn ir-roundabout ta' Cortis sar-roundabout ta' ħdejn id-dħul ta' Ħaż-Żebbuġ?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tinġħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża għall-esproprjazzjoni ta' art għall-bini ta' toroq permezz tal-protokoll Taljan, kull triq separatament?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-ispiża li ser tintefaq fuq l-esproprazzjonijiet li kienu effetwati waqt ix-xogħlijiet tal-Protokoll Taljan ser tiġi stabbilita wara li jsiru l-as built drawingsu jiġi vverifikat eżatt l-ammont ta' metri kwadri illi jkun ittieħed f'kull każ rispettiv. Dawn ir-riżultati jiġu mgħoddija għand il-Lands Department biex jiġu vverifikati l-ammonti tal-kumpens skond il-metri kwadri li jkunu ttieħdu. Għaldaqstant l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tkun tista' tingħata meta l-proċess kollu jkun lest.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux permissibbli li l-Enemalta tibgħat kontijiet għall-konsum tad-dawl ta' snin ilu għax jiġi allegat li l-meter ta' l-elettriku ma kienx qiegħed jirreġistra l-konsum b'mod korrett?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi skond l-Electricity supply Regulations, Section XVIII, huwa permissibli li l-Enemalta tirrevedi l-kontijiet tad-dawl ta' snin ta' qabel meta jirriżulta li l-meter ma jkunx qed jaħdem sew.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-ipparkjar ta' vetturi "For sale" f'toroq arterjali hux permessibbli? Jekk dan l-aġir huwa abbużiv, x'azzjoni qiegħda tieħu l-pulizija biex tikkontrollah?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mhux permess li autodealers jesponu għall-bejgħ karozzi fit-toroq. F'dan ir-rigward isiru spezzjonijiet mill-Pulizija u matul din is-sena inħarġu 46 ċitazzjoni dwar dan l-abbuż.
Jista' il-Ministru jgħid min tefa' offerta għall-bejgħ ta' Mercury House u Pender Place, San Ġiljan u x'kienet l-offerta relattiva ta' kull tenderer?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li wara sejħa pubblika għal offerti li nħarġet nhar il-21 ta' Marzu 2005, żewġ consortia, The Gardens Plaza Consortium u l-Pender Ville Consortium għamlu offerti. L-offerti mitfugħa kienu ta' Lm6,755,000 u Lm10,600,000 rispettivament.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex bozza pubblika ma' St Lawrence Farmhouse, Raba' Nemel, l/o Rabat, għadha ma twaħħlitx meta t-talba għaliha ġiet approvata aktar minn sena ilu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-twaħħil ta' lampi ġoddda huwa responsabilita' tal-Kunsill Lokali. L-Enemalta hija responsabbli milli tapprova l-proġett u tipprovdi l-kurrent elettriku.
Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu l-proġetti għal bini ta' impjant għat-tisfija tad-drenaġġ fil-Mellieħa u f'Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li d-disinn taż-żewġ proġetti huwa fi stadju avvanzat u x-xogħol fuq is-siti mistenni jibda Novembru din is-sena wara li jinħarġu l-permessi tal-MEPA.
Jista' il-Ministru jara li l-materjal kif ukoll l-imbarazz li tħalla mal-ġnub tat-toroq li nbnew bil-fondi tal-protokol Taljan jitneħħa peress li qiegħed jagħti dehra kerha ħafna lill-ambjent f'dawn l-inħawi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-debris u materjal ieħor tal-kostruzzjoni li setgħa tħalla minn uhud mill-kuntratturi li ħadmu fuq ix-xogħlijiet tal-Protokoll Taljan kien beda jitnehha minn ftit ġranet qabel ma nfetħu t-toroq għat-traffiku u dan il-proċess ser ikompli sakemm dan il-materjal jitnehha kollu.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew jiswew ix-xogħlijiet li saru ta' toroq iffinanzjati mill-fondi tal-protokoll Taljan, kull triq separatament?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-final bills of quantities tax-xogħlijiet tat-toroq iffinanzjati mill-Protokoll Taljan għadhom ma ġewx iffinalizzati u għaldaqstant l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tkun tista' tingħata meta l-proċess kollu jkun lest.