Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienet is-somma li ħallas il-gvern għal proprjeta' esproprjata matul dawn l-aħħar ħames snin, kull sena separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi s-somma li ħallas il-Gvern għal propjeta’ esproprijata matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b’sena, hi kif ġej:
Sena Ammont
2001 Lm3,952,966
2002 Lm2,256,296
2003 Lm2,305,807
2004 Lm5,173,804
2005* Lm5,801,704
* sal-31 ta’ Ottubru
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15516 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tad-dokument "Standards and guidelines for road construction works, design details for road construction, guidelines for the standard presentation of design documents and road engineering standards"?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 15516, f'seduta 323.
Proġetti ta' Tigne' u Manoel Island — Dħul tal-gvern
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien id-dħul tal-gvern mill-proġetti ta' Tigne' u Manoel Island, Pinto Wharf u l-Kottonera minn meta ngħatalhom iċ-ċens sal-lum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi d-dħul tal-Gvern mill-progetti li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant minn meta ngħatalhom iċ-ċens sal-lum kien kif jidher hawn taħt:-
Tigne u Manoel Island Lm5,899,901
Pinto Wharf Lm1,236,676
Kottonera Lm 645,599
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15538 u jgħid meta u kemm kienu ż-żidiet fin-noll tat-trasport pubbliku matul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 15538, f'seduta 323.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm jitħallas dazju, sisa u VAT fuq l-importazzjoni tal-fuel? Għal kemm ammontaw dawn it-taxxi għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005 sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15476 u jgħid x'inhi r-raġuni għaliex tħalla l-użu ta' l-ittra "Y" f'number plate meta tali vettura tkun waħda privata u mhux għall-użu pubbliku?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li meta l-ittra “Y” tkun it-tielet ittra fuq in-number plate, dawn il-vetturi huma kollha għall-użu pubbliku pero din l-ittra tista’ tintuża fl-ewwel jew fit-tieni pożizzjoni fuq vetturi privati.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15470 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista tat-toroq residenzjali li saru mill-ADT matul dawn l-aħħar 12-il xahar, inkluż it-tul ta' kull triq, kull lokalita' separatament?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista tat-toroq residenzjali li saru mill-Awtorita' dwar it-Trasport matul dawn l-aħħar 12-il xhar, inkluż it-tul ta’ kull triq, kull lokalita’ separatament.
Jista' il-Ministru jagħti breakdown ta' l-ispiża sabiex inbena l-kumpless sportiv f'Bormla?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ammont globali mħallas hu ta’ Lm2,277,612.37. Ma’ din il-figura jrid jiżdied ammont ieħor (stmat) ta’Lm 13,145 f’kontijiet pendenti li ma jistgħux jitħallsu qabel il-konsulenti tad-dipartiment, li huma il-Building & Engineering Department, Works Division, ilestu u jippreżentaw il-Bills of Quantities finali tal-kuntratti.
Dettalji ta’ kif inhuma mqassma il-ħlasijiet, kif ukoll tal-kontijiet pendenti jidhru fit-tabella hawn taħt :
Total imħallas Total pendenti
Construction & canopy 1,490,866.92 9,305
Mechanical & Electrical 321,203.26 0
Finishing 255,914.79 1,340
Excavation 123,429.87 0
Misc. 86,197.56 2,500
Total 2,277,612.37 13,145
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew jiswew ix-xogħlijiet li saru fit-tieni fażi tal-proġett tal-bajja ta' San Ġorġ, San Ġiljan?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet li saru fit-tieni fażi tal-proġett tal-Bajja ta’ San Ġorġ kienu jinkludu: l-kostruzzjoni ta’ żewġ terzi ta’l-istorm water culvert, (l-ewwel terz tlesta fl-ewwel fażi tal-proġett); il-kostruzzjoni ta’ promenade li kien jinkludi l-aċċess għall-bajja; il-bini mill-ġdid tal-bankini kollha tal-madwar; id-dawl tal-promenade li jinkludi wkoll l-installazzjoni u x-xiri tad-dwal; xogħol ta’ landscaping li jinkludi railings, bankijiet, pjanti u qsari; u tqegħid mill-ġdid tal-wiċċ tat-triq.
L-ispiża għal dan ix-xogħol swiet Lm173,955 eskluża l-VAT.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien id-dħul tal-gvern minn qbiela, ċnus u kirjiet tal-proprjeta' pubblika matul is-snin 2000-2005, kull sena separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi d-dħul tal-gvern minn qbiela, ċnus u kirjiet ta’ proprjeta’ pubblika matul is-snin 2000-2005 kull sena, kien kif ġej:
SenaAmmont
2000Lm6,254,209
2001Lm6,327,708
2002Lm6,433,586
2003Lm7,462,833
2004Lm10,990,684
2005*Lm7,850,064
*sa Ottubru.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tad-dokument "Standards and guidelines for road construction works, design details for road construction, guidelines for the standard presentation of design documents and road engineering standards"?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tad-dokument mitlub mill-Onorevoli Interpellant, fil-forma ta' CD.
Jista' il-Ministru jgħid meta u kemm kienu ż-żidiet fin-noll tat-trasport pubbliku matul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li n-nollijiet tal-karozzi tal-linja f’Malta ġew mibdula f’Jannar 2005 meta dawn kienu ilhom ma jinbidlu mill-1 ta’ Settembru 1999.
Qiegħed nippreżenta fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta’ kif żdiedu n-nollijiet f'Malta (document A).
Fir-rigward ta’ l-operat f’Għawdex, in-nollijiet il-ġodda daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2004 meta l-aħħar li kienu nbidlu kien fis-6 t’April 2000.
Qiegħed nippreżenta ukoll kopja ta’ kif żdiedu in-nollijiet f’Għawdex (document B).
Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett tal-kumpless sportiv fl-iskola Tumas Dingli, f'Ħ'Attard?
Response (GALEA, LOUIS)
Wara l-investiment kbir li sar fl-iskola primarja ta' Ħ'Attard, irid isir xogħol ieħor fil-faċilitajiet sportivi tagħha. Bħalissa l-FTS qed tikkonċentra fuq il-proġetti li saret riferenza għalihom fid-Diskors tal-Baġit.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu d-dħul tal-gvern mill-bejgħ tal-proprjeta' għas-snin 2000-2005 kull sena, separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi d-dħul tal-gvern mill-bejgħ tal-proprjeta’ għas-snin 2000-2005 kull sena, kien kif ġej:
SenaAmmont
2000Lm1,906,898
2001Lm1,902,364
2002Lm3,140,091
2003Lm3,301,334
2004Lm6,974,687
2005*Lm4,728,454
*sa Ottubru.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15492 u jgħid x'inhi r-raġuni li filwaqt li għal minibuses il-bojod u chauffeur driven cars jeħtieġ li jkunu reġistrati fuq public service garage, ma jsirx l-istess għal minibuses il-ħomor u għat-taxis?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nixtieq infakkar lill-Onorevoli Interpellant li skond il-liġijiet eżistenti f’pajjiżna teżisti biss kategorija waħda ta’ minibuses għall-ġarr ta’ passiġġieri b’kiri jew b’kumpens, u dawn huma l-minibuses ħomor, filwaqt li fir-rigward ta’ dawk il-vetturi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għalihom bħala minibuses bojod, dawn huma klassifikati bħala public service garage van, li tfisser vettura bil-mutur, esternament ta’ kulur abjad, u li hi liċenzjata biex iġġorr mhux aktar minn għaxar passiġġieri.
Fir-rigward tal-mistoqsija, jien infurmat li l-prattika kienet u għadha li l-liċenzji ta’ public service garage jkopru l-vetturi self-drive u dawk tal-kiri misjuqa minn xufier (jiġifieri dawk bil-pjanċi bl-ittri K jew issa wkoll QZ, bl-ittri GY u bl-ittri VY).
Il-permessi għall-minibuses (il-ħomor) kienu nħarġu minn amministrazzjoni oħra diversi snin ilu fuq bażi individwali u nħoloq monopolju ieħor. L-użu ta’ dawn il-vetturi għal servizz pubbliku llum hu regolat bil-ħtieġa ta’ liċenzja ta’ operatur skond ir-regolamenti ta’ l-2003 dwar il-ġarr stradali ta’ passiġġieri b’vetturi bil-mutur.
Ninsab infurmat li fir-rigward tat-taxisfejn bħalissa għaddejjin negozjati mill-aktar pożittivi ma’ l-għaqda li tirrappreżenta lis-sidien biex dan is-settur jibqa’ tabilħaqq jipprovdi servizz ta’ kwalità, il-ħsieb hu li jkun introdott il-kunċett ta’ liċenzja ta’ operatur biex b’hekk dan il-kunċett bil-mod indaħħluh għas-setturi kollha u allura jibda jkun hemm aktar kontroll u aktar serjeta fuq is-setturi kollha li jipprovdi servizzi ta’ ġarr ta’ passiġġieri b’kera jew b’kumpens.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15472 u jgħid x'inhu l-ammont ta' arretrati dovuti mill-pubbliku lid-dipartiment tal-liċenzji u ttestjar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-ammont ta' arretrati dovuti mill-pubbliku lid-dipartiment tal-liċenzji u ttestjar, sa l-aħħar ta' Settembru ta' din is-sena ammonta għall-Lm2,878,911.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15475 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tad-dokumenti u guidelines for the implementation of traffic management safety measures and temporary diversion of traffic?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-Guidelines for the Implementation of Traffic Management and Safety Measures and Temporary Diversion of Traffic kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.