Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħaż-Żebbuġ — Triq Imdina

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14908 u jgħid: b'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14687, jista' jgħid jekk qabel ma reġgħu nbnew l-istrutturi f'Imdina Road, Ħaż-Żebbuġ, ġiex verifikat mill-MEPA jekk il-bini oriġinali kienx kopert bil-permess ta' l-iżvilupp jew kienx wieħed illegali? Qabel ma sar il-bini l-ġdid, saru applikazzjonijiet għall-permess għall-istess bini tal-MEPA?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.

Widien

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-iskontri (dams) li qegħdin jinbnew ġodda fil-widien bħalma sar fil-wied Ta' Rmiedi f'Ħ'Attard mhux qegħdin jinbnew b'tali mod li jġorru l-ilma, peress li l-ilma qiegħed jgħaddi kemm minn taħthom kif ukoll minn ġo fihom?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li fil-Wied ta’ Rmiedi, H’Attard ma nbnewx dams ġodda iżda ssewwew dawk qodma li kienu tkissru fuq medda twila ta' żmien. Dawn inbnew fil-biċċa l-kbira bl-istess ġebel qadim. Dan il-Wied huwa kważi kollu fil-ħamrija u terrapien, għalhekk il-ġnub ta’ l-istess ilqugħ irid bilfors jagħlaq ma’ embankments ta’ ħamrija u terrapien. L-iskop ta’ dawn l-ilqugħ kif mibnija m'huwiex li jinħoloq ħażna ta’ ilma li jinżamm mija fil-mija minħabba l-kostruzzjoni tagħhom, iżda li jżommu n-naqal u t-terrapien u sabiex l-ilma jitwaqqaf u ma jibqax nieżel jiġri b’saħħa kbira. Wara li l-ilqugħ intelgħa bl-ilma fl-aħħar maltempata kbira, ġew identifikati xi postijiet fejn sar u ser jibqa’ jsir xi xogħol ta’ lqugħ biex l-ilma, sa fejn possibbli, jinżamm għall-livelli ogħla mingħajr ħsara lir-raba privat.

Mtarfa bypass — Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol fuq l-Imtarfa bypass? Kemm ġie jiswa x-xogħol s'issa? Meta hu maħsub li se jitlesta dan ix-xogħol li ilu jkarkar sitt snin?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.

Enemalta — Importazzjoni ta' fuel

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk jitħallasx dazju, sisa u VAT fuq l-importazzjoni tal-fuel mill-Enemalta? Jekk fl-affermattiv, kemm huma dawn ir-rati ta' taxxi u għal kemm ammontaw għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005 sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Dawl fit-toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-ispejjeż għall-konsum ta' elettriku sabiex jiddawlu t-toroq hux factored in fil-kalkoli li jsiru sabiex tinħadem ir-rata ta' ħlas għall-elettriku?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li l-ispejjeż għall-konsum tal-elettriku sabiex jiddawlu t-toroq, mhumiex factored in fil-kalkoli li jsiru sabiex tinħadem ir-rata ta' ħlas għall-elettriku.

Awtorita' Maltija għar-Riżorsi — Enerġija alternattiva

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'miżuri qiegħda tieħu l-awtorita' Maltija għar-riżorsi sabiex tippromwovi l-użu ta' enerġija alternattiva kemm mill-pubbliku kif ukoll minn azjendi governattivi, speċjalment fis-sitwazzjoni fejn il-prezz taż-żejt qiegħed dejjem jogħla?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi qiegħda taħdem bis-sħieħ fuq aspetti differenti ta’ enerġija alternattiva. Tajjeb li nfakkar li f’numru ta’ każijiet l-enerġija alternattiva, anke dik hekk imsejħa “rinovabbli” (renewable), tiġi bi prezz aktar għoli minn enerġija ġġenerata minn fuels fossili, anke fil-livell ta’ prezz taż-żejt kif inhu llum. Mill-perspettiva ambjentali għandha il-vantaġġi u l-iżvantaġġi tagħha. Jien infurmat ukoll li sal-bidu tas-sena d-dieħla, mistennija jiġu ppubblikati skemi, proċeduri u regolamenti għall-użu tal-biofuels u gass fil-vetturi. “Energy from Waste” jidher li għandha potenzjal tajjeb u fuq dan l-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi qiegħda taħdem mal-WasteServ. Jidher li l-potenzjal sħiħ ta’ dan ir-riżors irid iż-żmien sabiex jitwettaq. Fuq photovoltaics u enerġija mir-riħ, saru l-kalkoli meħtieġa. Dawn ta’ l-ewwel jiġu bi prezz għoli waqt li fil-każ ta' enerġij mir-riħ hemm kunsiderazzjonijiet ambjentali serji marbutin ma’ windfarms fuq skala kbira li qegħdin jiġu kkunsidrati. Id-deċizjonijiet ma jdumux ma jitħabbru.

Enemalta — Żieda fil-prezz tal-fuel

Question

Apparti ż-żieda fil-prezz tal-fuel u fis-surcharge, jista' il-Ministru jgħid x'miżuri qiegħda tieħu l-Enemalta biex taħdem b'mod aktar effiċjenti u b'hekk tikkontrolla aħjar l-ispiża u r-rendikont finanzjarju tagħha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Enemalta — Impjant għall-ġenerazzjoni ta' l-elettriku

Question

Jista' il-Ministru jispjega r-raġuni għala l-Enemalta ħarġet sejħa għall-provvista ta' impjant ġdid għall-ġenerazzjoni ta' l-elettriku?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Enemalta għad ma' ħarġitx sejħa għall-provvista ta' impjant ġdid għall-ġenerazzjoni ta' l-elettriku.

Universita' ta' Malta

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet il-popolazzjoni ta' studenti barranin, maqsuma nazzjonalitajiet differenti u ta' studenti Għawdxin fl-universita' matul is-snin 2000-2005, kull sena separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti Għawdxin fl-Universita' f'dawn l-aħħar ħames snin kienu ta': Sena Numru ta' studenti 2000/01 508 2001/02 544 2002/03 650 2003/04 720 2004/05 562 L-informazzjoni dwar il-popolazzjoni ta' studenti barranin maqsuma f'nazzjonalitajiet differenti matul is-snin 2000 - 2005 ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Protokoll Taljan — Xogħlijiet ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 14536 u 14726 u jagħti breakdown tan-nefqa li saret għal deviations in konnessjoni max-xogħlijiet ta' toroq li saru permezz tal-protokoll Taljan?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-approximate breakdown tan-nefqa li saret għal deviations inkonessjoni max-xogħlijiet ta' toroq li saru permezz tal-Protokoll Taljan huwa kif jidher hawn taħt :- - Surfacing ta' Triq tal-Biżbiżija, Mġarr Mosta Lm 25,000 - Surfacing ta' Triq il-Madonna, Ta' Qali Mosta Lm 35,000 - Surfacing ta' Triq Wied il-Qirda Siġġiewi Lm 20,000 - Installazjoni ta' cats eyes, reflectors u road markings Lm 2,000 Total Lm 82,000 Din iċ-ċifra tinkorpora fiha x-xogħlijiet ta' surfacing u ma tinkludix il-patching works li kienu jsiru regolarment f'deviation routes oħra matul l-andament tax-xogħol tal-Protokoll Taljan.

Ħaż-Żebbuġ — Triq Imdina

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14687, jista' il-Ministru jgħid jekk qabel ma reġgħu nbnew l-istrutturi f'Imdina Road, Ħaż-Żebbuġ, ġiex verifikat mill-MEPA jekk il-bini oriġinali kienx kopert bil-permess ta' l-iżvilupp jew kienx wieħed illegali? Qabel ma sar il-bini l-ġdid, saru applikazzjonijiet għall-permess għall-istess bini tal-MEPA?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.

Rabat — Ta' l-Isqof

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jingħataw il-konkos it-trejqat fl-għelieqi fl-area magħrufa bħala Ta' l-Isqof, l/o Rabat, peress li l-applikazzjonijiet li saru mill-bdiewa ilhom aktar minn sentejn u x-xogħol baqa' ma sarx?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Dawk il-bdiewa li jridu jagħtu l-konkos fit-trejqiet rurali jistgħu, issa, japplikaw taħt l-iskema tal-għajnuna mill-Unjoni Ewropea, li taqa' taħt il-Pjan ta' Żvilupp Rurali. Diġa saru applikazzjonijiet simili minn bdiewa oħra għal din l-għajnuna.

MEPA

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-MEPA hux suppost tapplika l-policies tat-temporary previous scheme jew dawk kif spjegati fid-draft local plans meta dawn ikunu differenti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed nassumi li t-"temporary previous schemes" li qed jirreferi ghalihom l-Onor. Interpellant huma fil-fatt t-"Temporary Provisions Schemes"(TPS) . Skond il-provvedimenti tal-liġi, l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) tapplika dawk il-policies li jkunu approvati. Fejn ikun hemm konflitt bejn it-Temporary Provisions Schemes u l-Pjan Lokali li jkun għadu fi stadju ta' abbozz u li jkun ħareġ għall-konsultazzjoni pubblika, jiġu meħuda in konsiderazzjoni iċ-ċirkustanzi tal-każ, u jekk l-iżvilupp propost ikunx sejjer jippreġudika il-pjan emerġenti. Jiġi wkoll mistħarreġ bir-reqqa kemm ikun kbir l-effett ta' dan il-preġudizzju fuq l-istess pjan emerġenti. Ta' min ifakkar li l-proċess tad-determinazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet għall-iżvilupp huwa wieħed trasparenti għall-aħħar u li llum il-ġurnata wieħed jista’ saħansitra isegwi l-proċess kollu fuq l-Internet.

ADT — Toroq ġodda

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14434 u jagħti l-lista ta' toroq residenzjali ġodda li nbnew matul din is-sena? Liema huma dawk it-toroq li qiegħed isir xogħol fuqhom bħalissa mill-ADT?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Mrieħel bypass — speed limit signs

Question

Jista' il-Ministru jara li wara li ġiet stallata speed camera fil-bypass ta' l-Imrieħel jiġu mpoġġija tabelli bl-ispeed limit f'din it-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Minn riċerka li saret irriżulta li s-sinjali li jindikaw il-veloċita’ nazzjonali tas-sewqan u li japplikaw għall-Bypass ta’ l-Imrieħel, twaħħlu tul dik it-triq qabel ma kienet stallata l-ispeed camera. Is-sinjal juri ċirku iswed fuq sfond abjad maqtugħ b’faxxa sewda. Il-veloċita tas-sewqan li hi regolata mir-regolmenti dwar il-vetturi bil-mutur tispeċifika li l-veloċita tas-sewqan li tapplika għall-Bypass ta’ l-Imrieħel hi: § 80km fis-siegħa għall-karrozzi u muturi. § 60km fis-siegħa għall-buses, coaches, minibuses u l-vetturi kollha li jintużaw għall-ġarr tal-merkanzija. § 30km fis-siegħa għall-vetturi industrijali u agrikoli u għall-vetturi li jiġbdu vetturi oħra (towing vehicles).

Ħaż-Żebbuġ — Imdina Road

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14436 u jgħid kemm tammonta l-ispiża għall-bini mill-ġdid ta' proprjeta' privata li ġiet affettwata mill-bini u twaqqigħ ta' Imdina Road, Ħaż-Żebbuġ, il-parti minn fejn ir-roundabout ta' Cortis sar-roundabout ta' ħdejn id-dħul ta' Ħaż-Żebbuġ?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-ispiża totali għall-bini mill-ġdid ta’ propjeta’ privata li ġiet affetwata mill-kostruzzjoni ta’ Mdina Road hija stmata għall-ċirka Lm50,000. Din iċ-ċifra tinkludi l-ispejjeż kollha fuq strutturi privati mill-junction adjacent għas-St. Dorothy’s School sal-junction ta’ De Rohan . Ix-xogħlijiet eżegwiti jinkludu · Kostruzzjoni ta’ ġibjuni tal-ilma ta’ bdiewa li kienu affetwati mir-rikostruzzjoni tat-triq. · Kostruzzjoni ta’ rampi u modifikazzjoni ta’ livelli ta’ art li kienu affetwati minn modifikazzjoni tal-livelli tat-triq. · Twaqqiegħ ta’ strutturi · Twaqqiegħ u bini mill-ġdid ta’ strutturi li kellhom jitwaqqgħu kawża taċ-ċaqliq tal-linja tat-triq. · Kostruzzjoni ta’ elementi strutturali li kienu nkorporati fi strutturi antiki li ġew milquta mir-realignment tat-triq biex kienu evitati li partijiet mill-istess strutturi jintradmu jew jitwaqgħu. Din iċ-ċifra ntefqet fuq strutturi li kienu affetwati fuq medda ta’ ċirka kilometru ta’triq. It-total tal-ispiża li ntefqet f’din il-parti tal-proġett, u cioe' mill-junction ta’ St. Dorothy’s sal-junction illi minn Ħaż-Żebbuġ tagħti għas-Siġġiewi hija ta’ ċirka miljun u nofs Lira Maltin (Lm1,500,000). Għalhekk iċ-ċifra li ntefqet fuq dawn l-istrutturi hija ta’ 3.3% tal-ispiża totali. Il-persentaġġ żgħir inkwistjoni serva biex jittaffa l-inkonvenjent li terzi kellhom jgħaddu minnu kawża ta’ proġett ta’ skala kbira bħal ma’ hu l-proġett inkwistjoni.

Protokoll Taljan — Xogħlijiet ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamnetari 14536 u jagħti breakdown tan-nefqa li saret għal deviations in konnessjoni max-xogħlijiet ta' toroq li saru permezz tal-protokoll Taljan?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.