Legislature:
Category:
Reset
Active:

Enemalta — Impjant għal ġenerazzjoni ta' l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15128 u jgħid: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 14964, jista' il-Ministru jispjega r-raġuni wara s-sejħa għal expressions of interest għall-provvista ta' impjant għall-ġenerazzjoni ta' l-elettriku?

Response (GATT, AUSTIN)

L-avviż għal "expression of interest" kif jidher fil-web site ta' l-Enemalta jirreferi għal "request for information" biex wieħed jinvestiga u jieħu idejat fuq finanzjament ta' mpjanti ġodda għal-ġenerazzjoni ta' l-elettriku u biex tkun akkwistata informazzjoni fuq mezzi u sistemi li jeżistu biex ikun provdut l-elettriku bl-iktar mezz ekonomiku possibli.

Enemalta — Żieda fil-prezz tal-fuel

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 14962 u 15126 u jgħid apparti ż-żieda fil-prezz tal-fuel u fis-surchargex'miżuri qiegħda tieħu l-Enemalta biex taħdem b'mod aktar effiċjenti u b'hekk tikkontrolla aħjar l-ispiża u r-rendikont finanzjarju tagħha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Distribution losses ta' l-elettriku

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15123 u jgħid x'inhu l-persentaġġ tad-distribution losses ta' l-elettriku kull sena matul dawn l-aħħar ħames snin, kull sena separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħaż-Żebbuġ — Triq l-Imdina

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 14908 u 14968 u jgħid: b'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14687, jista' jgħid jekk qabel ma reġgħu nbnew l-istrutturi f'Imdina Road, Ħaż-Żebbuġ, ġiex verifikat mill-MEPA jekk il-bini oriġinali kienx kopert bil-permess ta' l-iżvilupp jew kienx wieħed illegali? Qabel ma sar il-bini l-ġdid, saru applikazzjonijiet għall-permess għall-istess bini tal-MEPA?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li waqt ix-xogħlijiet li sar fi Mdina Road kien sar twessigħ tat-triq, liema twessigħ affettwa numru ta’ kmamar żgħar li kien hemm iħarsu għal fuq l-istess triq. Minħabba illi l-proprjetarji tal-istess strutturi kienu ser jintlaqtu ħażin mit-twessigħ in kwistjoni, l-Awtorita' dwar it-Trasport affetwat kostruzzjoni replika tal-partijiet tal-kmamar zgħar li kienu ser jitwaqqgħu, u dan biex tali strutturi żgħar li kienu diġa eżistenti fit-triq ikunu jistgħu jintużaw mill-proprjetarji sakemm issir it-tieni fażi tat-triq. Kien hemm każijiet fejn l-Awtorita' għamlet applikazzjonijiet għall-permess tat-twaqqigħ u l-bini ta’ uħud mill-kmamar li nbnew fi Mdina Road. F'xi każijiet partikolari l-Awtorita' dwar it-Trasport għamlet laqgħat mall-MEPA, u s-sidien u l-Periti tagħhom sabiex ikun stabbilit il-pożizzjoni tal-MEPA dwar ċaqlieq u użu tal-proprjetajiet effetwati.

Mtarfa Bypass — Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15062 u jgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol fuq l-Imtarfa bypass? Kemm ġie jiswa x-xogħol s'issa? Meta hu maħsub li se jitlesta dan ix-xogħol li ilu jkarkar sitt snin?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ewwel parti tal-bypass ta’ l-Imtarfa tlestiet aktar qabel matul din is-sena bl-asfaltar sal-pont. It-tieni parti bdiet dan is-sajf u r- retaining wall qed jinbena bħal ma sar fl-ewwel fażi. S’issa ix-xogħol kollu ġie jiswa’ madwar Lm772,000 li minnhom s’issa tħallsu Lm 643,000. Triq li tgħaqqad il-bypass tal-Imtarfa mall-Protokoll Taljan ħdejn iċ-ċimiterju tal-Militar tal-Imtarfa qegħda tinbena mill-ġdid bħala parti mit-toroq iffinanzjati mill-Protokol Taljan u x-xogħol mistenni jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin. Fil-ġimgħat li ġejjin għandu jkun stabbilit kif ser titkompla l-aħħar parti li fadal sabiex ix-xogħlijiet fuq din il-bypass jitlestew kollha.

Enemalta — Użu ta' enerġija

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14966 u jgħid x'inhi tagħmel l-Enemalta sabiex taċċerta li l-konsumatur (inkluż dipartimenti tal-gvern) jużaw l-enerġija b'mod aktar għaqli?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-fehma tiegħi hi, li hi responsabbilta' ta' kull konsumatur li jevita l-ħela ta' l-enerġija. Xejn m'hu b'xejn u m'għandux ikun biss għax jogħla l-elettriku li wieħed għandu joqgħod attent kif jużah. L-istess jgħodd għall-ilma, il-karta u kull riżorsa oħra. Il-funzjoni ta' l-Enemalta hi li tforni l-enerġija. Minn żmien għal żmien l-Enemalta toħroġ pubblikazzjonijiet u tipprovdi informazzjoni permezz tal-website tagħha dwar kif il-konsumaturi jistgħu jaħlu anqas. Il-Ministeru tiegħi qabbad lill-Enemalta biex tassisti lill-entitajiet fid-dekasteru tiegħi fl-implimentazzjoni ta' programm tat-tnaqqis fl-użu ta' l-enerġija u l-adozzjoni ta' meżżi alternattivi t'enerġija. Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-linji gwida dwar ir-responsabbilta' ambjentali tal-Ministeru u l-entitajiet fih li jistgħu jinkisbu mill-website tal-Ministeru tiegħi. Naħseb li dawn ikunu eżempju siewi għal kull organiżżazzjoni kbira jew żgħira kemm fis-settur pubbliku u fis-settur privat. Intant, rigward kampanji dwar użu għaqli ta' riżorsi, li huma fil-kompetenza diretta ta' l-Awtorita' Maltija dwar ir-Riżorsi, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel id-domanda lill-Ministru Konċernat.

Unaccounted for water

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ ta' l-unaccounted for water għal din is-sena? Kemm kien dan il-persentaġġ matul dawn l-aħħar ħames snin, kull sena separatament? Liema raġunijiet huma maħsuba li jikkontribwixxu għal dan it-telf ta' ilma?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Dawk fit-toroq — Konsum ta' l-elettriku

Question

Jista' il-Ministru jgħid għal liema persentaġġ jammonta l-konsum ta' l-elettriku sabiex jiddawlu t-toroq tagħna, kemm dawk lokali kif ukoll dawk arterjali, mill-produzzjoni kollha ta' l-elettriku ġenerata fil-pajjiż?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-persentaġġ tal-konsum tad-dawl tat-toroq jammonta għal 1.31% mill-konsum totali.

Enemalta — Importazzjoni ta' fuel

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14946 u jgħid jekk jitħallasx dazju, sisa u VAT fuq l-importazzjoni tal-fuel mill-Enemalta? Jekk fl-affermattiv, kemm huma dawn ir-rati ta' taxxi u għal kemm ammontaw għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005 sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #15133 Sitting 311 2005-11-01 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għal Għawdex

Rabat, Għawdex — Proprjeta' Villa Rundle

Question

Tista' il-Ministru tikkonferma jekk inbiegħetx xi parti mill-proprjeta' Villa Rundle, fir-Rabat Għawdex lill-iżviluppatur tal-proġett fuq is-sit tal-lukanda Duke of Edinburgh?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ir-risposta hija fin-negattiv.

Fondazzjoni Konkatidral ta' San Gwann

Question

B'riferenza għax-xogħol li qiegħed isir mill-Fondazzjoni għal Konkatidral ta' San Gwann, jista' il-Prim Ministru jikkonferma jekk tqabbadx konsulent barrani għad-disinn tad-dawl fil-katidral? Jekk fl-affermattiv, fuq liema kriterji ġiet magħżula din il-persuna? Saret sejħa għal provvista ta' dan is-servizz? Il-persuna magħżula għandha xi konnessjoni ma' xi ditta li tissuplixxi l-light fittings?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li l-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-fatt tablet quotations għall-proġett tad-Disinn tal-illuminazzjoni għall-Knisja Kon-Katidrali u l-Oratorju anness magħha lid-ditti imsemmija hawn taħt: (a) ITC – Metalspot spa (b) Stefano Dall’Osso Lighting Designer (c) FRAU 18-08 (d) Elektra Ltd. Id-ditta Elektra ddeċidiet illi ma tagħtix quotation għal dan ix-xogħol. Id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Fondazzjoni biex tingħażel il-quotation ta’ l-Inġinier Stefano Dall’Osso ġiet meħuda a bażi ta’ l-esperjenza professjonali tiegħu fil-qasam tad-disinn ta l-illuminazzjoni f’xi wħud mill-aktar knejjes importanti fl-Italja u l-Ewropa kif jixhed il-Curriculum Vitae u il-kalalgu tax-xogħolijiet tiegħu. L-Ing Dall’Osso fil-fatt huwa speċjaliżżat fl-illuminazzjoni tal-knejjes waqt iċ-ċelebrazzjoni liturġika skond l-istandards maħruġa mill-Kummissjoni Episkopali ta’ l-Italja u tal-Vatikan. L-Ing Dall’Osso jiddisinja huwa innifsu il-light fittings għal diversi ditti importanti ġewwa l-Italja peress li dan huwa espert fil-qasam.

Użu ta' pajpijiet u fittings tal-plastic

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk l-użu ta' pajpijiet u fittings tal-plastic ta' kwalita' inferjuri matul is-snin li għaddew hijiex twassal għal numru ta' leakages sinifikanti fis-sistema tad-distribuzzjoni? Jekk fl-affermattiv, x'qiegħed isir dwar din il-problema?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Enemalta — Żieda fil-prezz tal-fuel

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14962 u jgħid apparti ż-żieda fil-prezz tal-fuel u fis-surcharge x'miżuri qiegħda tieħu l-Enemalta biex taħdem b'mod aktar effiċjenti u b'hekk tikkontrolla aħjar l-ispiża u r-rendikont finanzjarju tagħha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Enemalta — Impjant għal ġenerazzjoni ta' l-ilma

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 14964, jista' il-Ministru jispjega r-raġuni wara s-sejħa għal expressions of interest għall-provvista ta' impjant għall-ġenerazzjoni ta' l-elettriku?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

WSC

Question

B'riferenza għall-ittra mibgħuta lis-sinjura li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament fejn il-WSC qiegħda tistma li l-konsum ta' l-elettriku jammonta għal 13.5 units kuljum, jista' il-Ministru jgħid fuq liema kriterji hi bbażata din l-istima peress li mill-verifiki li saru jirriżulta li din il-persuna ma tużax aktar minn 9 units elettriku kuljum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-istima tal-konsum ta' l-elettriku ta' 13.5 units kull ġurnata huwa ibbażat fuq perjodu mit-2 ta' Novembru 2004 sat-30 ta' April 2005 fuq meter ġdid. Kien hemm varjazzjoni fuq l-istima tal-konsum minħabba l-qari li sar fit-30 ta' April 2005 kien stima u mhux qari attwali. L-'average' ta' 9 units kull ġurnata irriżulta minn stima ta' konsum tal-perjodu 2 ta' Novembru 2004 sal-15 ta' Lulju 2005 meta sar il-qari tal-meter attwali. Il-kont li nħareġ qiegħed jiġi revedut fuq 9 units kuljum u l-konsumatur ħa jiġi avżat b'ittra oħra.