Jista' il-Viċi Prim Ministru jispjega jekk il-Belt Valletta hijiex se tagħlaq totalment għal vetturi privati matul il-ġranet taċ-CHOGM? Jekk fl-affermattiv, liema huma l-ġranet affettwati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mhux maħsub li ċ-ċirkolazzjoni tat-traffiku fil-Belt Valletta tkun magħluqa fil-ġranet tac-CHOGM. Pero' ser ikun hemm ħinijiet fejn iċ-ċirkolazzjoni tat-traffiku u parkeġġ ta' vetturi ser ikun ristrett f'xi toroq bejn il-Ħamis u s-Sibt, 24 u 26 ta' Novembru.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-minibuses il-ħomor jistgħu jinxtraw second hand u fil-każ tal-mini buses bojod jistgħu jinxtraw ġodda biss?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm fadal jitwaħħlu tabelli tat-traffiku overhead u mal-ġenb tat-triq? Kemm mit-tabelli li twaħħlu ġratilhom ħsara u jeħtieġ li jinbidlu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-Abbozz tat-Traffic Management Plan għal Tas-Sliema li ġie diskuss ma' diversi kunsilliera tal-lokal?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Traffic Management Unit irriżulta li ma sarux talbiet mill-Kunsill Lokali Sliema għal Traffic Management Schemes u ma ġewx sottomessi l-ebda proposti simili minn naħa tagħna u l-anqas ma ġew diskussi proposti simili mall-Kunsill Lokali. L-uniku proġett li ġie diskuss mall-Kunsill Lokali Sliema u ma' entitajiet oħra ikkonċernati huwa dak relatat mar-Residents Parking Scheme li huwa Controlled Residents Parking Plan u mhux Traffic Management Plan.
Valletta Bus Terminus — Ħasil tal-karozzi tal-linja
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'kien il-konsum ta' l-ilma (f'termini ta' kontijiet) tal-vit li hemm fit-terminus tal-Belt li suppost jintuża għal ħasil tal-karozzi matul dawn l-aħħar ħames snin, kull sena separatament?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li l-ammonti ta’ flus li tħallsu f’dawn l-aħħar ħames snin kienu :-
2000
Lm 94.49
2001
Lm 124.92
2002
Lm 332.02
2003
Lm 354.02
2004
Lm 302.38
2005 (Jannar – Awissu)
Lm 273.81
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru (average) ta' ħsarat li jġarbu l-bus ticketing machines kuljum u li jkollhom bżonn l-intervent tal-kuntrattur ta' dawn il-makni?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li n-numru (average) ta’ ħsarat li kellhom bżonn l-intervent tal-kuntrattur tal-bus ticketing machines kien ta’ 3.5 kuljum (105 kull xhar) bejn Marzu u Mejju 2005.
Ta’ min wieħed jinnota li l-ewwel 80 intervent fix-xhar tal-kuntrattur huma bla ħlas.
Jista' il-Ministru jgħid jekk l-Unjoni Ewropea tippermettix li jingħata sussidju lill-operaturi tat-trasport pubbliku mill-gvern?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li preżentament, m'hemm l-ebda restrizzjoni li ma tippermettix lill-gvern milli jagħti sussidju lill-Operaturti tat-Trasport Pubbliku li jaħdmu fuq skeda. Diversi pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea jissussidjaw it-Trasport Pubbliku.
Jista' il-Ministru jgħid kemm jeżistu vened tal-karozzi tal-linja u f'liema lokalitajiet jinsabu? Kemm hu n-numru ta' transport assistants li jieħdu ħsieb dawn il-vened?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-Medja tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 14946 u 15132 u jgħid jekk jitħallasx dazju, sisa u VAT fuq l-importazzjoni tal-fuel mill-Enemalta? Jekk fl-affermattiv, kemm huma dawn ir-rati ta' taxxi u għal kemm ammontaw għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Il-perijodu tax-xogħol tax-xufiera tal-karozzi tal-linja (16-il siegħa), hu skond ir-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minħabba l-fatt li x-xufiera tal-karozzi tal-linja jaħdmu fuq bażi ta' ġurnata xogħol u ġurnata off u anki minħabba l-fatt li sittax-il siegħa m'humiex kontinwi għax ikollhom ħafna waqfien, ix-xufiera m'humiex qed jaħdmu kontra xi direttiva ta' l-Ewropa.
Sa liema eta' tista' persuna taħdem bħala xufier tal-karozzi tal-linja?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li fil-liġi m’hemmx indikata eta' ta’ kemm persuna jista' jkollha biex taħdem bħala xufier tal-linja iżda l-liġi “Vetturi bil-Mutur (Liċenzji tas-Sewqan)” tgħid li :-
“Min ikollu liċenzja tas-sewqan nazzjonali li biha ikun awtorizzat isuq vetturi tat-trasport pubbliku għandu jipproduċi ċertifikat mediku tas-saħħa fiżika meta jagħlaq il-ħamsin sena, u kull ħames snin wara sakemm jagħlaq is-sittin sena; wara dan, iċ-ċertifikat mediku għandu jiġi muri kull sena qabel ma tiġġedded il-liċenzja tas-sewqan.”
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm karozzi tas-self-drive mikrija mill-ADT? Kemm iqumu kull sena u x'inhu l-valur tal-fuel li jingħataw kull sena?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li fl-aħħar tas-sena finanzjarja li spiċċcat f'Settembru 2005 kien hemm 24 karozza mikrija mill-Awtorita' dwar it-Trasport. L-ispiża tal-kiri ta' dawn il-karozzi ammontat għal Lm54,744.02.
L-ammont minn fuq fuel fuq il-karozzi msemmija hawn fuq kien ta Lm13,637.42.
Jista' il-Ministru jispjega kif persuna tingħata tag ta' xufier tat-trasport pubbliku?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li biex persuna tingħata t-tag ta' xufier tat-Trasport Pubbliku trid tapplika għaliha fl-uffiċini ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport u l-persuna trid tipproduċi :-
a) kondotta riċenti mingħand il-pulizija
b) karta ta' l-identita
c) f'każ li persuna jkollha aktar minn ħamsin sena ċertifikat tat-tabib
d) f'każ li persuna taħdem ma' entita' tal-gvern, ittra mingħand il-prinċipal fejn jgħid li ma jsib l-ebda oġġezzjoni biex l-applikant japplika biex jieħu t-tag
Wara li l-ADT teżamina dawn id-dokumenti għas-sodisfazzjon tagħha, il-persuna trid tattendi u tikkonkludi posittivament wara eżami l-kors tal-customer care li jdum sitt ijiem. Fl-aħħar, l-persuna trid tagħmel test tas-sewqan skond il-kategorija tal-vettura li tkun qed tapplika għaliha u jekk tgħaddi, tinħareġ it-tag ta' xufier tat-Trasport Pubbliku.
Jista' il-Ministru jgħid x'sar mill-flus li ġew ivvotati għal xiri ta' uniformijiet mill-ADT matul is-sentejn li għaddew?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar sentejn il-flus li ntnefqu fuq l-uniformijiet kien :-
Sena finanzjarja Flus ivvotati Nefqa Bilanċ
2004/5 Lm10,000 Lm3,801 Lm6,199
2003/4 Lm 9,000 Lm7,683 Lm1,317
Il-bilanċ tad-differenza bejn il–flus ivvotati u dawk attwalment minfuqa ġie utilizzat biex jitħallsu spejjeż oħra ta’ materials & supplies.
Jista' il-Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-collective agreement ġdid għas-servizz pubbliku?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Collective Agreement il-ġdid li ġie ffirmat fis-26 t’Ottubru 2005.
Ninsab infurmat illi dan id-dokument jinstab ukoll fuq l-Intranet tal-Gvern.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta tax-xogħlijiet li qegħdin isiru fix-Xemxija? Hemm il-permessi tal-MEPA meħtieġa għal dawn ix-xogħlijiet?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li dawn ix-xogħlijiet qed isiru mit-Taqsima tax-Xogħlijiet bħala joint venture u l-pjanti relatati saru minn perit privat ingaġġat mill-Kunsill Lokali.
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-pjanta tax-xogħlijiet li qegħdin isiru fix-Xemxija kif ukoll kopja tal-permess tal-MEPA għall-istess xogħlijiet maħrug lill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Bahar.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15121 u jikkonferma jekk l-użu ta' pajpijiet u fittings tal-plastic ta' kwalita' inferjuri matul is-snin li għaddew hijiex twassal għal numru ta' leakages sinifikanti fis-sistema tad-distribuzzjoni? Jekk fl-affermattiv, x'qiegħed isir dwar din il-problema?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li xi ħames snin ilu, l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma irċievet xi kunsinni ta' pipes u fittings li wasslu għal numru ta' ħsarat mhux mistennija fis-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma. Minn investigazzjonijiet li saru irriżulta li dawn il-pipes u fittings li jintużaw f'house connections kienu difettużi.
Fiċ-ċirkostanzi, l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma ħadet dawn il-miżuri:
Twaqfet sistema ta' quality control tal-prodotti kollha mixtrija.
Tressaq każ il-Qorti kontra minn ipprovda dawn il-pipes u fittings lill-
Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma.